Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0939

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/939 tas-26 ta' Ġunju 2018 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Cidre Cotentin”/“Cotentin” (DOP))

    C/2018/4133

    ĠU L 166, 3.7.2018, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/939/oj

    3.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 166/3


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/939

    tas-26 ta' Ġunju 2018

    li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Cidre Cotentin”/“Cotentin” (DOP))

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta' Franza biex id-denominazzjoni “Cidre Cotentin”/“Cotentin” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

    (2)

    Permezz tal-ittra bid-data tas-16 ta' Novembru 2016, l-awtoritajiet Franċiżi għarrfu lill-Kummissjoni li skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, kien ingħata perjodu tranżitorju li jiskadi fil-15 ta' Novembru 2026, lill-Azjenda agrikola b'responsabbiltà limitata (Earl) La Vallée des Pommiers, 17, bis hameau Les Mesles, 50340 Bricquebosq u lill-Kumpanija b'responsabbiltà limitata Cidrerie Le père Mahieu, 17, bis hameau Les Mesles, 50340 Bricquebosq, stabbiliti fit-territorju tagħhom u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' dak l-Artikolu skont l-Ordni tal-14 ta' Ottubru 2016 dwar id-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta “Cidre Cotentin”/“Cotentin” ippubblikat fit-22 ta' Ottubru 2016 fil-Journal Officiel de la République française. Matul il-proċedura nazzjonali ta' oppożizzjoni, dawn l-operaturi li kienu kkummerċjalizzaw legalment is-“Cidre Cotentin”/“Cotentin” b'mod kontinwu għal mill-anqas ħames snin qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni, kienu ressqu l-oppożizzjoni.

    (3)

    Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk id-denominazzjoni “Cidre Cotentin”/“Cotentin” għandha tiġi rreġistrata,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-denominazzjoni “Cidre Cotentin”/“Cotentin” (DOP) hija rreġistrata.

    Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.8., kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

    Artikolu 2

    Il-protezzjoni mogħtija skont l-Artikolu 1 hija soġġetta għall-perjodu tranżitorju mogħti minn Franza wara l-Ordni tal-14 ta' Ottubru 2016 dwar id-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta “Cidre Cotentin”/“Cotentin” ippubblikata fit-22 ta' Ottubru 2016 fil-Journal officiel de la République française skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 lill-operaturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-imsemmi Artikolu.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ġunju 2018.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Phil HOGAN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

    (2)  ĠU C 39, 2.2.2018, p. 33.

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


    Top