This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1128
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/1128 of 9 August 2018 amending Implementing Regulation (EU) No 1354/2011 opening annual Union tariff quotas for sheep, goats, sheepmeat and goatmeat
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1128 tad-9 ta' Awwissu 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 li jiftaħ il-kwoti tariffarji annwali tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1128 tad-9 ta' Awwissu 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 li jiftaħ il-kwoti tariffarji annwali tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż
C/2018/5485
ĠU L 205, 14.8.2018, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R1987 Ara Art. 4
14.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1128
tad-9 ta' Awwissu 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 li jiftaħ il-kwoti tariffarji annwali tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 (2) jipprevedi l-ftuħ tal-kwoti tariffarji annwali tal-Unjoni fuq l-importazzjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż, fosthom għal dawk li ġejjin mill-Iżlanda. |
(2) |
Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011, il-kwoti tariffarji li dak ir-Regolament jiftaħ iridu jkunu ġestiti skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3). |
(3) |
Fit-23 ta' Marzu 2017, l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda ffirmaw Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2087 (4) awtorizzat l-iffirmar tal-Ftehim f'isem l-Unjoni, filwaqt li d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1913 (5) awtorizzat il-konklużjoni tiegħu. |
(4) |
Skont l-Anness V tal-Ftehim, l-Unjoni emendat ir-Regolament (UE) Nru 1354/2011 permezz tar-Regolament (UE) 2018/562 (6). L-emenda żiedet il-kwantitajiet ta' kwoti mingħajr dazju preeżistenti għall-Iżlanda għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż, li jaqgħu taħt l-intestaturi tariffarji 0204 u 0210, u barra minn hekk fetħet kwota mingħajr dazju annwali tal-Unjoni għal-laħam tan-nagħaġ ipproċessat li jaqa' fis-subintestatura 1602 90. |
(5) |
Il-kwantitajiet tal-kwoti tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż amministrati skont ir-Regolament (UE) Nru 1354/2011 huma espressi f'ekwivalenza għall-piż tal-karkassi, billi l-Ftehim jipprevedi li l-kwantitajiet iridu jiġu espressi f'tunnellati ta' prodotti. Għalhekk jixraq li tiġi prevista l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni li huma stabbiliti fil-Ftehim f'Regolament separat li jrid jiġi adottat, sabiex tiġi żgurata ġestjoni bla xkiel tal-kwota skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Bħala konsegwenza, jenħtieġ li dawk il-kwoti tariffarji jitneħħew b'mod simultanju mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1354/2011 abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(6) |
Għalhekk jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 jiġi emendat kif xieraq. |
(7) |
Ir-Regolament il-ġdid li jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż u l-laħam tan-nagħaġ ipproċessat li joriġina fl-Iżlanda adottat skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 se jibda japplika mill-1 ta' Settembru 2018. Għalhekk, jenħtieġ li l-emendi jikkorrispondu mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1354/2011 japplikaw mill-istess data. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 3(2), jitħassar il-punt (e); |
(2) |
L-Anness huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta' Settembru 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Günther OETTINGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 tal- 20 ta' Diċembru 2011 li jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż (ĠU L 338, 21.12.2011, p. 36).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2087 tal-14 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (ĠU L 324, 30.11.2016, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1913 tad-9 ta' Ottubru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (ĠU L 274, 24.10.2017, p. 57).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/562 tad-9 ta' April 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 li jiftaħ il-kwoti tariffarji annwali tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż (ĠU L 94, 12.4.2018, p. 4).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
ANNESS
ANNESS
IL-KWOTI TARIFFARJI TAL-UNJONI GĦAL-LAĦAM TAN-NAGĦAĠ U GĦAL-LAĦAM TAL-MOGĦOŻ (f'tunnellati (t) ta' ekwivalenti ta' piż tal-karkassi)
Kodiċijiet NM |
Dazju “ad valorem” (%) |
Dazju speċifiku f'EUR għal kull 100 kg |
Numru tas-serje skont il-prinċipju li min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel |
Oriġini |
Volum annwali f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' piż tal-karkassi |
|||
Annimali ħajjin (koeffiċjent = 0,47) |
Laħam tal-ħaruf bla għadam (1) (koeffiċjent = 1,67) |
Laħam tal-muntun u laħam tan-nagħaġ bla għadam (2) (koeffiċjent = 1,81) |
Karkassi u laħam bl-għadam (koeffiċjent = 1,00) |
|||||
0204 |
Żero |
Żero |
— |
09.2101 |
09.2102 |
09.2011 |
L-Arġentina |
23 000 |
— |
09.2105 |
09.2106 |
09.2012 |
L-Awstralja |
19 186 |
|||
— |
09.2109 |
09.2110 |
09.2013 |
In-New Zealand |
228 254 |
|||
— |
09.2111 |
09.2112 |
09.2014 |
L-Urugwaj |
5 800 |
|||
— |
09.2115 |
09.2116 |
09.1922 |
Iċ-Ċilì (3) |
8 000 |
|||
— |
09.2121 |
09.2122 |
09.0781 |
In-Norveġja |
300 |
|||
— |
09.2125 |
09.2126 |
09.0693 |
Il-Greenland |
100 |
|||
— |
09.2129 |
09.2130 |
09.0690 |
Il-Gżejjer Faeroe |
20 |
|||
— |
09.2131 |
09.2132 |
09.0227 |
It-Turkija |
200 |
|||
— |
09.2171 |
09.2175 |
09.2015 |
Pajjiżi oħrajn (4) |
200 |
|||
— |
09.2178 |
09.2179 |
09.2016 |
Erga omnes (5) |
200 |
|||
0104 10 30 0104 10 80 0104 20 90 |
10 |
Żero |
09.2181 |
— |
— |
09.2019 |
Erga omnes (5) |
92 |
(1) U laħam tal-gidi.
(2) U laħam tal-mogħoż minbarra dak tal-gidi.
(3) Il-kwota tariffarja għaċ-Ċilì tiżdied b'200 t fis-sena.
(4) “Pajjiżi oħrajn” għandha tirreferi għall-membri kollha tad-WTO minbarra l-Arġentina, l-Awstralja, in-New Zealand, l-Urugwaj, iċ-Ċilì, il-Greenland u l-Iżlanda.
(5) “Erga omnes” għandha tirreferi għall-pajjiżi kollha tal-oriġini, inklużi dawk imsemmijin f'din it-tabella.