This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1220(01)
Council Decision of 19 December 2019 appointing a member of the European Statistical Governance Advisory Board2019/C 428/05
Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2019 li taħtar membru tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika2019/C 428/05
Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2019 li taħtar membru tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika2019/C 428/05
ST/12737/2019/INIT
ĠU C 428, 20.12.2019, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 428/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-19 ta’ Diċembru 2019
li taħtar membru tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika
(2019/C 428/05)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tagħha,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Bid-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta’ Diċembru 2017 (2), il-Kunsill ħatar tliet membri tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (il-“Bord”) għal mandat ta’ tliet snin mill-1 ta’ Frar 2018. |
(2) |
Wieħed mit-tliet membri tal-Bord maħtur mill-Kunsill, is-Sur Jaume GARCIA, irriżenja qabel it-tmiem tal-mandat tiegħu. |
(3) |
Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatar membru ġdid tal-Bord. |
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE, il-membri tal-Bord għandhom jintgħażlu minn fost esperti li għandhom kompetenza eċċellenti fil-qasam tal-istatistika, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Priit POTISEPP huwa b’dan maħtur bħala membru li jirrappreżenta lill-Kunsill fil-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika għal mandat ta’ tliet snin.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
K. MIKKONEN
(1) ĠU L 73, 15.3.2008, p. 17.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2017 li taħtar tliet membri tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (ĠU C 439, 20.12.2017, p. 5).