This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1814
Council Decision 2019/1814 of 24 October 2019 appointing a member and an alternate member, proposed by the Kingdom of Spain, of the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1814 tal-24 ta’ Ottubru 2019 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1814 tal-24 ta’ Ottubru 2019 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
ST/12751/2019/INIT
ĠU L 278, 30.10.2019, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020
30.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 278/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1814
tal-24 ta’ Ottubru 2019
li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta’ Jannar 2015, fil-5 ta’ Frar 2015 u fit-23 ta’ Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2015 sal-25 ta’ Jannar 2020. Fit-18 ta’ Settembru 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1571 (4), is-Sur Pedro SANZ ALONSO ġie sostitwit mis-Sur José Ignacio CENICEROS GONZÁLEZ bħala membru. Fl-1 ta’ Ottubru 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1774 (5), is-Sur Emilio DEL RÍO SANZ ġie sostitwit mis-Sa Begoña MARTÍNEZ ARREGUI bħala membru supplenti. |
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur José Ignacio CENICEROS GONZÁLEZ, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sa Begoña MARTÍNEZ ARREGUI, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2020:
(a) |
bħala membru:
|
(b) |
bħala membru supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A.-K. PEKONEN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta’ Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2015 sal-25 ta’ Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta’ Frar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2015 sal-25 ta’ Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta’ Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2015 sal-25 ta’ Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1571 tat-18 ta’ Settembru 2015 li taħtar żewġ membri Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 245, 22.9.2015, p. 8).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1774 tal-1 ta’ Ottubru 2015 li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 258, 3.10.2015, p. 10).