Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1843

    Deċiżjoni Tal-Kunsill (UE) 2019/1843 tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emendar tal-Protokoll Nru 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    ST/12638/2019/INIT

    ĠU L 282, 4.11.2019, p. 25–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1843/oj

    4.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 282/25


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1843

    tal-24 ta’ Ottubru 2019

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emendar tal-Protokoll Nru 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 191, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (il-“Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

    (2)

    Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll Nru 31 tal-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet.

    (4)

    Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE f’azzjonijiet tal-Unjoni biex tinkludi r-Regolament (UE) 2018/841 (3) u (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-dispożizzjonijiet relatati mir-Regolamenti (UE) 2018/1999 (5) u (UE) Nru 525/2013 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 (7).

    (5)

    Għalhekk, il-Protokoll Nru 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex dik il-kooperazzjoni estiża tkun tista' sseħħ.

    (6)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Protokoll Nru 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A.-K. PEKONEN


    (1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

    (2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

    (3)  Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE. (ĠU L 156, 19.6. 2018, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

    (5)  Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013 p. 13).

    (7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 tat-30 ta’ Ġunju 2014 dwar l-istruttura, il-format u l-proċessi tat-tressiq u r-reviżjoni tal-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 23).


    ABBOZZ

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru [...]

    ta’ [...]

    li temenda l-Protokoll Nru 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda u n-Norveġja huma impenjati li jnaqqsu l-emissjonijiet globali tagħhom ta’ gassijiet serra, bil-ħsieb li ż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm ferm inqas minn 2 °C aktar mil-livelli preindustrijali, u biex jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1.5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali.

    (2)

    Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE tiġi estiza għar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (1).

    (3)

    Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE tiġi estiża għar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (2).

    (4)

    Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE tiġi estiża għal ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li huma essenzjali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2018/841 u (UE) 2018/842.

    (5)

    Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE għal ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni 280/2004/KE (4), li huma essenzjali għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842.

    (6)

    Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE għal ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 tat-30 ta’ Ġunju 2014 dwar l-istruttura, il-format, il-proċessi ta’ sottomissjoni u r-rieżami tal-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li huma essenzjali għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842.

    (7)

    Permezz ta’ din id-Deċiżjoni, l-Iżlanda u n-Norveġja qed jieħdu azzjoni biex jilħqu l-miri tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ tnaqqis ta’ mill-inqas 40 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990.

    (8)

    Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal kif l-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja jimplimentaw il-Ftehim ta’ Pariġi.

    (9)

    Kwistjonijiet baġitarji mhumiex parti mill-Ftehim dwar iż-ŻEE. L-applikazzjoni tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) 2018/842 hija għalhekk mingħajr preġudizzju għall-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE.

    (10)

    L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tikkoordina mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea kull meta tissejjaħ biex twettaq kompiti relatati mal-Iżlanda u n-Norveġja skont din id-Deċiżjoni.

    (11)

    Il-kompetenzi tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u tal-Qorti tal-EFTA skont din id-Deċiżjoni huma limitati għall-obbligi mwettqa hawnhekk.

    (12)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' sseħħ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 7 tal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “8. (a)

    L-Iżlanda u n-Norveġja ser jissodisfaw il-miri rispettivi tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2030 skont l-atti li ġejjin:

    32018 R 0841: ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.06.2018, p. 1).

    Ir-Regolament, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, għandu jinqara bl-adattamenti li ġejjin:

    (i)

    Fl-Artikolu 6(2), il-kliem “30 sena” għandu, għall-Iżlanda, jinqara bħala “50 sena.”

    (ii)

    Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Artikolu 8(7):

    “L-Istati tal-EFTA għandhom jikkomunikaw il-livelli ta’ referenza għall-foresti proposti riveduti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA mhux aktar tard minn disa’ xhur wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru xx ta' xx/xxxx [din id-deċiżjoni] għall-perijodu 2021-2025. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tippubblika l-livelli ta’ referenza proposti għall-foresti kkomunikati lilha mill-Istati tal-EFTA.”

    (iii)

    L-Artikolu 13(2)(a) għall-Istati tal-EFTA għandu jinqara kif ġej:

    “L-Istat tal-EFTA ppreżenta strateġija kif stabbilit hawn taħt għas-settur tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija b’perspettiva ta’ mill-inqas 30 snin, inklużi wkoll miżuri attwali jew ippjanati biex jiġu żgurati l-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, ta’ bjar u ġibjuni tal-foresti;

    1.

    Sal-1 ta’ Jannar 2020, kull Stat tal-EFTA għandu jħejji u jippreżenta lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA l-istrateġija tiegħu għall-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u s-settur tal-forestrija b’perspettiva ta’ mill-inqas 30 sena. Jenħtieġ li l-Istati tal-EFTA, fejn meħtieġ, jaġġornaw dawn l-istrateġiji sal-1 ta’ Jannar 2025.

    2.

    L-istrateġiji tal-Istati tal-EFTA għandhom jikkontribwixxu biex:

    (a)

    jitwettqu l-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi li jitnaqqsu l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra u jissaħħu l-assorbimenti minn bjar u biex jiġi promoss iżjed sekwestru tal-karbonju;

    (b)

    jintlaħaq l-objettiv tal-Ftehim ta' Pariġi li ż-żieda tat-temperatura medja globali tinżamm ferm inqas minn 2 °C iktar mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda tat-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C iktar mil-livelli preindustrijali;

    (c)

    jinkiseb tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u tisħiħ fit-tul tal-assorbimenti minn bjar sa fejn ikun rilevanti għas-settur tal-LULUCF, f’konformità mal-objettiv, fil-kuntest tat-tnaqqis meħtieġ skont l-IPCC biex b'mod kosteffikaċi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-EFTA u jiżdied l-assorbiment minn bjar ħalli jintlaħqu l-għanijiet tat-temperatura tal-Ftehim ta' Pariġi sabiex jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u l-assorbiment minn bjar tal-gassijiet serra fit-tieni nofs ta’ dan is-seklu fuq bażi ta’ ekwità, u fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli u l-isforzi biex jinqered il-faqar.

    3.

    L-istrateġiji tal-Istati tal-EFTA għandhom ikopru:

    (a)

    it-tnaqqis tal-emissjonijiet u t-titjib tal-assorbimenti fl-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF); filwaqt li jitqiesu l-bijoenerġija u l-bijomaterjali minn dan is-settur.

    (b)

    sa fejn huwa rilevanti għall-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, rabtiet ma’ għanijiet, ippjanar u politiki u miżuri oħra nazzjonali fit-tul.

    4.

    L-Istati tal-EFTA għandhom jinfurmaw u jagħmlu disponibbli minnufih lill-pubbliku l-istrateġiji rispettivi tagħhom u kull aġġornament tagħhom.

    5.

    L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tivvaluta jekk l-istrateġiji tal-Istati tal-EFTA humiex adegwati għad-dokumentazzjoni tal-issodisfar skont dan l-Artikolu.

    6.

    L-istrateġiji tal-Istati tal-EFTA għall-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u s-settur tal-forestrija għandu jkun fihom l-elementi stipulati hawn taħt:

    A.

    STAMPA ĠENERALI U PROĊESS GĦALL-IŻVILUPP TAL-ISTRATEĠIJI

    A.1.

    Sommarju eżekuttiv

    A.2.

    Kuntest legali u ta’ politika, inkluż fejn xieraq, stadji importanti indikattivi għall-2040 u l-2050

    B.

    KONTENUT

    B.1.

    UŻU TAL-ART, TIBDIL FL-UŻU TAL-ART U FORESTRIJA (LULUCF)

    B.1.1.

    Projezzjonijiet għal tnaqqis fl-emissjonijiet u titjib fl-assorbimenti sal-2050

    B.1.2.

    Skont kemm ikun fattibbli, l-emissjonijiet mistennija skont is-sorsi u l-GHGs individwali

    B.1.3.

    Għażliet ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet u għażliet għal titjib ta’ bjar previsti

    B.1.4.

    Sa fejn huwa rilevanti għall-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, ta’ bjar u ġibjuni tal-foresti; politiki u miżuri ta' adattament

    B.1.5.

    Aspetti relatati mad-domanda tas-suq għall-bijomassa tal-foresta u l-impatt fuq il-ħsad

    B.1.6.

    Kif meħtieġ, dettalji dwar immudellar (inklużi preżunzjonijiet) u/jew analiżi, indikaturi eċċ. ”

    (iv)

    Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 15(2):

    “L-Amministratur Ċentrali għandu jkun kompetenti biex iwettaq il-kompiti msemmija f’dan l-Artikolu meta l-Istati tal-EFTA jkunu kkonċernati. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tiġi infurmata jekk l-Amministratur Ċentrali jimblokka tranżazzjoni li tikkonċerna jew li titwettaq mill-Istati tal-EFTA.”

    (v)

    Dan li ġej għandu jiżdied mat-tabella fl-Anness II:

    “L-Iżlanda

    0,5

    10

    2

    In-Norveġja

    0,1

    10

    5”

    (vi)

    Dan li ġej għandu jiżdied mat-tabella fl-Anness III:

    “L-Iżlanda

    1990

    In-Norveġja

    1990”

    (vii)

    Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt (g) tat-Taqsima A tal-Anness IV:

    “Għall-Istati tal-EFTA, il-livell ta’ referenza għall-perjodu 2021-2025 għandu jkun konsistenti mal-previżjonijiet li ġew irrappurtati lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent fuq bażi volontarja, mar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u, fir-rigward tal-Iżlanda, f’konformità wkoll mal-Ftehim bilaterali bejn l-Iżlanda u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha dwar il-parteċipazzjoni tal-Iżlanda fit-twettiq konġunt tal-impenji tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Iżlanda għat-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (6).”

    (viii)

    Dan li ġej jiżdied mat-tabella fl-Anness VII:

    “L-Iżlanda

    -0,0224

    -0,0045

    In-Norveġja

    -29,6

    -35,5 ”

    32018 R 0842: ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.06.2018, p. 26).

    Ir-Regolament, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, għandu jinqara bl-adattamenti li ġejjin:

    (i)

    Dan li ġej, għall-Istati tal-EFTA, għandu jiżdied mal-Artikolu 4(3):

    “Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, għall-fini li jiġu stabbiliti l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għas-snin mill-2021 sal-2030 f’termini ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 kif speċifikat fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, is-sena bażi 2005 għall-allokazzjoni tal-emissjonijiet tal-2030 ser tkun ibbażata fuq id-differenza bejn l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra fl-2005 li jirriżultaw mir-reviżjoni komprensiva, li tittratta l-emissjonijiet tas-CO2 mill-avjazzjoni bħala żero, u l-emissjonijiet stazzjonarji tal-EU ETS 2005 fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS tal-2013 kif irrapportati fil-Parti B tal-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2012 tas-26 ta’ Lulju 2012 (7), adattati mal-valuri għall-potenzjali ta’ tisħin globali adottati f’att delegat imsemmi fl-Artikolu 26(6)(b) tar-Regolament (UE) 2018/1999 jew dawk identifikati mir-Raba’ Rapport ta’ Valutazzjoni (AR4) tal-IPCC sakemm isir applikabbli l-att delegat. Iċ-ċifri tal-emissjonijiet stazzjonarji tal-2005 tal-EU ETS kif irrapportati fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2012 (AR2) u l-istess ċifri b’valuri aġġornati għall-potenzjali ta’ tisħin globali (AR4) li għandhom jitqiesu għall-finijiet li jiġu stabbiliti l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għas-snin mill-2021 sal-2030 skont dan l-Artikolu huma mniżżla fl-Appendiċi.”

    (ii)

    Dan li ġej jiżdied wara l-Anness IV:

    "Appendiċi

    Iċ-ċifri tal-emissjonijiet tal-EU ETS 2005 stazzjonarji kif irrapportati fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2012 (AR2) u l-istess ċifri b’valuri aġġornati għall-potenzjali ta’ tisħin globali (AR4) li għandhom jitqiesu għall-finijiet li jiġu stabbiliti l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għas-snin mill-2021 sal-2030 skont l-Artikolu 4(3)

    Tabella 1: Emissjonijiet tal-ETS għall-2005 għan-Norveġja:

    Gass serra (tunnellati)

    CO2-eq (AR2)

    CO2-eq (AR4)

    N2O/PFC

    CO2

    23 090 000

    23 090 000

     

    N2O

    1 955 000

    1 880 000

    6 308

    PFC

    829 000

    955 000

     

    CF4

     

     

    116,698

    C2F6

     

     

    7,616

    Total

    25 874 000

    25 925 000

     


    Tabella 2: Emissjonijiet tal-ETS tal-2005 għall-Iżlanda:

    Gass serra (tunnellati)

    CO2-eq (AR2)

    CO2-eq (AR4)

    N2O/PFC

    CO2

    909 132

    909 132

     

    PFC

    26 709

    31 105

     

    CF4

     

     

    3,508

    C2F6

     

     

    0,424

    Total

    935 841

    940 237

     

    ".

    (iii)

    Fl-Artikolu 6(1), il-kliem “100 miljun kwota EU ETS” għandhom jinqraw “107 miljun kwota tal-EU ETS”

    (iv)

    Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Artikolu 12(2):

    “L-Amministratur Ċentrali għandu jkun kompetenti biex iwettaq il-kompiti msemmija f’dan l-Artikolu meta l-Istati tal-EFTA jkunu kkonċernati. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tiġi infurmata jekk l-Amministratur Ċentrali jimblokka tranżazzjoni li tikkonċerna jew li titwettaq mill-Istati tal-EFTA.”

    (v)

    Dan li ġej għandu jiżdied mat-tabella fl-Anness I:

    “L-Iżlanda

    - 29 %

    In-Norveġja

    - 40 %”

    (vi)

    Dan li ġej għandu jiżdied mat-tabella fl-Anness II:

    “L-Iżlanda

    4 %

    In-Norveġja

    2 %”

    (vii)

    It-tabella fl-Anness III għandha tiġi emendata kif ġej:

    (a)

    Dan li ġej għandu jiżdied mat-tabella:

    “L-Iżlanda

    0,2

    In-Norveġja

    1,6”

    (b)

    In-numru “280” għat-total massimu għandu jinqara “281,8”

    32018 R 1999: ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).’

    Id-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ dan ir-Regolament huma elenkati hawn isfel, għall-finijiet tal-Ftehim presenti, għandhom jinqraw bl-adattazzjoni li ġejja:

    (i)

    Għandhom japplikaw biss id-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament:

    L-Artikoli 2(1)-2(10), 2(12)-(13), 2(15)-2(17), 18, 26(2)-(7), 29(5)(b), 37-42, 44(1)(a), (2)-(3) u (6), 57-58, u l-Annessi V-VII u XII-XIII.

    (ii)

    L-Artikolu 2(1)-(10) u 2(12)-(13) u 2(15)-(17) għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, japplikaw biss għall-Istati tal-EFTA sal-punt li huma relatati mal-implimentazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2018/841 u (UE) 2018/842.

    (iii)

    L-Artikolu 26(4) għall-Istati tal-EFTA għandu jinqara kif ġej:

    “L-Iżlanda u n-Norveġja sal-15 ta’ April ta’ kull sena, għandhom jippreżentaw lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kopja tad-data tal-inventarju finali tal-gassijiet serra rrappurtata lill-UNFCCC skont il-paragrafu 3.”

    (iv)

    L-Artikolu 41 għandu, għall-Istati tal-EFTA, japplika biss sakemm id-dispożizzjonijiet jew partijiet minnhom imsemmija f’dan l-Artikolu huma msemmija jew stipulati f’ [din id-deċiżjoni].

    (v)

    Il-sentenza li ġejja għandha, għall-Istati tal-EFTA, tiżdied wara l-ewwel sentenza tal-Artikolu 42:

    “L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti biss lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fil-ħidma tagħha fir-rigward tal-Artikoli 18, 26 (2)-(7), 29 (5) (b), 37–39 u 41.”

    32013 R 0525: ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).

    Id-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ dan ir-Regolament għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim presenti, jinqraw bl-adattazzjoni li ġejja:

    (i)

    Japplikaw biss id-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament:

    L-Artikoli 7, 19(1) u (3).

    (ii)

    L-Artikoli 7, 19 (1) u (3) għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, japplikaw biss għall-Istati tal-EFTA sal-punt li huma relatati mal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842.

    2014 R 0749: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 tat-30 ta’ Ġunju 2014 dwar l-istruttura, il-format u l-proċessi tat-tressiq u r-reviżjoni tal-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 23).

    Id-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ dan ir-Regolament għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim presenti, jinqraw bl-adattazzjoni li ġejja:

    (i)

    Japplikaw biss id-dispożizzjonijiet tar-Regolament li ġejjin:

    L-Artikoli 3-5, 7-10, 12-14, 16, 29, 32-34, 36-37 u l-Annessi I-VIII u t-Tabella 2 tal-Anness XVI.

    (ii)

    L-Artikoli 3-5, 7-10, 12-14, 16, 29, 32-34, 36-37 u l-Annessi I-VIII u t-Tabella 2 tal-Anness XVI għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, japplikaw biss għall-Istati tal-EFTA sakemm dawn ikunu relatati mal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842.

    (b)

    Permezz tal-Artikolu 79(3) tal-Ftehim, il-Parti VII (Dispożizzjonijiet Istituzzjonali) tal-Ftehim għandha tapplika għal dan il-paragrafu.

    (c)

    Il-Protokoll Nru 1 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE (Adattamenti Orizzontali) għandu japplika mutatis mutandis għal dan il-paragrafu.

    (d)

    Referenzi għal leġislazzjoni, atti, regoli, politiki u miżuri tal-Unjoni fl-atti u d-dispożizzjonijiet imsemmija jew imsemmija f’dan il-paragrafu għandhom japplikaw sal-punt u fil-forma li l-leġislazzjoni, l-atti, ir-regoli u l-miżuri rilevanti jiġu inkorporati f’dan il-Ftehim.

    (e)

    L-Iżlanda u n-Norveġja għandhom jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima skont l-atti u d-dispożizzjonijiet imsemmija jew li jinsabu f’dan il-paragrafu iżda ma għandux ikollhom id-dritt li jivvutaw.

    (f)

    Meta l-Kummissjoni tikkonsulta esperti maħtura mill-Istati Membri skont l-atti u d-dispożizzjonijiet imsemmija jew li jinsabu f’dan il-paragrafu, hija għandha tikkonsulta esperti innominati mill-Istati tal-EFTA fuq l-istess bażi.

    (g)

    L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fil-ħidma tagħha skont ir-Regolamenti (UE) 2018/841 u (UE) 2018/842.

    (h)

    Dan il-paragrafu ma japplikax għal-Liechtenstein.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], jew fil-jum li jiġi wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, skont liema wieħed minnhom jiġi aktar tard (8).

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, […].

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Is-Segretarji

    Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


    (1)  ĠU L 156, 19.06.2018, p. 1.

    (2)  ĠU L 156, 19.06.2018, p. 26.

    (3)  ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1.

    (4)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13.

    (5)  ĠU L 203, 11.7.2014, p. 23.

    (6)  ĠU L 207, 4.8.2015, p. 1.

    (7)  ĠU L 309, 8.11.2012, p. 38.

    (8)  [Ma huwa indikat ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


    Dikjarazzjoni mill-Iżlanda u n-Norveġja dwar il-pjanijiet nazzjonali relatati mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru [din id-Deċiżjoni]

    L-Iżlanda u n-Norveġja, fuq bażi volontarja, ser jiżviluppaw pjanijiet nazzjonali li jiddeskrivu kif l-Iżlanda u n-Norveġja bi ħsiebhom iwettqu l-impenji li ħadu billi jinkludu l-atti li ġejjin fil-Protokoll Nru 31 tal-Ftehim taż-ŻEE:

    ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ir-Regolament LULUCF) u

    ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ir-Regolament dwar il-Qsim tal-Isforz ‘Effort Sharing Regulation’ - ESR).

    L-Iżlanda u n-Norveġja ser jiżviluppaw il-pjanijiet nazzjonali rispettivi tagħhom u ser jagħmluhom disponibbli għall-Istati Membri tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u l-pubbliku, sal-31 ta’ Diċembru 2019.

    Il-pjanijiet ser ikun fihom l-elementi ewlenin li ġejjin:

    Sommarju eżekuttiv tal-pjan;

    Ħarsa ġenerali lejn il-politiki nazzjonali attwali dwar il-klima;

    Deskrizzjoni tal-mira nazzjonali ta’ kondiviżjoni tal-isforzi u l-impenn tal-LULUCF;

    Deskrizzjoni tal-politiki u l-miżuri ewlenin eżistenti u ppjanati biex jinkiseb l-objettiv tal-kondiviżjoni tal-isforzi u l-impenn tal-LULUCF;

    Deskrizzjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti nazzjonali attwali ta’ gassijiet serra kif ukoll projezzjonijiet tal-mira tal-kondiviżjoni tal-isforzi u l-impenn tal-LULUCF ibbażat fuq politiki u miżuri diġà eżistenti;

    Valutazzjoni tal-impatti tal-politiki u l-miżuri nazzjonali ppjanati biex tintlaħaq il-mira tal-konmdiviżjoni tal-isforzi u l-impenn tal-LULUCF, meta jitqabblu mal-projezzjonijiet ibbażati fuq politiki u miżuri eżistenti u jiġu deskritti l-interazzjonijiet bejn politiki u miżuri eżistenti u ppjanati.


    Top