This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1738
Commission Implementing Decision (EU) 2019/1738 of 16 October 2019 authorising the Kingdom of Denmark to conclude agreements with Greenland and the Faroe Islands respectively for transfers of funds (notified under document C(2019) 7302) (Only the Danish text is authentic)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1738 tas-16 ta’ Ottubru 2019 li tawtorizza lir-Renju tad-Danimarka jikkonkludi ftehimiet ma’ Greenland u l-Gżejjer Faeroe rispettivament għat-trasferimenti ta’ fondi (notifikata bid-dokument C(2019) 7302) (It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1738 tas-16 ta’ Ottubru 2019 li tawtorizza lir-Renju tad-Danimarka jikkonkludi ftehimiet ma’ Greenland u l-Gżejjer Faeroe rispettivament għat-trasferimenti ta’ fondi (notifikata bid-dokument C(2019) 7302) (It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)
C/2019/7302
ĠU L 265, 18.10.2019, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
18.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 265/10 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1738
tas-16 ta’ Ottubru 2019
li tawtorizza lir-Renju tad-Danimarka jikkonkludi ftehimiet ma’ Greenland u l-Gżejjer Faeroe rispettivament għat-trasferimenti ta’ fondi
(notifikata bid-dokument C(2019) 7302)
(It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (1), b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-talba tar-Renju tad-Danimarka skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2015/847,
Billi:
(1) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/43/UE (2), id-Danimarka ngħatat deroga fir-rigward tat-trasferimenti ta’ fondi bejn Greenland u l-Gżejjer Faeroe rispettivament u d-Danimarka. |
(2) |
Fl-1 ta’ Mejju 2019, id-Danimarka talbet it-tiġdid tad-deroga skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2015/847 għat-trasferimenti ta’ fondi bejn Greenland u l-Gżejjer Faeroe rispettivament u d-Danimarka. |
(3) |
L-Istati Membri ġew mgħarrfa permezz ta’ proċedura bil-miktub tal-Kumitat għall-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u tal-Iffinanzjar tat-Terroriżmu fid-19 ta’ Lulju 2019 li l-Kummissjoni qieset li kienet irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tevalwa t-talba tad-Danimarka. |
(4) |
La Greenland u lanqas il-Gżejjer Faeroe ma jifformaw parti mit-territorju tal-Unjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawk it-territorji jiffurmaw parti miż-żona monetarja tad-Danimarka. Għaldaqstant Greenland u l-Gżejjer Faeroe huma konformi mal-kriterju stabbilit fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2015/847. |
(5) |
Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament fi Greenland u l-Gżejjer Faeroe jipparteċipaw direttament f’sistemi ta’ ħlasijiet u saldu fid-Danimarka, b’mod partikolari fi Kronos u Sumclearing. Għaldaqstant dawn huma konformi mal-kriterju stabbilit fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2015/847. |
(6) |
Sabiex ir-regolamenti tal-Unjoni jkunu applikabbli għal Greenland u għall-Gżejjer Faeroe, id-Danimarka jenħtieġ li tadotta leġiżlazzjoni speċifika f’dan is-sens. L-adozzjoni mid-Danimarka tal-Liġi nru 325 tat-30.3.2019 għall-Gżejjer Faeroe u Liġi nru 326 tat-30.3.2019 għal Greenland tiżgura li dawk it-territorji jkunu inkorporaw fl-ordni legali tagħhom dispożizzjonijiet li jikkorrispondu ma’ dawk tar-Regolament (UE) 2015/847. |
(7) |
Għalhekk, kemm Greenland kif ukoll il-Gżejjer Faeroe adottaw l-istess regoli bħal dawk stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2015/847 u jesiġu li l-fornituri tas-servizzi ta’ ħlasijiet rispettivi tagħhom japplikawhom u b’hekk jissodisfaw il-kriterju stabbilit fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) ta’ dak ir-Regolament. |
(8) |
Għalhekk huwa xieraq li d-Danimarka tingħata d-deroga mitluba. |
(9) |
Il-miżuri li jsir provvediment għalihom f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u tal-Iffinanzjar tat-Terroriżmu. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Renju tad-Danimarka għandu jingħata l-awtorizzazzjoni li jikkonkludi ftehim ma’ Greenland u mal-Ġżejjer Faeroe rispettivament, bil-għan li t-trasferimenti ta’ fondi bejn kull wieħed minn dawn it-territorji u d-Danimarka jiġu trattati bħala trasferimenti ta’ fondi fi ħdan id-Danimarka għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2015/847.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2012/43/UE qiegħda titħassar.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Věra JOUROVÁ
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/43/UE tal-25 ta’ Jannar 2012 li tawtorizza lir-Renju tad-Danimarka jikkonkludi ftehimiet mal-Groenlandja (sic) u l-Gżejjer Faeroe għat-trasferimenti ta’ fondi bejn id-Danimarka u kull wieħed minn dawn it-territorji li għandhom jiġu ttrattati bħala trasferimenti ta’ fondi fid-Danimarka, skont ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 24, 27.1.2012, p. 12).