EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0920(01)

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2019 li taħtar membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għar-Rumanija

ST/11301/2019/INIT

ĠU C 316, 20.9.2019, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2023

20.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 316/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2019

li taħtar membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għar-Rumanija

(2019/C 316/04)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-lista tal-kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u dawk tal-ħaddiema,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tad-9 ta’ April 2019 (2) u tat-8 ta’ Lulju 2019 (3), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mill-1 ta’ April 2019 sal-31 ta’ Marzu 2023.

(2)

Il-Gvern tar-Rumanija ppreżenta nomina għal post vakanti li għandu jimtela,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuna li ġejja tinħatar bħala membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għall-perijodu li jintemm fil-31 ta’ Marzu 2023:

RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membru

Membru supplenti

Rumanija

 

Is-Sinjura Felicia Ioana SĂNDULESCU

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TUPPURAINEN


(1)  ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ April 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (ĠU C 136, 12.4.2019, p. 6).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Lulju 2019 li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għal-Litwanja (ĠU C 232, 10.7.2019, p. 5).


Top