Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0565

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/565 tat-12 ta' April 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

    ĠU L 95, 13.4.2018, p. 1–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/565/oj

    13.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 95/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/565

    tat-12 ta' April 2018

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 tat-12 ta' April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-12 ta' April 2011 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 359/2011.

    (2)

    Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK (2), il-Kunsill iddeċieda li jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġġeddu sat-13 ta' April 2019.

    (3)

    Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-entrati li jikkonċernaw 29 persuna u entità waħda inklużi fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 jiġu aġġornati.

    (4)

    Jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta' April 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    T. DONCHEV


    (1)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat- 12 ta' April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51).


    ANNESS

    L-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011:

    “Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    AHMADI- MOQADDAM Esmail

    Post tat-twelid: Tehran (Iran)

    Data tat-twelid: 1961

    Eks Konsulent Għoli għall-Affarijiet ta' Sigurtà tal-Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati. Eks Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran mill-2005 sa kmieni fl-2015. Il-forzi taħt il-kmand tiegħu wettqu attakki brutali fuq protesti paċifiċi, u attakk vjolenti mal-lejl fuq id-dormitorji tal-Università ta' Tehran fil-15 ta' Ġunju 2009. Attwalment kap tal-Kwartieri Ġenerali tal-Iran b'appoġġ għall-Poplu Jemenita.

    12.4.2011

    3.

    ARAGHI (ERAGHI) Abdollah

     

    Eks Viċi Kap tal-Forzi tal-Art tal-IRGC. Huwa kellu responsabbiltà diretta u personali għar-repressjoni tal-protesti matul is-sajf kollu tal-2009.

    12.4.2011

    9.

    NAQDI Mohammad-Reza

    Post tat-twelid: Najaf (Iraq)

    Data tat-twelid: Madwar 1952

    Viċi Kap tal-IRGC għall-affarijiet kulturali u soċjali. Eks Kmandant tal-Basij. Bħala kmandant tal-Forzi tal-Basij tal-IRGC, Naqdi kien responsabbli għal, jew kompliċi fl-abbużi tal-Basij li seħħew tard fl-2009, inkluż għar-reazzjoni vjolenti għall-protesti ta' Jum l-Ashura f'Diċembru 2009, li wasslet għall-mewt ta' madwar 15-il persuna u l-arrest ta' mijiet ta' persuni li pprotestaw. Qabel il-ħatra tiegħu bħala kmandant tal-Basij f'Ottubru 2009, Naqdi kien il-kap tal-Unità tal-Intelligence tal-Basij responsabbli għall-interrogazzjoni ta' dawk li ġew arrestati matul ir-repressjoni li seħħet wara l-elezzjonijiet.

    12.4.2011

    10.

    RADAN Ahmad-Reza

    Post tat-twelid: Isfahan (Iran)

    Data tat-twelid:1963

    Qabel kien inkarigat miċ-Ċentru għall-Istudji Strateġiċi tal-Forza tal-Infurzar tal-Liġi Iranjana, korp marbut mal-Pulizija Nazzjonali. Eks Kap taċ-Ċentru għall-Istudji Strateġiċi tal-Pulizija, eks Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran sa Ġunju 2014. Bħala Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali mill-2008, Radan kien responsabbli għal swat, qtil u arresti u detenzjonijiet arbitrarji ta' dimostranti, imwettqa mill-forzi tal-pulizija. Attwalment kmandant tal-IRGC responsabbli mit-taħriġ ta' forzi Iraqini għal “kontra t-terroriżmu”.

    12.4.2011

    11.

    RAJABZADEH Azizollah

     

    Eks Kap tal-Organizzazzjoni ta' Mitigazzjoni tad-Diżastri ta' Tehran (TDMO). Eks Kap tal-Pulizija ta' Tehran (sa Jannar 2010).

    Bħala Kmandant tal-Forzi ta' Infurzar tal-Liġi fi Greater Tehran, Azizollah Rajabzadeh huwa l-akkużat bl-ogħla kariga fil-każ tal-abbużi fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Kahrizak.

    12.4.2011

    12.

    SAJEDI-NIA Hossein

     

    Viċi Kmandat tal-Operazzjonijiet tal-Pulizija. Eks Kap tal-Pulizija ta' Tehran, eks Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran responsabbli għall-Operazzjonijiet tal-Pulizija. Huwa inkarigat mill-Ministeru għall-Intern bil-koordinazzjoni ta' operazzjonijiet ta' repressjoni fil-belt kapitali Iranjana.

    12.4.2011

    13.

    TAEB Hossein

    Post tat-twelid: Tehran

    Data tat-twelid: 1963

    Kap tal-Intelligence tal-IRGC. Eks Viċi kmandant tal-IRGC għall-Intelligence. Eks Kmandant tal-Basij sa Ottubru 2009. Forzi taħt il-kmand tiegħu ħadu sehem fi swat tal-massa, qtil, detenzjonijiet u torturi ta' persuni li pprotestaw b'mod paċifiku.

    12.4.2011

    16.

    HADDAD Hassan (magħruf ukoll bħala Hassan ZAREH DEHNAVI)

     

    Eks Viċi Uffiċjal tas-Sikurezza tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tehran. Eks Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tehran, fergħa 26. Kien inkarigat mill-każijiet ta' detenzjoni relatati mal-kriżijiet ta' wara l-elezzjoni u hedded lill-familji tad-detenuti regolarment biex isikkithom. Kien strumentali fil-ħruġ ta' ordnijiet ta' detenzjoni liċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Kahrizak. F'Novembru 2014, ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta' detenuti ġie rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet Iranjani.

    12.4.2011

    21.

    MOHSENI-EJEI Gholam-Hossein

    Post tat-twelid: Ejiyeh

    Data tat-twelid: madwar 1956

    Membru tal-Kunsill ta' Espedjenza. Prosekutur Ġenerali għall-Iran minn Settembru 2009 u Viċi Kap u kelliem għall-Ġudikatura. Eks Ministru tal-Intelligence matul l-elezzjonijiet tal-2009. Waqt li kien Ministru tal-Intelligence matul l-elezzjoni tal-2009, aġenti tal-intelligence taħt il-kmand tiegħu kienu responsabbli għad-detenzjoni, tortura u l-akkwist ta' stqarrijiet foloz bl-użu ta' pressjoni mingħand mijiet ta' attivisti, ġurnalisti, dissidenti u politiċi riformisti. Barra minn hekk, figuri politiċi kienu mġiegħla jagħmlu stqarrijiet foloz taħt interrogazzjonijiet insupportabbli li kienu jinkludu tortura, abbuż, rikatti, u t-theddid ta' membri tal-familja.

    12.4.2011

    26.

    SHARIFI Malek Adjar (magħruf ukoll bħala: SHARIFI Malek Ajdar)

     

    Imħallef fil-Qorti Suprema, kap tat-43 taqsima. Eks Kap tal-Ġudikatura tal-Lvant tal-Ażerbajġan. Kien responsabbli għall-proċess ta' Sakineh Mohammadi-Ashtiani.

    12.4.2011

    28.

    YASAGHI Ali-Akbar

     

    Imħallef fil-Qorti Suprema, kap tal-44 taqsima. Viċi Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Setad-e Dieh. Eks Prim Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta' Mashhad. Proċessi taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu tmexxew b'mod sommarju u f'sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li nħarġu sentenzi ta' eżekuzzjoni bil-massa, inħarġu pieni kapitali mingħajr osservanza tajba ta' proċeduri ta' smigħ ġust.

    12.4.2011

    32.

    ZANJIREI Mohammad-Ali

     

    Konsulent għoli għall-Kap, u eks Viċi Kap tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Iran, responsabbli għall-abbużi u ċ-ċaħda tad-drittijiet fiċ-ċentru ta' detenzjoni. Huwa ordna t-trasferiment ta' ħafna ħabsin għal detenzjoni solitarja.

    12.4.2011

    33.

    ABBASZADEH- MESHKINI Mahmoud

     

    Konsulent għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem. Eks Segretarju tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem. Eks Gvernatur tal-Provinċja ta' Ilam. Eks Direttur politiku tal-Ministeru għall-Intern. Bħala Kap tal-Kumitat tal-Artikolu 10 tal-Liġi dwar Attivitajiet ta' Partiti u Gruppi Politiċi huwa kien jieħu ħsieb l-awtorizzazzjoni ta' dimostrazzjonijiet u avvenimenti pubbliċi oħra u r-reġistrazzjoni ta' partiti politiċi.

    Fl-2010, huwa ssospenda l-attivitajiet ta' żewġ partiti politiċi riformisti marbuta ma' Mousavi — il-Front Iżlamiku għall-Parteċipazzjoni tal-Iran u l-Organizzazzjoni ta' Mujahedeen għar-Rivoluzzjoni Iżlamika.

    Mill-2009 'l quddiem huwa rrifjuta b'mod konsistenti u kontinwu l-laqgħat kollha mhux governattivi, u b'hekk ċaħħad dritt kostituzzjonali għall-protesta u wassal għal ħafna arresti ta' dimostranti paċifiċi bi ksur tad-dritt għal-libertà ta' assemblea.

    Fl-2009 huwa ċaħħad ukoll l-oppożizzjoni minn permess għal ċerimonja biex tibki t-telfa tan-nies maqtula fi protesti matul l-elezzjonijiet Presidenzjali.

    10.10.2011

    34.

    AKBARSHAHI Ali-Reza

     

    Eks Direttur Ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali għall-Kontroll tad-Drogi tal-Iran (magħruf ukoll bħala l-Kwartieri Ġenerali tal-Anti-Narkotiċi). Eks Kmandant tal-Pulizija ta' Tehran. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-forza tal-pulizija kienet responsabbli għall-użu ta' forza extraġudizzjarja fuq persuni suspettati waqt l-arrest u d-detenzjoni ta' qabel il-proċess. Il-pulizija ta' Tehran kienet implikata wkoll fi tfittxijiet f'dormitorji universitarji f'Tehran f'Ġunju 2009, meta skont kummissjoni Majlis Iranjana, aktar minn 100 student indarbu mill-pulizija u l-Basiji. Attwalment kap tal-pulizija ferrovjarja.

    10.10.2011

    36.

    AVAEE Seyyed Ali-Reza (magħruf ukoll bħala: AVAEE Seyyed Alireza)

     

    Ministru għall-Ġustizzja. Eks Direttur tal-uffiċċju ta' investigazzjonijiet speċjali. Sa Lulju 2016 il-viċi Ministru għall-Intern u l-kap tar-Reġistru pubbliku. Konsulent għall-Qorti Dixxiplinari għall-Imħallfin sa minn April 2014. Eks President tal-Ġudikatura ta' Tehran. Bħala President tal-Ġudikatura ta' Tehran huwa kien responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, arresti arbitrarji, ċaħdiet tad-drittijiet tal-priġunieri u żieda fl-eżekuzzjonijiet.

    10.10.2011

    40.

    HABIBI Mohammad Reza

     

    Kap tal-uffiċċju tal-Ministeru għall-Ġustizzja f'Yazd. Eks Viċi Prosekutur ta' Isfahan. Kompliċi fi proċedimenti li jċaħħdu l-imputati minn proċess ġust — bħal Abdollah Fathi. li ngħata l-mewt f'Mejju 2011 wara li d-dritt li jinstema' u kwistjonijiet ta' saħħa mentali tiegħu ġew injorati minn Habibi matul il-proċess tiegħu f'Marzu 2010. Huwa għalhekk kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut, u kkontribwixxa għal użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet sa mill-bidu tal-2011.

    10.10.2011

    45.

    JOKAR Mohammad Saleh

     

    Deputat għall-Affarijiet Parlamentari tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni. Mill-2011 sal-2016 deputat parlamentari għall-Provinċja ta' Yazd u Membru tal-Kumitat parlamentari għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija. Eks Kmandant tal-Forzi tal-Istudenti ta' Basij.

    Fil-kapaċità tiegħu ta' Kmandant tal-Forzi tal-Istudenti ta' Basij huwa kien involut b'mod attiv fit-trażżin ta' protesti fl-iskejjel u l-universitajiet u d-detenzjoni extraġudizzjarja ta' attivisti u ġurnalisti.

    10.10.2011

    48.

    MAHSOULI Sadeq (magħruf ukoll bħala: MAHSULI Sadeq)

    Post tat-twelid: Oroumieh (Iran)

    Data tat-twelid: 1959/60

    Konsulent tal-Eks President Mahmoud Ahmadinejad u membru attwali tal-Kunsill ta' Espedjenza u Viċi Kap tal-Front ta' Perseveranza. Ministru għall-Affarijiet Soċjali u s-Sigurtà Soċjali bejn l-2009 u l-2011. Ministru għall-Intern sa Awwissu 2009. Bħala Ministru għall-Intern, Mahsouli kelli awtorità fuq il-forzi tal-pulizija, l-aġenti tas-sigurtà tal-ministeru tal-intern, u l-aġenti pajżana kollha. Il-forzi taħt it-tmexxija tiegħu kienu responsabbli għall-attakki fuq id-dormitorji tal-Università ta' Tehran fl-14 ta' Ġunju 2009 u t-tortura tal-istudenti fil-kantina tal-Ministeru (il-livell ta' taħt l-art magħruf nru 4). Dimostranti oħrajn ġew abbużati b'mod sever fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Kahrizak, li kien operat mill-pulizija taħt il-kontroll ta' Mahsouli.

    10.10.2011

    50.

    OMIDI Mehrdad (magħruf ukoll bħala: Reza; OMIDI Reza)

     

    Kap tat-taqsima VI tal-pulizija, dipartiment tal-investigazzjoni. Eks Kap tas-Servizzi tal-Intelligence fi ħdan il-Pulizija Iranjana. Eks Kap tat-Taqsima Kriminalità bil-Kompjuter tal-Pulizija Iranjana. Responsabbli għal eluf ta' investigazzjonijiet u akkużi ta' riformisti u avversarji politiċi li jużaw l-internet. Għaldaqstant huwa responsabbli għal ksur gravi ta' drittijiet tal-bniedem bir-repressjoni ta' persuni li jitkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluż il-libertà tal-espressjoni.

    10.10.2011

    51.

    SALARKIA Mahmoud

    Eks direttur tal-Klabb tal-Futbol ta' Tehran “Persepolis”

    Eks Kap tal-Kummissjoni tal-Petrol u tat-Trasport tal-Belt ta' Tehran. Viċi Prosekutur Ġenerali ta' Tehran għall-Affarijiet tal-Ħabs matul ir-repressjoni tal-2009.

    Bħala Viċi Prosekutur Ġenerali ta' Tehran għall-Affarijiet tal-Ħabs huwa kien direttament responsabbli għal ħafna mill-mandati għall-arrest kontra dimostranti u attivisti innoċenti u paċifiċi. Ħafna rapporti minn difensuri tad-drittijiet tal-bniedem juru li kważi dawk kollha arrestati huma, fuq struzzjonijiet tiegħu, miżmuma f'iżolament mingħajr aċċess għall-avukat jew il-familji tagħhom, u mingħajr akkuża, għal tul ta' żmien li jvarja, spiss f'kondizzjonijiet li jammontaw għal għajbien sfurzat. Il-familji tagħhom ħafna drabi ma jiġux notifikati bl-arrest.

    10.10.2011

    53.

    TALA Hossein (magħruf ukoll bħala: TALA Hosseyn)

     

    Sindku ta' Eslamshahr. Eks MP Iranjan. Eks Gvernatur Ġenerali (“Farmandar”) tal-Provinċja ta' Tehran sa Settembru 2010, kien responsabbli għall-intervent tal-forzi tal-pulizija u għalhekk għar-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet. F'Diċembru 2010 huwa rċieva premju għar-rwol tiegħu fir-repressjoni ta' wara l-elezzjoni.

    10.10.2011

    54.

    TAMADDON Morteza (magħruf ukoll bħala: TAMADON Morteza)

    Post tat-twelid: Shahr Kord-Isfahan

    Data tat-twelid: 1959

    Eks Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta' Tehran. Eks Gvernatur Ġenerali tal-IRGC tal-Provinċja ta' Tehran. Fil-kapaċità tiegħu bħala gvernatur u kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta' Tehran, kellu r-responsabbiltà ġenerali għall-attivitajiet kollha ta' repressjoni li saru mill-IRGC fil-provinċja ta' Tehran, inkluż ir-repressjoni ta' protesti politiċi minn Ġunju 2009. Attwalment membru tal-bord fl-Università għat-Teknoloġija f'Khajeh Nasireddin Tusi.

    10.10.2011

    55.

    ZEBHI Hossein

     

    Imħallef tal-Qorti Suprema. Eks Deputat għall-Prosekutur Ġenerali tal-Iran. Huwa għandu f'idejh diversi każi ġudizzjarji marbutin mal-protesti ta' wara l-elezzjoni.

    10.10.2011

    59.

    BAKHTIARI Seyyed Morteza

    Post tat-twelid: Mashad (Iran)

    Data tat-twelid: 1952

    Viċi kustodju tas-Santwarju ta' Imam Reza. Eks Uffiċjal tat-Tribunal Klerikali Speċjali. Eks Ministru għall-Ġustizzja mill-2009 sal-2013. Matul il-mandat tiegħu bħala Ministru għall-Ġustizzja, il-kondizzjonijiet fil-ħabsijiet fl-Iran waqgħu sew taħt l-istandards internazzjonali aċċettati, u kien hemm trattament ħażin estensiv ta' priġunieri. Barra minn hekk, kellu rwol ewlieni fit-theddid u l-intimidazzjoni tad-dijaspora Iranjana billi ħabbar l-istabbiliment ta' qorti speċjali biex tittratta speċifikament Iranjani li jgħixu barra l-pajjiż. Issorvelja wkoll żieda qawwija fin-numru ta' eżekuzzjonijiet fl-Iran, inkluż eżekuzzjonijiet sigrieti mhux imħabbra mill-gvern, u eżekuzzjonijiet għal reati marbuta mad-drogi.

    10.10.2011

    60.

    HOSSEINI Dr Mohammad (magħruf ukoll bħala: HOSSEYNI Dr Seyyed Mohammad; Seyed, Sayyed u Sayyid)

    Post tat-twelid: Rafsanjan, Kerman

    Data tat-twelid: 1961

    Konsulent tal-Eks President Mahmoud Ahmadinejad u kelliem għall-fazzjoni politika estremista YEKTA. Eks Ministru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika (2009-2013). Eks IRGC, kompliċi fir-repressjoni tal-ġurnalisti

    10.10.2011

    69.

    MORTAZAVI Seyyed Solat

    Post tat-twelid: Farsan, Tchar Mahal-o-Bakhtiari (Nofsinhar) - (Iran)

    Data tat-twelid: 1967

    Eks sindku tat-tieni l-akbar belt tal-Iran, Mashad, fejn regolarment iseħħu eżekuzzjonijiet pubbliċi. Eks Viċi Ministru għall-Intern għall-Affarijiet Politiċi. Kien responsabbli biex imexxi repressjoni ta' persuni li tkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluż il-libertà tal-espressjoni. Aktar tard maħtur bħala Kap tal-Kumitat Elettorali Iranjan għall-elezzjonijiet parlamentari fl-2012 u għall-elezzjonijiet presidenzjali fl-2013.

    23.3.2012

    73.

    FAHRADI Ali

     

    Viċi kap tal-Ispettorat tal-Affarijiet Legali u l-Ispezzjoni Pubblika tal-Ministeru għall-Ġustizzja ta' Tehran. Eks prosekutur ta' Karaj. Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż prosekuzzjonijiet fejn tingħata l-piena tal-mewt. Kien hemm għadd kbir ta' eżekuzzjonijiet fir-reġjun ta' Karaj matul il-mandat tiegħu bħala prosekutur.

    23.3.2012

    75.

    RAMEZANI Gholamhossein

     

    Mill-2011 Kap tal-Intelligence tal-Ministeru għad-Difiża; minn Novembru 2009 sa Marzu 2011: Kmandant tal-Intelligence tal-Pasdaran; minn Marzu 2008 sa Novembru 2009: Viċi Kmandant tal-Intelligence tal-Pasdaran; minn April 2006 sa Marzu 2008: Kap tal-Protezzjoni u l-Intelligence tal-Pasdaran. Involut fit-trażżin tal-libertà tal-espressjoni, inkluż bl-assoċjazzjoni ma' dawk responsabbli għall-arresti ta' bloggers/ġurnalisti fl-2004, u rrappurtat li kellu rwol fit-trażżin ta' protesti ta' wara l-elezzjoni fl-2009.

    23.3.2012

    82.

    SARAFRAZ Mohammad (Dr) (magħruf ukoll bħala: Haj-agha Sarafraz)

    Post tat-twelid: Tehran

    Data tat-twelid: madwar l- 1963

    Post ta' Residenza: Post tax-xogħol f'Tehran: IRIB u PressTV HQ, Tehran

    Eks membru tal-Kunsill Suprem taċ-Ċiberspazju. Eks President tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB). Eks Kap ta' IRIB World Service u Press TV, responsabbli mid-deċiżjonijiet kollha ta' programmazzjoni. Assoċjat mill-qrib mal-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-istat. Taħt it-tmexxija tiegħu Press TV, flimkien ma' IRIB, ħadem mas-servizzi tas-sigurtà u l-prosekuturi Iranjani biex ixandar konfessjonijiet furzati mid-detenuti, inkluż dawk tal-ġurnalist u l-produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari, fil-programm ta' kull ġimgħa “Iran Today”. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM ta multa lil Press TV fir-Renju Unit ta' GBP 100 000 talli xandar il-konfessjoni ta' Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. Sarafraz għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt ta' proċess korrett u smigħ ġust.

    12.3.2013

    Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Pulizija Ċibernetika

    Post: Tehran, Iran

    Sit elettroniku: http://www.cyberpolice.ir

    Il-Pulizija Ċibernetika Iranjana, imwaqqfa f'Jannar 2011, hija taqsima tal-Pulizija tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, li f'dak iż-żmien sa kmieni fl-2015 kienet immexxija minn Esmail Ahmadi-Moqaddam (elenkat). Ahmadi-Moqaddam enfasizza li l-Pulizija Ċibernetika ser tfittex lill-gruppi anti-rivoluzzjonarji u ta' protesta li użaw in-netwerks soċjali bbażati fuq l-internet fl-2009 biex jinħolqu protesti kontra l-elezzjoni mill-ġdid tal-President Mahmoud Ahmadinejad. F'Jannar 2012, il-Pulizija Ċibernetika ħarġet linji gwida ġodda għall-internet cafés, li jeżiġu li l-utenti jipprovdu informazzjoni personali li tinżamm mis-sidien tal-café għal sitt xhur, kif ukoll rekord tas-siti elettroniċi li żaru. Ir-regoli jeħtieġu wkoll lis-sidien tal-café biex jinstallaw kameras tat-televixin b'ċirkwit magħluq u jżommu r-reġistrazzjonijiet għal sitt xhur. Dawn ir-regoli ġodda jistgħu joħolqu logbook li l-awtoritajiet jistgħu jużaw biex jintraċċaw attivisti jew kwalunkwe persuna li titqies bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali.

    F'Ġunju 2012, il-mezzi ta' komunikazzjoni Iranjani rrappurtaw li l-Pulizija Ċibernetika kienet ser tniedi repressjoni fuq in-netwerks privati virtwali (VPNs). Fit-30 ta' Ottubru 2012, il-Pulizija Ċibernetika arrestat lill-blogger Sattar Beheshti mingħajr mandat għal “azzjonijiet kontra s-sigurtà nazzjonali fuq netwerks soċjali u Facebook”. Beheshti kien ikkritika l-gvern Iranjan fil-blog tiegħu. Beheshti nstab mejjet fiċ-ċella tal-ħabs tiegħu fit-3 ta' Novembru 2012, u huwa mifhum li dan ġie ttorturat għall-mewt mill-awtoritajiet tal-Pulizija Ċibernetika.

    12.3.2013”


    Top