Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0920

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/920 tat-28 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 180/2014 fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet dwar verifiki, notifiki u rapporti annwali u dwar l-emendi tal-programmi POSEI

    C/2018/3963

    ĠU L 164, 29.6.2018, p. 5–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/920/oj

    29.6.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 164/5


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/920

    tat-28 ta' Ġunju 2018

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 180/2014 fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet dwar verifiki, notifiki u rapporti annwali u dwar l-emendi tal-programmi POSEI

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2), it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 8 u l-Artikoli 12(3), u 14(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 180/2014 (2) uriet li ċerti dispożizzjonijiet dwar verifiki, notifiki u rapporti annwali jridu jiġu ċċarati u ssimplifikati.

    (2)

    L-Artikoli 2, 3 u 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014 jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar il-liċenzji tal-importazzjoni, iċ-ċertifikati tal-eżenzjoni, iċ-ċertifikati tal-għajnuna u l-pagament marbut ma' prodotti importati minn pajjiżi terzi jew fornuti mill-Unjoni. L-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 (3) jagħmel użu minn numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (“in-numru EORI”) li huwa obbligatorju għal liċenzji ta' importazzjoni. Huwa xieraq li jiġi pprovdut l-istess rekwiżit għal-liċenzji tal-importazzjoni, għaċ-ċertifikati ta' eżenzjoni u għaċ-ċertifikati tal-għajnuna koperti bl-Artikoli 2, 3 u 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014 rispettivament.

    (3)

    L-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014 jinkludi r-regoli dwar id-dokumenti li jridu jiġu ppreżentati mill-operaturi u l-validità tal-liċenzji u taċ-ċertifikati. Huwa xieraq li titħaffef it-trasmissjoni elettronika tad-dokumenti ta' akkumpanjament tal-liċenzji u taċ-ċertifikati.

    (4)

    L-Artikolu 16 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014 jistipula r-regoli dwar il-verifiki amministrattivi u fiżiċi fuq l-importazzjoni, id-dħul, l-esportazzjoni u l-konsenja ta' prodotti agrikoli. Huwa xieraq li jiġu separati t-tip ta' kontrolli fiżiċi fuq l-importazzjoni u d-dħul mit-tip ta' kontrolli fiżiċi għall-esportazzjoni u għall-konsenja. L-Artikolu jenħtieġ li jkun ifformulat b'tali mod biex l-obbligu tal-applikazzjoni ta' kampjun rappreżentattiv meta jkunu qed jitwettqu l-verifiki fuq l-esportazzjoni u l-konsenja tal-operazzjonijiet previsti fit-Taqsima 5 ta' dak ir-Regolament jkun espliċitu.

    (5)

    L-Artikolu 22 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014 jistipula l-prinċipji ġenerali għall-verifiki fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna biex il-miżuri jappoġġjaw il-prodotti agrikoli lokali. Filwaqt li titqies l-eteroġenità u l-livell ta' kumplessità differenti ta' azzjonijiet fi ħdan il-miżuri biex ikompli jiġi żgurat li l-oqsma kollha ta' nfiq huma koperti u rrappreżentati fil-kampjun, huwa neċessarju li jkun speċifikat li l-awtoritajiet kompetenti se jkollhom iwettqu verifiki fuq il-post fil-livell ta' kull azzjoni permezz tat-teħid ta' kampjuni ta' mill-anqas 5 % tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Il-kampjun jenħtieġ li jirrappreżenta wkoll mill-anqas 5 % tal-ammonti koperti mill-għajnuna għal kull azzjoni.

    (6)

    L-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 180/2014 jistipula r-regoli għall-għażla tal-applikanti għall-għajnuna li se jkunu suġġetti għall-verifiki fuq il-post. Billi fir-reġjuni l-aktar imbiegħda jista' jkun hemm numru żgħir ta' applikanti, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jagħżlu applikant wieħed biss.

    (7)

    L-Artikolu 38(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014 jirrikjedi li ċerta data dwar il-bilanċ tal-arranġamenti speċifiċi għall-provvista hemm bżonn li tiġi notifikata fl-aħħar ta' kull kwart tas-sena. Dik il-perjodiċità hija ta' piż u notifika ta' darba biss għal kull sena titqies suffiċjenti.

    (8)

    L-Artikolu 39 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014 jistabbilixxi l-elementi li jridu jiġu inklużi fir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri. Fir-rapport tagħha tal-15 ta' Diċembru 2016 (4) il-Kummissjoni kkonkludiet li jenħtieġ li r-rappurtar fuq l-implimentazzjoni tal-programmi POSEI jittejjeb, b'mod partikolari biex tiġi valutata aħjar il-konformità mal-objettivi, inkluż għall-arranġamenti speċifiċi għall-provvista, u biex tiġi deskritta aħjar is-sitwazzjoni tas-settur agrikolu u l-iżvilupp tiegħu iklużi l-monitoraġġ tal-prezzijiet u l-pożizzjoni kompetittiva tal-produzzjoni lokali fir-rigward tal-importazzjonijiet. Billi huwa għalhekk opportun li jiġu emendati l-obbligi ta' rappurtar u li tiġi pprovduta struttura ġdida tar-rapport annwali, id-dettalji rilevanti jenħtieġ li jiġu speċifikati f'Anness ġdid tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014.

    (9)

    L-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 180/2014 jistipula l-proċeduri għall-emendar tal-programmi POSEI. B'kont meħud tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tiegħu, dawn il-proċeduri hemm bżonn li jkunu simplifikati sabiex jipproteġu b'mod aktar flessibbli u mingħajr xkiel l-adattament għall-kundizzjonijiet attwali relatati mal-arranġamenti tal-provvista u mal-kundizzjonijiet agrikoli lokali. Għalhekk, huwa xieraq li jkun meħtieġ li l-emendi koperti mill-Artikolu 40(1) u (2) ta' dak ir-Regolament jiġu ppreżentati fl-istess żmien sal-31 ta' Lulju.

    (10)

    B'mod ġenerali, l-emendi għall-programmi POSEI ma jeħtiġux approvazzjoni formali min-naħa tal-Kummissjoni. Huwa xieraq li jiġi rivedut il-kliem tal-Artikolu 40(1) tar-Regolament (UE) ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014 sabiex jesprimi dan il-prinċipju b'mod aktar espliċitu.

    (11)

    Madankollu, emendi “maġġuri” għall-programm koperti bl-Artikolu 40(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014 jeħtieġu l-approvazzjoni formali mill-Kummissjoni. Fuq il-bażi tal-esperjenza ta' din il-proċedura, huwa meħtieġ li tiġi estiża l-iskadenza għal approvazzjoni għal ħames xhur wara n-notifika ta' din l-emenda. Barra minn hekk, sabiex tiġi ssimplifikata l-proċedura, l-approvazzjoni formali mill-Kummissjoni jenħtieġ li tkun limitata għall-ewwel żewġ każijiet li bħalissa huma koperti minn din id-dispożizzjoni.

    (12)

    L-Artikolu 40(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014 jikkonċerna emendi “minuri”. Sabiex titħaffef il-proċedura ta' aġġustament finanzjarja fi ħdan l-Istati Membri, l-iskadenza għan-notifika ta' aġġustamenti sa 20 % tal-allokazzjoni finanzjarja jenħtieġ li tkun estiża sal-31 ta' Mejju.

    (13)

    Fl-aħħar nett, id-definizzjoni ta' “miżura” fl-Artikolu 40(5)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014 jenħtieġ li tiġi ssimplifikata.

    (14)

    Diversi Regolamenti tal-Kummissjoni ġew imħassra u sostitwiti minn regolamenti delegati u regolamenti ta' implimentazzjoni. Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, huwa xieraq li jiġu aġġornati r-referenzi għal dawk ir-regolamenti. B'mod partikolari, fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni, referenzi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (5) jenħtieġ li jiġu sostitwiti b'referenzi għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 (6) u għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239.

    (15)

    F'dak li jirrigwarda n-notifiki lill-Kummissjoni, jenħtieġ li r-referenzi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (7) jiġu sostitwiti b'referenzi għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 (8) u għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 (9).

    (16)

    Fir-rigward tar-regoli bbażati fuq ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), ir-referenzi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 (11) jenħtieġ li jiġu sostitwiti b'referenzi għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 (12) u għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (13).

    (17)

    Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, jenħtieġ li r-referenzi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (14) jiġu sostitwiti b'referenzi għar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (16) jew għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (17).

    (18)

    Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014 jiġi emendat skont dan.

    (19)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jitfasslu skont il-kampjun stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1239 (*1).

    L-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 (*2) u l-Artikoli 2 u 3, l-Artikolu 4(1), l-Artikoli 5 u 7 u 13 sa 16 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, mingħajr preġudizzju għal dan ir-Regolament.

    It-tolleranza negattiva prevista fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

    (*1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 44)."

    (*2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta' garanziji ppreżentati għal tali liċenzji, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008 (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 1).”;"

    (b)

    il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “6.   Id-dazji fuq l-importazzjoni għandhom jiġu imposti fuq il-kwantitajiet li jeċċedu dawk iddikjarati fuq il-liċenzja tal-importazzjoni. It-tolleranza pożittiva ta' 5 % prevista fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239 għandhom japplikaw, sakemm id-dazji tal-importazzjoni relatati jitħallsu.”;

    (2)

    fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Iċ-ċertifikati tal-eżenzjoni għandhom jitfasslu fuq il-bażi tal-kampjun tal-liċenzja tal-importazzjoni stabbilit fl-Anness I tar-Regolarment ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 u l-Artikoli 2 u 3, l-Artikolu 4(1), l-Artikoli 5 u 7 u 13 sa 16 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) 2016/1239 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, mingħajr preġudizzju għal dan ir-Regolament.

    It-tolleranza negattiva prevista fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

    (3)

    fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Iċ-ċertifikati tal-għajnuna għandhom jitfasslu fuq il-bażi tal-kampjun tal-liċenzja tal-importazzjoni stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 u l-Artikoli 2 u 3, l-Artikolu 4(1), l-Artikoli 5 u 7 u 13 sa 16 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, mingħajr preġudizzju għal dan ir-Regolament.

    It-tolleranza negattiva prevista fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

    (4)

    l-Artikolu 8(1) huwa emendat kif ġej:

    (a)

    l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

    (i)

    is-sentenza tal-bidu hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Suġġett għall-Artikoli 2(5), 3(6), 5(7) u l-Artikoli 11 u 12, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaċċettaw il-liċenzja tal-importazzjoni, iċ-ċertifikat tal-eżenzjoni jew iċ-ċertifikat tal-għajnuna jew l-applikazzjoni għal ċertifikat tal-assistenza ppreżentati mill-operaturi għal kull konsenja. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu akkumpanjati mill-oriġinali jew minn kopja ċertifikata tal-fattura tax-xiri u l-oriġinali, kopja ċċertifikata jew kopja elettronika ekwivalenti awtentikata tad-dokumenti li ġejjin:”;

    (ii)

    il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    fir-rigward taċ-ċertifikat tal-għajnuna:

    (i)

    il-mezzi ta' prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 199(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (*3); jew

    (ii)

    id-dikjarazzjoni tat-tip CO skont il-Kapitoli 2 u 3 tat-Titolu VIII tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (*4) skont l-elementi tad-data Nri 1/1, 1/2 u 1/3 msemmija fit-tabella dwar ir-rekwiżiti tad-data stabbilita fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu I tal-Anness B ta' dak ir-Regolament.

    (*3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558)."

    (*4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).”;"

    (b)

    it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Id-dokumenti ta' akkumpanjament jistgħu jieħdu l-forma ta' messaġġ elettroniku. Fil-każ li l-awtorità kompetenti tal-verifika ma jkollha l-ebda aċċess għas-sistema tal-IT li tiġġestixxi u tipproduċi tali dokument elettroniku, dan għandu jiġi sostitwit permezz ta' kopja stampata vera u ċċertifikata kif xieraq jew kopja elettronika ekwivalenti awtentikata.”;

    (5)

    fl-Artikolu 12, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “In-notifika msemmija f'dan l-Artikolu għandha issir skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 (*5) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 (*6).

    (*5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 tal-20 ta' April 2017 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni ta' informazzjoni u dokumenti (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 100)."

    (*6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 113).”;"

    (6)

    fl-Artikolu 16, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Il-verifiki fiżiċi li jsiru fir-reġjun ultraperiferiku kkonċernat fuq l-importazzjoni u d-dħul ta' prodotti agrikoli għandhom jinvolvu kampjun rappreżentattiv li jammonta għal mill-anqas 5 % tal-liċenzji u taċ-ċertifikati ppreżentati skont l-Artikolu 9.

    Il-verifiki fiżiċi mwettqa fir-reġjun ultraperiferiku kkonċernat fuq l-esportazzjoni jew il-konsenja previsti fit-Taqsima 5 għandhom jinvolvu kampjun rappreżentattiv ta' mill-inqas 5 % tal-operazzjonijiet, abbażi tal-profili tar-riskju stabbiliti mill-Istati Membri.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2008 (*7) għandu japplika mutatis mutandis għal dawk il-verifiki fiżiċi.

    Barra minn hekk, f'każijiet speċjali, il-Kummissjoni tista' titlob li l-verifiki fiżiċi jkopru perċentwali differenti.

    (*7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-monitoraġġ, permezz ta' verifiki fiżiċi tal-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli li qegħdin jirċievu rifużjonijiet jew somom oħra (ĠU L 339, 18.12.2008, p. 53).”;"

    (7)

    fl-Artikolu 22, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju skont l-Artikolu 24(1) ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu verifiki fuq il-post permezz tat-teħid ta' kampjuni, għal kull azzjoni, ta' mill-anqas 5 % tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Il-kampjun għandu jirrappreżenta wkoll mill-anqas 5 % tal-ammonti koperti mill-għajnuna għal kull azzjoni.”;

    (8)

    fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1), tiżdied is-sentenza li ġejja:

    “Meta n-numru minimu ta' applikanti għall-għajnuna li se jkunu suġġetti għall-verifiki fuq il-post ikun inqas minn 12, l-Istati Membri għandhom jagħżlu b'mod aleatorju mill-inqas applikant wieħed.”;

    (9)

    l-Artikoli 28 u 29 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “Artikolu 28

    Irkuprar ta' pagamenti u penali mhux dovuti

    1.   Fil-każ ta' pagament mhux dovut, l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (*8) għandu japplika mutatis mutandis.

    2.   Meta l-pagament mhux dovut ikun sar b'riżultat ta' dikjarazzjoni falza, dokumenti foloz jew negliġenza serja mill-parti tal-applikant għall-għajnuna, għandha tiġi imposta penali ugwali għall-ammont imħallas bla bżonn, bl-interessi kkalkulati b'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014.

    Artikolu 29

    Forza maġġuri u ċirkostanzi eċċezzjonali

    F'każijiet ta' forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 (*9) għandu japplika mutatis mutandis.

    (*8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69)."

    (*9)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta' pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 48).”;"

    (10)

    fl-Artikolu 32(3), it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “In-notifika msemmija f'dan il-paragrafu għandha ssir skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1185.”;

    (11)

    fl-Artikolu 35, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

    “2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-prodotti elenkati fl-Anness VII jintużaw b'konformità mar-regoli tal-Unjoni rilevanti, u b'mod partikolari mal-Artikoli 211, 214, 215, 218, 219 u 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10), mal-Artikoli 161 sa 164, 171 sa 175, 178, 179 u 239 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u l-Artikoli 260 sa 269 tar-Regolament (UE) 2015/2447.

    (*10)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).”;"

    (12)

    L-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fl-ewwel subparagrafu, is-sentenza tal-bidu trid tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    “Fir-rigward tal-arranġamenti speċifiċi għall-provvista, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju ta' kull sena, dwar id-data li ġejja, marbuta mal-operazzjonijiet imwettqa fis-sena preċedenti fir-rigward tal-bilanċ tal-provvista tas-sena kalendarja ta' referenza, imqassma skont il-prodott u l-kodiċi NM u, fejn applikabbli, skont id-destinazzjoni individwali:”;

    (ii)

    fit-tieni subparagrafu, titħassar it-tieni sentenza;

    (b)

    il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “3.   In-notifiki msemmija f'dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1185.

    4.   In-notifiki msemmija fl-Artikolu 23(3) u 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 għandhom isiru wkoll skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1185.”;

    (13)

    L-Artikolu 39 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 39

    Rapport annwali

    1.   L-istruttura u l-kontenut tar-rapport annwali msemmija fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness IX għal dan ir-Regolament.

    2.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1185.”;

    (14)

    L-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “1.   L-emendar ta' kull programm POSEI għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni darba kull sena kalendarja u għal kull programm, ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri jew ta' ċirkostanzi eċċezzjonali. Huma għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju tas-sena ta' qabel l-applikazzjoni tagħhom. L-emendi għandhom ikunu sostanzjati kif xieraq, partikolarment billi tingħata l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    ir-raġunijiet għal kwalunkwe problema ta' implimentazzjoni li jiġġustifikaw l-emenda tal-programm;

    (b)

    l-effetti mistennija tal-emenda;

    (c)

    l-implikazzjonijiet fuq l-kundizzjonijiet ta' finanzjament u ta' eliġibbiltà.

    Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru jekk tqis li l-emendi ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 228/2013, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 51 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

    L-emendi għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar tas-sena wara dik li fiha jkunu ġew notifikati. Fil-każ li titqies neċessarja applikazzjoni minn qabel, tali emendi jistgħu japplikaw aktar kmieni, sakemm ma toġġezzjonax il-Kummissjoni.

    2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tevalwa separatament l-emendi li ġejjin proposti mill-Istati Membri u tiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tagħhom fi żmien ħames xhur mid-data li jkunu ġew sottomessi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 228/2013.

    (a)

    l-adeżjoni ta' reġjun ultraperiferiku ġdid;

    (b)

    l-introduzzjoni fil-programm ġenerali ta' gruppi ġodda ta' prodotti li għandhom jiġu appoġġjati skont l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista jew ta' miżuri ġodda biex jgħinu l-produzzjoni agrikola lokali.

    L-emendi hekk approvati għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar tas-sena wara dik li fiha tkun saret il-proposta għal emenda jew mid-data indikata espliċitament fid-deċiżjoni tal-approvazzjoni.”;

    (b)

    fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    fir-rigward tal-miżuri kollha, aġġustamenti sa 20 % tal-allokazzjoni finanzjarja għal kull miżura individwali, mingħajr preġudizzju għal-limiti massimi finanzjarji previsti mill-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 228/2013, b'kundizzjoni li tali aġġustamenti jiġu notifikati sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju tas-sena wara s-sena kalendarja li għaliha tirreferi l-allokazzjoni finanzjarja emendata;”;

    (c)

    fil-paragrafu 5, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    “miżura” tfisser ir-raggruppament tal-azzjonijiet meħtieġa biex jintlaħaq objettiv wieħed jew aktar tal-programm li jikkostitwixxi linja li għaliha hemm allokazzjoni finanzjarja definita fit-tabella tal-finanzjament imsemmija fl-Artikolu 5(a) tar-Regolament (UE) Nru 228/2013;”

    (d)

    il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “6.   In-notifiki msemmija f'dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1185.”;

    (15)

    Qed jiżdied l-Anness IX u t-test tiegħu huwa stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ġunju 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 180/2014 tal-20 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 63, 4.3.2014, p. 13).

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 44).

    (4)  Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-iskema ta' miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (POSEI) (COM(2016)797 final).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).

    (6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta' garanziji ppreżentati għal tali liċenzji, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008 (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 1).

    (7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).

    (8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 tal-20 ta' April 2017 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni ta' informazzjoni u dokumenti (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 100).

    (9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 113).

    (10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

    (11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta' appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta' appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65).

    (12)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta' pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 48).

    (13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).

    (14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

    (15)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

    (16)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

    (17)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


    ANNESS

    ANNESS IX

    L-istruttura u l-kontenut tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 39

    L-istruttura u l-kontenut tar-rapport matul is-sena ta' qabel għandhom ikunu kif ġej:

    1.   IL-KUNTEST ĠENERALI FIS-SENA TA' QABEL

    1.1.

    Il-kuntest soċjo-ekonomiku.

    1.2.

    Is-sitwazzjoni tal-agrikoltura u l-iżvilupp tagħha.

    2.   L-IMPLIMENTAZZJONI FIŻIKA U FINANZJARJA TAL-MIŻURI U TAL-AZZJONIJIET

    2.1.

    Tabella ġenerali b'tagħrif finanzjarju dwar l-appoġġ għall-produzzjoni lokali u l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista, inkluż l-allokazzjoni inizjali għal kull miżura u azzjoni, kif ukoll l-infiq reali u, jekk rilevanti, kwalunkwe għajnuna mill-Istat mogħtija f'konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 228/2013.

    2.2.

    Deskrizzjoni komprensiva tal-implimentazzjoni fiżika u finanzjarja ta' kull miżura u azzjoni, inkluża l-assistenza teknika, li hemm fil-programm:

    (a)

    għall-arranġamenti speċifiċi għall-provvista: id-data u l-analiżi dwar il-bilanċ tal-provvista annwali tar-reġjun ikkonċernat;

    (b)

    għall-appoġġ tal-produzzjoni lokali: id-data u l-analiżi tal-implimentazzjoni fiżika u finanzjarja ta' kull miżura u azzjoni elenkati fil-programm inkluż data bħan-numru ta' benefiċjarji, in-numru ta' annimali koperti mill-pagament, l-erja tal-wiċċ eliġibbli u/jew in-numru ta' azjendi kkonċernati. Meta jkun meħtieġ, id-data trid tkun akkumpanjata minn preżentazzjoni u analiżi tas-settur li miegħu għandha x'taqsam il-miżura.

    3.   IL-PRESTAZZJONI TAL-PROGRAMM FIS-SENA TA' QABEL

    3.1.

    Il-progress tal-miżuri u l-azzjonijiet lejn l-objettivi u l-prijoritajiet speċifiċi tal-programm u tal-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 228/2013:

    (a)

    l-iżvilupp u l-analiżi ta' indikaturi nazzjonali jikkwantifikaw l-objettivi speċifiċi tal-programm u l-valutazzjoni sa kemm inkisbu l-objettivi speċifiċi assenjati lil kull waħda mill-miżuri li jinsabu fil-programm;

    (b)

    għall-arranġamenti speċifiċi tal-provvista, l-informazzjoni dwar il-mod li bih ġie mgħoddi l-vantaġġ mogħti, kif ukoll il-miżuri meħuda u l-verifiki mwettqa biex jiġi żgurat li dan ġie mgħoddi b'konformità mal-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament;

    (c)

    għall-arranġamenti speċifiċi tal-provvista, analiżi tal-proporzjonalità tal-għajnuna b'rabta mal-ispiża addizzjonali tat-trasport lejn ir-reġjuni l-aktar il-bogħod u, fil-każ ta' prodotti maħsuba għall-ipproċessar u għal inputs agrikoli, l-ispejjeż addizzjonali tal-insularità u d-distanza;

    (d)

    id-data annwali dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 37 ta' dan ir-Regolament u l-analiżi tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 228/2013.

    Dawn l-analiżijiet għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-monitoraġġ tal-prezzijiet, lill-iżvilupp agrikolu lokali, u lill-pożizzjoni kompetittiva tal-prodotti lokali fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u l-provvisti mill-Unjoni.

    3.2.

    Il-konklużjonijiet tal-analiżijiet dwar l-idoneità tal-istrateġija tal-miżuri u l-possibbiltà ta' titjib sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-programm.

    4.   IL-ĠESTJONI TAL-PROGRAMM

    4.1.

    Rendikont qasir ta' kwalunkwe problema serja li tinqala' fil-ġestjoni u fl-implimentazzjoni tal-miżuri matul is-sena in kwistjoni.

    4.2.

    L-istatistika dwar il-verifiki mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti u kwalunkwe penali applikata. Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tista' tkun utli biex wieħed jifhem id-data sottomessa.

    5.   L-EMENDI

    Sommarju qasir ta' kwalunkwe emenda għall-programm ippreżentata matul is-sena in kwistjoni u l-ġustifikazzjonijiet tagħhom.


    Top