Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0381

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/381 tal-4 ta' Marzu 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tikkonċerna l-emenda tal-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u tal-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informatika) għall-Ftehim ŻEE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    ST/5998/2019/INIT

    ĠU L 69, 11.3.2019, p. 46–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/381/oj

    11.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 69/46


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/381

    tal-4 ta' Marzu 2019

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tikkonċerna l-emenda tal-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u tal-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informatika) għall-Ftehim ŻEE

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikoli 43, 114 u337 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

    (2)

    Bis-saħħa tal-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informatika) għall-dak il-Ftehim.

    (3)

    Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (4)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Annessi II u XI għall-Ftehim ŻEE jiġu emendati skont dan.

    (5)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness II (Regolamenti Tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u tal-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informatika) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. ANTON


    (1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

    (2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

    (3)  Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).


    ABBOZZ

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2019

    ta'…

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informatika) għall-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tħassar id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (3), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Filwaqt li l-Istati tal-EFTA jistgħu joħorġu kummenti u opinjonijiet dettaljati fir-rigward ta' regolament tekniku abbozzat innotifikat minn Stati oħra tal-EFTA, dawn jistgħu jippreżentaw biss kummenti fir-rigward ta' regolament tekniku abbozzat innotifikat mill-Istati Membri tal-Unjoni u viċi versa.

    (4)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Annessi II u XI għall-Ftehim ŻEE jiġu emendati skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-test tal-punt 1 (id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIX tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE huwa sostitwit b'dan li ġej:

    32015 L 1535: Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

    Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1)(c) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “It-terminu ‘speċifikazzjoni teknika’ jkopri wkoll il-proċessi u l-metodi ta' produzzjoni użati fir-rigward ta' prodotti maħsubin għall-konsum mill-bniedem u mill-annimali, u fi prodotti mediċinali kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KE (kif inkorporata fil-punt 15 q tal-Kapitolu XIII tal-Anness II għall-Ftehim permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 82/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 (4)) kif ukoll metodi u proċessi ta' produzzjoni relatati ma' prodotti oħra, meta dawn ikollhom effett fuq il-karatteristiċi tagħhom.”;

    (b)

    Dan li ġej għandu jiżdied fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1):

    “Test sħiħ tal-abbozz tar-regolament tekniku nnotifikat għandu jkun disponibbli bil-lingwa oriġinali kif ukoll bi traduzzjoni sħiħa f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.”;

    (c)

    Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 5(1):

    “Il-Kummissjoni f'isem l-Unjoni, minn naħa, u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jew l-Istati tal-EFTA permezz tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, min-naħa l-oħra, jistgħu jitolbu informazzjoni ulterjuri dwar abbozz ta' regolament tekniku nnotifikat.”;

    (d)

    Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 5(2):

    “Il-kummenti tal-Istati tal-EFTA għandhom jintbagħtu mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA lill-Kummissjoni fil-forma ta' komunikazzjoni waħda koordinata u l-kummenti tal-Unjoni għandhom jintbagħtu mill-Kumissjoni lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

    (e)

    It-termini “Stat Membru” u “Kummissjoni” fl-Artikolu 6(1), (2) u (7) għandhom jiġu sostitwiti rispettivament bit-termini “Stat tal-EFTA” u “Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”.

    (f)

    L-Artikoli 6(3), (4), (5) u (6) ma għandhomx japplikaw.”

    Artikolu 2

    It-test tal-punt 5i (id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XI għall-Ftehim ŻEE huwa sostitwit b'dan li ġej:

    32015 L 1535: Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

    Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1)(c) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “It-terminu ‘speċifikazzjoni teknika’ jkopri wkoll il-proċessi u l-metodi ta' produzzjoni użati fir-rigward ta' prodotti maħsubin għall-konsum mill-bniedem u mill-annimali, u fi prodotti mediċinali kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KE (kif inkorporata fil-punt 15 q tal-Kapitolu XIII tal-Anness II għall-Ftehim permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 82/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 (5)) kif ukoll metodi u proċessi ta' produzzjoni relatati ma' prodotti oħra, meta dawn ikollhom effett fuq il-karatteristiċi tagħhom.”;

    (b)

    Dan li ġej għandu jiżdied fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1):

    “Test sħiħ tal-abbozz tar-regolament tekniku nnotifikat għandu jkun disponibbli bil-lingwa oriġinali kif ukoll bi traduzzjoni sħiħa f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.”;

    (c)

    Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 5(1):

    “Il-Kummissjoni f'isem l-Unjoni, minn naħa, u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jew l-Istati tal-EFTA permezz tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, min-naħa l-oħra, jistgħu jitolbu informazzjoni ulterjuri dwar abbozz ta' regolament tekniku nnotifikat.”;

    (d)

    Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 5(2):

    “Il-kummenti tal-Istati tal-EFTA għandhom jintbagħtu mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA lill-Kummissjoni fil-forma ta' komunikazzjoni waħda koordinata u l-kummenti tal-Unjoni għandhom jintbagħtu mill-Kumissjoni lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

    (e)

    It-termini “Stat Membru” u “Kummissjoni” fl-Artikolu 6(1), (2) u (7) għandhom jiġu sostitwiti rispettivament bit-termini “Stat tal-EFTA” u “Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”.

    (f)

    L-Artikoli 6(3), (4), (5) u (6) ma għandhomx japplikaw.”.

    Artikolu 3

    It-testi tad-Direttiva (UE) 2015/1535 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


    (1)  ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1.

    (2)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

    (3)  ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18.

    (4)  ĠU L 266, 3.10.2002, p. 32 u s-Suppliment ŻEE Nru 49, 3.10.2002, p. 22.

    (5)  ĠU L 266, 3.10.2002, p. 32 u s-Suppliment ŻEE Nru 49, 3.10.2002, p. 22.

    (*1)  [Ma hemm indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


    Top