Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0517(01)

    Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Ungerija

    ST/8419/2019/INIT

    ĠU C 169, 17.5.2019, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/09/2020

    17.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 169/2


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-14 ta’ Mejju 2019

    li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Ungerija

    (2019/C 169/02)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-listi ta' kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

    Billi:

    (1)

    Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tat-28 ta' Settembru 2018 (2), il-15 ta' Ottubru 2018 (3), id-19 ta' Novembru 2018 (4) u t-18 ta' Frar 2019 (5), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta' Settembru 2018 sal-24 ta' Settembru 2020.

    (2)

    Il-Gvern tal-Ungerija ppreżenta nomini għal diversi karigi li jridu jimtlew,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu li jintemm fl-24 ta' Settembru 2020:

    II.   RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

    Pajjiż

    Membri

    Membri supplenti

    Ungerija

    Is-Sinjura Judit CZUGLERNE IVÁNY

    Is-Sur László KOZÁK

    Is-Sinjura Annamária KUNERT

    Artikolu 2

    Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membru supplenti li għadhom ma ġewx innominati f'data aktar tard.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. DAEA


    (1)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2018 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C 366, 10.10.2018, p. 3).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 2018 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Portugall (ĠU C 376, 18.10.2018, p. 9).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2018 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Italja (ĠU C 421, 21.11.2018, p. 7).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Greċja (ĠU C 67, 20.2.2019, p. 2).


    Top