EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1506

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1506 tal-10 ta' Ottubru 2018 dwar miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fl-Italja

C/2018/6522

ĠU L 255, 11.10.2018, p. 1–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 11/10/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1506/oj

11.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1506

tal-10 ta' Ottubru 2018

dwar miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fl-Italja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 220(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Bejn it-30 ta' April 2016 u t-28 ta' Settembru 2017, l-Italja kkonfermat li kien hemm 43 tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 u H7 u bagħtet notifiki dwarhom. L-ispeċijiet affettwati kienu l-papri, id-dundjani, il-farawni u l-flieles, it-tiġieġ, l-għawwietaq u t-tiġieġ tal-bajd tat-tip Gallus domesticus.

(2)

Minnufih u b'mod effiċjenti, l-Italja ħadet il-miżuri kollha marbutin mas-saħħa tal-annimali u l-miżuri kollha veterinarji meħtieġa skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (2).

(3)

B'mod partikulari, l-Italja ħadet miżuri ta' kontroll, ta' monitoraġġ u ta' prevenzjoni u stabbiliet żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza (“iż-żoni regolati”) skont id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/697 (3), (UE) 2017/155 (4), (UE) 2017/247 (5) (UE) 2017/263 (6), (UE) 2017/417 (7), (UE) 2017/554 (8), (UE) 2017/696 (9), (UE) 2017/780 (10), (UE) 2017/977 (11), (UE) 2017/1397 (12), (UE) 2017/1415 (13), (UE) 2017/1484 (14), (UE) 2017/1519 (15) u (UE) 2017/1593 (16).

(4)

L-Italja għarrfet lill-Kummissjoni li l-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u dawk veterinarji meħtieġa li kienu ġew applikati biex jitrażżan u jitwaqqaf għalkollox it-tixrid tal-marda kienu laqtu għadd kbir ħafna ta' operaturi u li dawk l-operaturi ġarrbu telf ta' introjtu li ma kienx eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

(5)

Fid-9 ta' Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet talba formali għall-finanzjament parzjali ta' ċerti miżuri eċċezzjonali mingħand l-Italja skont l-Artikolu 220(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għat-tifqigħat ikkonfermati fil-perjodu ta' bejn it-30 ta' April 2016 u t-28 ta' Settembru 2017. Fl-1 ta' Ġunju 2018, fl-14 ta' Ġunju 2018, fit-22 ta' Ġunju 2018 u fil-11 ta' Lulju 2018, l-awtoritajiet Taljani ċċaraw it-talba tagħhom u bagħtu d-dokumenti marbutin magħha.

(6)

Minħabba l-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji msemmijin fil-premessa 3, ġew estiżi l-perjodi ta' mistrieħ sanitarju, ġiet ipprojbita l-introduzzjoni tat-tjur u ġew ristretti l-movimenti tat-tipi kollha ta' tjur fl-azjendi fiż-żoni regolati stabbiliti wara t-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 u H7. Dan kien jolqot lill-ispeċijiet li ġejjin: il-papri, id-dundjani, il-farawni u l-flieles, it-tiġieġ, l-għawwietaq u t-tiġieġ tal-bajd tat-tip Gallus domesticus. Dan wassal għal telf fil-produzzjoni tal-bajd għat-tifqis, tal-bajd għall-konsum u tal-laħam tat-tjur f'dawn l-azjendi. Jixraq għalhekk li jingħata kumpens għat-telf minħabba bajd meqrud, ipproċessat jew relegat għal grad inferjuri, kif ukoll minħabba annimali mhux prodotti, trobbija għal perjodu itwal, jew qtil.

(7)

Skont l-Artikolu 220(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-finanzjament parzjali mill-Unjoni jrid ikun ekwivalenti għal 50 % tan-nefqa mġarrba mill-Italja għall-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffissa l-kwantitajiet massimi eliġibbli għall-finanzjament għal kull miżura eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq wara li tkun fliet it-talba li tkun irċeviet mingħand l-Italja b'rabta mat-tifqigħat ikkonfermati fil-perjodu ta' bejn it-30 ta' April 2016 u t-28 ta' Settembru 2017.

(8)

Sabiex jiġi evitat kull riskju ta' kumpens żejjed, jenħtieġ li l-ammont tal-finanzjament parzjali b'rata fissa jkun ibbażat fuq studji tekniċi u ekonomiċi jew fuq dokumenti tal-kontabbiltà u li dan jiġi ffissat fil-livell ix-xieraq għal kull annimal u għal kull prodott skont il-kategorija tagħhom.

(9)

Sabiex jiġi evitat kull riskju ta' finanzjament doppju, jenħtieġ li t-telf imġarrab ma jkunx ġie kkumpensat b'għajnuna mill-Istat jew b'assigurazzjoni u jenħtieġ li l-finanzjament parzjali mill-Unjoni skont dan ir-Regolament ikun limitat għall-annimali u għall-prodotti eliġibbli li għalihom ma tkun ingħatat l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014.

(10)

Jenħtieġ li l-livell u t-tul ta' żmien tal-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq previsti f'dan ir-Regolament ikunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jiġi appoġġat is-suq. B'mod partikulari, jenħtieġ li l-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq japplikaw biss għall-produzzjoni tat-tjur u tal-bajd fl-azjendi li jinsabu fiż-żoni regolati u għat-tul ta' żmien li matulu kienu fis-seħħ il-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u fil-leġiżlazzjoni Taljana rilevanti għat-43 tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja kkonfermati fil-perjodu ta' bejn it-30 ta' April 2016 u t-28 ta' Settembru 2017 u għaż-żoni regolati rispettivi.

(11)

Sabiex tkun żgurata l-flessibbiltà f'każ li l-għadd ta' annimali jew ta' bajd eliġibbli għall-kumpens ikun ivarja mill-ammonti massimi stabbiliti f'dan ir-Regolament, li huma bbażati fuq stimi, il-kumpens jista' jiġi aġġustat b'ċerti limiti, dejjem jekk jitħares l-ammont massimu tan-nefqa ffinanzjata b'mod parzjali mill-Unjoni.

(12)

Għal raġunijiet ta' ġestjoni baġitarja tajba ta' dawn il-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq, jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni biss dawk il-pagamenti li l-Italja tagħmel lill-benefiċjarji sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2019. Jenħtieġ li ma jkunx japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (18).

(13)

Sabiex jiġu żgurati l-eliġibbiltà u l-korrettezza tal-pagamenti, jenħtieġ li l-Italja twettaq verifiki ex ante.

(14)

Jenħtieġ li l-Italja tgħarraf lill-Kummissjoni bl-approvazzjoni tal-pagamenti sabiex l-Unjoni tkun tista' twettaq il-kontroll finanzjarju tagħha.

(15)

Sabiex ikun żgurat li l-Italja timplimenta l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament b'mod immedjat, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(16)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali li jkun ekwivalenti għal 50 % tan-nefqa li ġarrbet l-Italja biex tappoġġa s-suq tal-bajd għat-tifqis, tal-bajd għall-konsum u tal-laħam tat-tjur li ntlaqat ħażin ħafna mit-43 tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 u H7 li l-Italja sabet u bagħtet notifiki dwarhom fil-perjodu ta' bejn it-30 ta' April 2016 u t-28 ta' Settembru 2017.

Artikolu 2

In-nefqa li ġarrbet l-Italja għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni biss:

(a)

għall-perjodu li matulu kienu applikati l-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji msemmijin fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni u tal-Italja mniżżlin fl-Anness u marbutin mal-perjodu stabbilit fl-Artikolu 1; u

(b)

għal dawk l-azjendi tat-tjur li jkunu ġew suġġetti għall-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u għall-miżuri veterinarji u li jinsabu fiż-żoni msemmijin fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni u tal-Italja mniżżlin fl-Anness (“iż-żoni regolati”); u

(c)

jekk l-Italja tkun ħallsitha lill-benefiċjarji sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2019. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 ma għandux japplika; u

(d)

jekk, għall-perjodu msemmi fil-punt (a), l-annimal jew il-prodott ma jkunx ibbenefika minn xi kumpens permezz tal-għajnuna mill-Istat jew tal-assigurazzjoni u għalih ma tkun ingħatat l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014.

Artikolu 3

1.   Il-livell massimu tal-finanzjament parzjali tal-Unjoni għandu jkun ta' EUR 11,1 miljun, imqassam kif ġej:

(a)

għat-telf fil-produzzjoni fis-settur tat-tjur fiż-żoni regolati għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin:

(i)

EUR 0,11 għal kull bajda għat-tifqis li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0407 11 00 li tkun inqerdet, għal ammont massimu ta' 2 320 318-il bajda;

(ii)

EUR 0,07895 għal kull bajda għat-tifqis li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0407 11 00 li tkun ġiet ipproċessata fi prodott tal-bajd, għal ammont massimu ta' 2 935 380 bajda;

(iii)

EUR 0,057 għal kull bajda għat-tifqis li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0407 11 00 li tkun ġiet relegata għal grad inferjuri bħala għalf għall-annimali domestiċi, għal ammont massimu ta' 190 000 bajda;

(iv)

EUR 0,019 għal kull bajda tat-tiġieġ imrobbi fil-ġaġeġ li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0407 11 00 li tkun ġiet ipproċessata fi prodott tal-bajd, għal ammont massimu ta' 5 788 593 bajda;

(v)

EUR 0,02375 għal kull bajda tat-tiġieġ tal-maqjel li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0407 11 00 li tkun ġiet ipproċessata fi prodott tal-bajd, għal ammont massimu ta' 37 903 308 bajdiet;

(vi)

EUR 0,085 kull ġimgħa għal kull dundjana tas-simna li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 30, għal ammont massimu ta' 1 342 757 annimal;

(vii)

EUR 0,129 kull ġimgħa għal kull dundjan tas-simna li jidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 30, għal ammont massimu ta' 2 397 112-il annimal;

(viii)

EUR 0,045 kull ġimgħa għal kull farawna li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 50, għal ammont massimu ta' 194 548 annimal;

(ix)

EUR 0,045 kull ġimgħa għal kull tiġieġa tas-simna li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00, għal ammont massimu ta' 27 626 088 annimal;

(x)

EUR 0,12385 kull ġimgħa għal kull papra tas-simna li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 10, għal ammont massimu ta' 41 302 annimali;

(xi)

EUR 0,085 kull ġimgħa għal kull tiġieġa tal-bajd imrobbija fil-ġaġeġ li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00, għal ammont massimu ta' 176 000 annimal;

(xii)

EUR 0,1065 kull ġimgħa għal kull tiġieġa tal-bajd tal-maqjel li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00, għal ammont massimu ta' 932 625 annimal;

(xiii)

EUR 0,04 kull ġimgħa għal kull għattuqa tal-maqjel li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00, għal ammont massimu ta' 414 900 annimal;

(b)

għat-telf marbut ma' trobbija għal perjodu itwal taż-żmien minħabba l-projbizzjoni fuq it-trasferimenti fiż-żoni regolati għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin għal kull annimal:

(i)

EUR 0,115 kull ġimgħa għal kull għattuqa standard li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00, għal ammont massimu ta' 400 553 annimal;

(ii)

EUR 0,0995 kull ġimgħa għal kull tiġieġa standard li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00, għal ammont massimu ta' 754 942 annimal;

(iii)

EUR 0,0995 kull ġimgħa għal kull farawna li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 50, għal ammont massimu ta' 1 277 annimal;

(iv)

EUR 0,46 kull ġimgħa għal kull dundjan standard li jidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 30, għal ammont massimu ta' 12 662 annimal;

(v)

EUR 8,46 għal kull dundjan oħxon iżżejjed li jidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 30, għal ammont massimu ta' 12 662 annimal;

(vi)

EUR 0,2618 kull ġimgħa għal kull papra tas-simna li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 10, għal ammont massimu ta' 7 700 annimal;

(c)

għall-qtil tat-tjur fiż-żoni regolati għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin għal kull annimal:

(i)

EUR 0,5183 għal kull dundjana li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 12 00, għal ammont massimu ta' 144 580 annimal;

(ii)

EUR 1,03 għal kull dundjan li jidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 12 00, għal ammont massimu ta' 186 080 annimal;

(iii)

EUR 0,18375 għal kull tiġieġa li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 11 19, għal ammont massimu ta' 37 000 annimal;

(iv)

EUR 0,20875 għal kull tiġieġa tal-azjendi rurali li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 11 19, għal ammont massimu ta' 779 519-il annimal;

(d)

għat-telf fil-produzzjoni b'rabta mal-annimali għat-tnissil fiż-żoni regolati għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin għal kull annimal:

(i)

EUR 0,1815 għal kull tiġieġa tas-simna li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00, għal ammont massimu ta' 853 692 annimal;

(ii)

EUR 1,2225 għal kull dundjan li jidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 30, għal ammont massimu ta' 48 050 annimal.

2.   Meta l-għadd ta' annimali jew bajd eliġibbli għall-kumpens ikun jaqbeż l-għadd massimu ta' annimali jew ta' bajd għal kull kategorija stabbilit fil-paragrafu 1, in-nefqa eliġibbli għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni tista' tiġi aġġustata għal kull kategorija u tkun taqbeż l-ammonti li jiġu mill-applikazzjoni tal-għadd massimu għal kull kategorija, dejjem jekk l-għadd totali tal-aġġustamenti ma jkunx jaqbeż l-10 % tal-livell massimu tan-nefqa ffinanzjata b'mod parzjali mill-Unjoni msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 4

L-Italja għandha twettaq verifiki amministrattivi u fiżiċi skont l-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19).

B'mod partikulari, l-Italja għandha tivverifika:

(a)

l-eliġibbiltà tal-applikant li jkun bagħat it-talba għall-appoġġ;

(b)

għal kull applikant eliġibbli: l-eliġibbiltà, il-kwantità u l-valur tat-telf reali fil-produzzjoni;

(c)

li kull applikant eliġibbli ma jkunx irċieva finanzjament minn sorsi oħrajn bħala kumpens għat-telf imsemmi fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

Għall-applikanti eliġibbli li jkunu sarulhom il-verifiki amministrattivi, l-għajnuna tista' tingħata mingħajr ma wieħed joqgħod jistenna li jsiru l-verifiki kollha, b'mod partikulari dawk fuq l-applikanti li jkunu ntgħażlu għall-verifiki fuq il-post.

F'każijiet fejn ma tkunx ġiet ikkonfermata l-eliġibbiltà tal-applikant, l-għajnuna għandha tiġi rkuprata u għandhom jiġu applikati s-sanzjonijiet.

Artikolu 5

L-Italja għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bl-approvazzjoni tal-pagamenti.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/697 tal-4 ta' Mejju 2016 dwar ċerti miżuri protettivi relatati mal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H7N7 fl-Italja (ĠU L 120, 5.5.2016, p. 35).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/155 tas-26 ta' Jannar 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2122 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'ċerti Stati Membri (ĠU L 23, 28.1.2017, p. 25).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/263 tal-14 ta' Frar 2017 dwar miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju u miżuri għal bijosigurtà rinforzata u s-sistemi tad-detezzjoni bikrija f'dak li għandu x'jaqsam mar-riskji maħluqa minn għasafar selvaġġi għat-trażmissjoni ta' virusijiet tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja għall-pollam (ĠU L 39, 16.2.2017, p. 6).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/417 tas-7 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 63, 9.3.2017, p. 177).

(8)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/554 tat-23 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 79, 24.3.2017, p. 15).

(9)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 12.4.2017, p. 80).

(10)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/780 tat-3 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 30).

(11)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/977 tat-8 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 155).

(12)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1397 tas-27 ta' Lulju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 197, 28.7.2017, p. 13).

(13)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1415 tat-3 ta' Awwissu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 203, 4.8.2017, p. 9).

(14)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1484 tas-17 ta' Awwissu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 214, 18.8.2017, p. 28).

(15)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1519 tal-1 ta' Settembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 228, 2.9.2017, p. 1).

(16)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1593 tal-20 ta' Settembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 243, 21.9.2017, p. 14).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).

(18)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).

(19)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).


ANNESS

Żoni regolati u perjodi msemmijin fl-Artikolu 2

Il-partijiet mit-territorju Taljan u l-perjodi stabbiliti skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE u ddefiniti fl-atti leġiżlattivi li ġejjin:

fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/697 tal-4 ta' Mejju 2016 dwar ċerti miżuri protettivi relatati mal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H7N7 fl-Italja (ĠU L 120, 5.5.2016, p. 35);

fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/155 tas-26 ta' Jannar 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2122 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'ċerti Stati Membri (ĠU L 23, 28.1.2017, p. 25);

fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62);

fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/263 tal-14 ta' Frar 2017 dwar miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju u miżuri għal bijosigurtà rinforzata u s-sistemi tad-detezzjoni bikrija f'dak li għandu x'jaqsam mar-riskji maħluqa minn għasafar selvaġġi għat-trażmissjoni ta' virusijiet tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja għall-pollam (ĠU L 39, 16.2.2017, p. 6);

fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/417 tas-7 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 63, 9.3.2017, p. 177);

fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/554 tat-23 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 79, 24.3.2017, p. 15);

fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80);

fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/780 tat-3 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 30);

fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/977 tat-8 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 155);

fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1397 tas-27 ta' Lulju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 197, 28.7.2017, p. 13);

fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1415 tat-3 ta' Awwissu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 203, 4.8.2017, p. 9);

fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1484 tas-17 ta' Awwissu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 214, 18.8.2017, p. 28);

fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1519 tal-1 ta' Settembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 228, 2.9.2017, p. 1);

fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1593 tal-20 ta' Settembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 243, 21.9.2017, p. 14);

fl-Ordnijiet tal-Ministeru tas-Saħħa li permezz tagħhom ġie ddikjarat li hemm infezzjoni wara t-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja li kienu kkonfermati fil-perjodu ta' bejn it-30 ta' April 2016 u t-28 ta' Settembru 2017.


Top