This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1618
Commission Delegated Regulation (EU) 2018/1618 of 12 July 2018 amending Delegated Regulation (EU) No 231/2013 as regards safe-keeping duties of depositaries (Text with EEA relevance.)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1618 tat-12 ta' Lulju 2018 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 231/2013 f'dak li għandu x' jaqsam mad-dmirijiet ta' salvagwardja tad-depożitarji (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1618 tat-12 ta' Lulju 2018 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 231/2013 f'dak li għandu x' jaqsam mad-dmirijiet ta' salvagwardja tad-depożitarji (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/4377
ĠU L 271, 30.10.2018, p. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1618
tat-12 ta' Lulju 2018
li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 231/2013 f'dak li għandu x' jaqsam mad-dmirijiet ta' salvagwardja tad-depożitarji
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(17) tagħha,
Billi:
(1) |
Minħabba liġijiet nazzjonali li jvarjaw dwar it-titoli u l-insolvenza, li mhumiex armonizzati fil-livell tal-Unjoni, teżisti diverġenza fil-livell ta' protezzjoni minn riskji ta' insolvenza għal strumenti finanzjarji miżmuma f'kustodja minn partijiet terzi għal klijenti ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi (“AIFs”). Sabiex tiġi żgurata protezzjoni b'saħħitha tal-assi tal-klijenti kif previst fid-Direttiva 2011/61/UE, filwaqt li jiġu pprovduti rekwiżiti tal-liġi nazzjonali aktar b'saħħithom fir-rigward ta' dawn l-oqsma mhux armonizzati, huwa neċessarju li jiġu ċċarati l-obbligi relatati mas-salvagwardja tal-assi stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE. |
(2) |
Bħalissa l-awtoritajiet kompetenti u l-industrija japplikaw ir-rekwiżiti tas-segregazzjoni tal-assi stabbiliti fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 (2) b'mod differenti. Filwaqt li d-depożitarji, li huma fl-ewwel livell ta' katina ta' kustodja, għandhom l-obbligu li jipprovdu l-possibbiltà li kont individwali jżomm strumenti finanzjarji għal kull klijent tal-AIF, irid jiġi ċċarat li meta l-funzjoni ta' kustodja tiġi delegata lil parti terza, jenħtieġ li din tal-aħħar tkun tista' żżomm l-assi tal-klijenti ta' depożitarju wieħed, inklużi l-assi għal AIFs u l-Impriżi għal Investiment Kollettiv f'Titoli Trasferibbli (“UCITS”), f'kont omnibus. Jenħtieġ li dan il-kont omnibus jeskludi dejjem l-assi proprjetarji tad-depożitarju u l-assi proprjetarji tal-parti terza kif ukoll l-assi li jappartjenu lil klijenti oħra tal-parti terza. Bl-istess mod, f'każijiet fejn il-funzjoni ta' kustodja tiġi ddelegata ulterjorment, jenħtieġ li s-sottokustodju jkun jista' jżomm l-assi tal-klijenti tal-kustodju ta' delega, f'kont omnibus. Jenħtieġ li dan il-kont omnibus jeskludi dejjem l-assi proprjetarji tas-sottokustodju u l-assi proprjetarji tal-kustodja ta' delega kif ukoll l-assi li jappartjenu lil klijenti oħra tas-sottokustodju. Dan huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn l-effiċjenza tas-suq u l-protezzjoni tal-investitur. |
(3) |
Sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta' telf ta' assi miżmuma f'kontijiet omnibus ta' strumenti finanzjarji pprovduti minn partijiet terzi, li lilhom tkun ġiet iddelegata l-funzjoni ta' kustodja, jenħtieġ li l-frekwenza ta' rikonċiljazzjonijiet bejn il-kontijiet u r-rekords tat-titoli finanzjarji ta' depożitarju ta' klijent AIF u l-parti terza jew bejn partijiet terzi, meta l-funzjoni ta' kustodja tkun ġiet iddelegata aktar 'l isfel fil-katina tal-kustodja, tiżgura trażmissjoni f'waqtha tal-informazzjoni rilevanti lid-depożitarju. Barra minn hekk, il-frekwenza ta' dawn ir-rikonċiljazzjonijiet jenħtieġ li tiddependi fuq kull moviment f'dan il-kont omnibus, inklużi transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-assi li jappartjenu lil klijenti oħra tad-depożitarju li jinżammu fl-istess kont omnibus bħall-assi tal-AIF. |
(4) |
Jenħtieġ li d-depożitarju jkun jista' jkompli jwettaq id-dmirijiet tiegħu b'mod effettiv meta l-kustodja tal-assi tal-klijenti AIF tiegħu tiġi delegata lil parti terza. Huwa għalhekk meħtieġ li d-depożitarju jintalab iżomm rekord fil-kont ta' strumenti finanzjarji li jkun fetaħ f'isem il-klijent AIF tiegħu jew f'isem l-AIFM, li jaġixxi f'isem l-AIF, li juri li l-assi miżmuma f'kustodja minn parti terza jappartjenu lil dak l-AIF partikolari. |
(5) |
Biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tad-depożitarji fir-rigward ta' partijiet terzi li lilhom tiġi ddelegata l-kustodja tal-assi, jenħtieġ li din ir-relazzjoni tiġi dokumentata permezz ta' kuntratt ta' delega bil-miktub. Jenħtieġ li dan il-kuntratt jippermetti lid-depożitarju jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex ikun żgurat li l-assi miżmuma f'kustodja jkunu salvagwardjati kif xieraq u li l-parti terza tikkonforma f'kull ħin mal-kuntratt ta' delega u mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/61/UE u tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 231/2013. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-depożitarju u l-parti terza jaqblu formalment dwar jekk il-parti terza hijiex permessa li tkompli tiddelega l-funzjonijiet ta' kustodja. F'dak il-każ, jenħtieġ li l-arranġament jew il-kuntratt bejn il-parti terza ta' delega u l-parti terza li lilha jkunu ġew delegati ulterjorment il-funzjonijiet ta' kustodja, ikun soġġett għad-drittijiet u l-obbligi li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti bejn id-depożitarju u l-parti terza ta' delega. |
(6) |
Sabiex jippermetti lid-depożitarju jwettaq il-funzjonijiet tiegħu jeħtieġ li tissaħħaħ is-sorveljanza tad-depożitarji fuq il-partijiet terzi, irrispettivament minn jekk ikunux jinsabu ġewwa jew barra l-Unjoni. Jenħtieġ li d-depożitarji jivverifikaw jekk l-istrumenti finanzjarji tal-AIFs jkunux reġistrati b'mod korrett fil-kotba ta' parti terza u li r-rekords miżmuma jkunu preċiżi biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu identifikati n-natura, il-post u s-sjieda tal-assi miżmuma f'kustodja. Biex jiġi ffaċilitat it-twettiq effettiv tad-dmirijiet tad-depożitarji, jenħtieġ li l-partijiet terzi jipprovdulhom dikjarazzjoni dwar kull bidla li taffettwa l-assi miżmuma f'kustodja għall-klijenti AIF tad-depożitarji. |
(7) |
Bħala parti mill-obbligi tad-depożitarji li jeżerċitaw attenzjoni u diliġenza f'każijiet ta' delega tal-funzjonijiet ta' kustodja, qabel ma jiddelegaw din il-funzjoni lil parti terza li tinsab barra l-Unjoni, jenħtieġ li d-depożitarju jirċievi opinjoni ġuridika indipendenti li tivvaluta l-liġi dwar l-insolvenza tal-pajjiż terz fejn dik il-parti terza tkun tinsab, li tinkludi evalwazzjoni tal-livell ta' protezzjoni mogħtija mill-kontijiet ta' strumenti finanzjarji segregati f'dik il-ġurisdizzjoni. L-opinjoni mogħtija għal kull ġurisdizzjoni mill-federazzjonijiet tal-industrija rilevanti jew mid-ditti legali għall-benefiċċju ta' diversi depożitarji jenħtieġ li tkun aċċettabbli. Barra minn hekk, id-depożitarju għandu jiżgura li l-parti terza li tinsab barra l-Unjoni tinformah dwar kull bidla fiċ-ċirkostanzi jew f'dik il-liġi dwar l-insolvenza tal-pajjiż terz, li tista' taffettwa l-istat tal-assi tal-klijenti AIF tad-depożitarju. |
(8) |
Sabiex id-depożitorji jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda li jinsabu f'dan ir-Regolament, id-data tal-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi differita bi tmintax-il xahar wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(9) |
Il-miżuri introdotti b'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar it-Titoli u s-Swieq (3). |
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-grupp ta' esperti tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli. |
(11) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 231/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 89 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 98, jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej: “2a. Kuntratt, li permezz tiegħu id-depożitarju jaħtar parti terza biex iżżomm l-assi tal-klijenti AIF tad-depożitarju f'kustodja, għandu jinkludi tal-anqas id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
|
(3) |
L-Artikolu 99 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' April 2020
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-operat, id-depożitarji, l-ingranaġġ, it-trasparenza u s-superviżjoni (ĠU L 83, 22.3.2013, p. 1).
(3) L-Opinjoni tal-AETS, 20.7.2017, 34 45 277.