This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019C0711(01)
Statements relating to Directive (EU) 2019/1153 of the European Parliament and of the Council of 20 June 2019 laying down rules facilitating the use of financial and other information for the prevention, detection, investigation or prosecution of certain criminal offences, and repealing Council Decision 2000/642/JHA
Dikjarazzjonijiet relatati mad-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ċerti reati kriminali, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI
Dikjarazzjonijiet relatati mad-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ċerti reati kriminali, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI
ST/9313/2019/ADD/2
ĠU C 234, 11.7.2019, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 234/1 |
Dikjarazzjonijiet relatati mad-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ċerti reati kriminali, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI (1)
(2019/C 234/01)
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Artikolu 9
Il-Parlament Ewropew jiddispjaċih li, kontra l-proposta oriġinali, id-Direttiva ma tinkludix regoli dwar skadenzi preċiżi u kanali tal-IT għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja ta’ Stati Membri differenti. Il-Parlament Ewropew jiddispjaċih ukoll li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu ġie limitat għal każijiet ta’ terroriżmu u kriminalità organizzata assoċjata mat-terroriżmu, u ma jkoprix, kif oriġinarjament propost, kull tip ta’ reat kriminali serju, li jista’ jkollu wkoll effetti detrimentali serji fuq is-soċjetajiet tagħna. Il-Parlament Ewropew iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid din il-kwistjoni bħala parti mir-rapporti tagħha fuq l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva u tad-Direttiva Kontra l-Ħasil tal-Flus, u speċifikament bħala parti mill-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 21. Il-Parlament Ewropew se jsegwi u janalizza mill-qrib dawk ir-rapporti u l-valutazzjonijiet u, jekk meħtieġ, se joħroġ bir-rakkomandazzjonijiet tiegħu stess.
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni
B’rabta mal-Artikolu 9 tad-Direttiva, il-Kummissjoni jiddispjaċiha li, għall-kuntrarju tal-proposta oriġinali tagħha, id-Direttiva ma tinkluix regoli dwar skadenzi preċiżi u kanali tal-IT għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja ta’ Stati Membri differenti. Il-Kummissjoni jiddispjaċiha wkoll li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu ġie limitat għal każijiet ta’ terroriżmu u kriminalità organizzata assoċjata mat-terroriżmu, u ma jkoprix it-tipi kollha ta’ reati kriminali serji, kif oriġinarjament propost. Il-Kummissjoni ser tkompli tirrifletti fuq il-kooperazzjoni bejn l-Unitajiet ta’ Intelligence Finanzjarja, b’mod partikolari bħala parti mir-rapporti tagħha dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u tad-Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus.