EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1958

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1958 tas-6 ta' Diċembru 2018 dwar il-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE

ST/14218/2018/REV/1

ĠU L 315, 12.12.2018, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/1958/oj

12.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/25


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1958

tas-6 ta' Diċembru 2018

dwar il-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ottubru 2013 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1024/2013, li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu.

(2)

L-ippjanar u l-eżekuzzjoni tal-kompiti kkonferiti lill-BĊE jenħtieġ li jitwettqu b'mod sħiħ mill-Bord Superviżorju, li hu magħmul mill-President, il-Viċi President u erba' rappreżentanti tal-BĊE kif ukoll rappreżentant wieħed tal-awtorità kompetenti nazzjonali f'kull Stat Membru parteċipanti.

(3)

Il-Bord Superviżorju huwa korp essenzjali fit-twettiq ta' kompiti superviżorji mill-BĊE. Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 għalhekk ikkonferixxa lill-Kunsill is-setgħa li jaħtar lill-President u lill-Viċi President tal-Bord Superviżorju.

(4)

Fis-16 ta' Diċembru 2013 il-Kunsill ħatar l-ewwel President tal-Bord Superviżorju permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/797/UE (2). Skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-mandat tal-President tal-Bord Superviżorju huwa ta' ħames snin u ma jistax jiġġedded.

(5)

Skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, fis-7 ta' Novembru 2018 il-BĊE, abbażi ta' proċedura tal-għażla miftuħa minn fost individwi ta' reputazzjoni rikonoxxuta u ta' esperjenza fi kwistjonijiet bankarji u finanzjarji u wara s-smigħ tal-Bord Superviżorju, ippreżenta proposta għall-ħatra tas-Sur Andrea ENRIA bħala l-President tal-Bord Superviżorju. Il-Parlament Ewropew approva dik il-proposta fid-29 ta' Novembru 2018,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Andrea ENRIA huwa maħtur bħala President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew għal perijodu ta' ħames snin mill-1 ta' Jannar 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

H. KICKL


(1)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/797/UE tas-16 ta' Diċembru 2013 li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 50).


Top