This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1903
Commission Regulation (EU) 2018/1903 of 5 December 2018 correcting Annexes IV, VI and VII to Regulation (EC) No 767/2009 of the European Parliament and of the Council on the placing on the market and use of feed, and correcting certain language versions of Annexes II, IV, V and VI to that Regulation (Text with EEA relevance.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1903 tal-5 ta' Diċembru 2018 li jikkoreġi l-Annessi IV, VI u VII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, u li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tal-Annessi II, IV, V u VI ta' dak ir-Regolament (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1903 tal-5 ta' Diċembru 2018 li jikkoreġi l-Annessi IV, VI u VII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, u li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tal-Annessi II, IV, V u VI ta' dak ir-Regolament (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/8084
ĠU L 310, 6.12.2018, p. 22–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1903
tal-5 ta' Diċembru 2018
li jikkoreġi l-Annessi IV, VI u VII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, u li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tal-Annessi II, IV, V u VI ta' dak ir-Regolament
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2279 (2), ġie individwat żball fil-punt 2 tal-Anness ta' dak ir-Regolament li jissostitwixxi l-Parti A tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 fir-rigward tal-kontenut dikjarat ta' rmied li ma jinħallx fl-aċidu idrokloriku. Bħala riżultat, ma ġie stabbilit l-ebda livell ta' tolleranza għal kontenut ta' rmied li ma jinħallx fl-aċidu idrokloriku ta' 5 %. |
(2) |
Ġiet individwata ommissjoni fil-punti 3 u 4 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2017/2279 li jissostitwixxu l-punt 7 tal-Kapitolu I tal-Anness VI u l-punt 8 tal-Kapitolu I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009. Dan wassal għal ambigwità fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar volontarju ta' addittivi tal-għalf sensorjali jew nutrizzjonali. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 767/2009 jiġi kkoreġut skont dan. |
(4) |
Il-verżjonijiet lingwistiċi biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament (UE) 2017/2279 fihom żball fejn it-terminu “żjut/żejt u xaħmijiet mhux raffinati” f'dak ir-Regolament, kien sostitwit bit-terminu “xaħam mhux raffinat” fl-Annessi IV, VI u VII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, iżda bi żball naqsu milli jagħmlu l-istess ukoll fl-Annessi II u V ta' dak ir-Regolament. |
(5) |
Il-verżjoni lingwistika Ġermaniża tar-Regolament (UE) 2017/2279 fiha numru ta' żbalji. Hemm żball fil-punt 2 tal-Anness ta' dak ir-Regolament li jissostitwixxi l-Parti A tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 fir-rigward tal-valuri perċentwali ta' kontenut ta' ndewwa (umdità). Il-punt 3 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2017/2279 li jissostitwixxi l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 fih żbalji fir-rigward tal-isem imqassar tal-komposti tat-togħma u fir-rigward tal-ispeċijiet fil-mira għar-rekwiżiti obbligatorji ta' tikkettar għal-liżina u għall-metijonina. |
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li l-verżjonijiet lingwistiċi biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati minn dawn il-korrezzjonijiet. |
(7) |
Minħabba li għal raġunijiet ta' sikurezza l-emendi tal-Annessi mhux bil-fors jibdew jiġu applikati minnufih, sabiex ma jkunx hemm tfixkil bla bżonn tal-prattiki kummerċjali u sabiex l-operaturi ma jinħolqilhomx piż amministrattiv bla bżonn, huwa xieraq li jiġu previsti miżuri tranżitorji li jippermettu li jinbidlu bla xkiel it-tikketti. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 huwa kkorreġut kif ġej:
(1) |
fil-punt 2 tal-Parti A tal-Anness IV, fit-tieni kolonna tat-tabella fir-ringiela “irmied li ma jinħallx fl-aċidu idrokloriku”, il-kontenut fiċ-ċellola ta' “1 - < 5” huwa sostitwit b'“1 - 5”; |
(2) |
il-punt 7 tal-Kapitolu I tal-Anness VI huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(3) |
il-punt 8 tal-Kapitolu I tal-Anness VII huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(4) |
fil-punt 5 tal-Anness II u fit-tielet kolonna fir-ringieli 3, 5, 12, 15, 16 u 18 tat-tabella fl-Anness V, it-terminu “żjut/żejt u xaħmijiet mhux raffinati” huwa sostitwit bit-terminu “xaħam mhux raffinat”; |
(5) |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija). |
Artikolu 2
(1) Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li kienu ġew ittikkettati qabel is-26 ta' Diċembru 2019 skont ir-regoli li kienu japplikaw qabel is-26 ta' Diċembru 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
(2) Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li kienu ġew ittikkettati qabel is-26 ta' Diċembru 2020 skont ir-regoli li kienu japplikaw qabel is-26 ta' Diċembru 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2279 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jemenda l-Annessi II, IV, VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf (ĠU L 328, 12.12.2017, p. 3).