Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1698

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1698 tad-9 ta' Novembru 2018 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument C(2018) 7543) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    ĠU L 282, 12.11.2018, p. 15–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/02/2019

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/1698/oj

    12.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 282/15


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1698

    tad-9 ta' Novembru 2018

    li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Bulgarija

    (notifikata bid-dokument C(2018) 7543)

    (It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi u jista' jkollha impatt serju fuq il-profittabbiltà tan-negozji tat-trobbija tal-ħnieżer li jisfratta l-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

    (2)

    F'każ ta' tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista' jinxtered ma' popolazzjonijiet oħra ta' ħnieżer selvaġġi u ma' azjendi agrikoli tal-ħnieżer. B'hekk, jista' jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

    (3)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi l-miżuri minimi li jridu jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. B'mod partikolari, l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi ċerti miżuri li jridu jittieħdu wara li jkun ġie kkonfermat każ wieħed jew aktar tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer salvaġġi.

    (4)

    Il-Bulgarija għarrfet lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni attwali fit-territorju tagħha fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u, f'konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE, ħadet għadd ta' miżuri li jinkludu l-istabbiliment ta' żona infettata, fejn japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 15 ta' dik id-Direttiva, sabiex jiġi evitat it-tixrid ta' dik il-marda.

    (5)

    Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġi evitat li jiġu imposti ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, hemm bżonn li tiġi identifikata fil-livell tal-Unjoni ż-żona infettata għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Bulgarija b'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru.

    (6)

    Għaldaqstant, iż-żona infettata fil-Bulgarija jenħtieġ li tiġi elenkata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li jiġi stabbilit it-tul ta' żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni. It-tul ta' żmien tar-reġjonalizzazzjoni ġie stabbilit wara li tqieset l-epidemjoloġija tal-marda u ż-żmien meħtieġ biex jiġu implimentati l-miżuri f'konformità mad-Direttiva 2002/60/KE.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Bulgarija għandha tiżgura li ż-żona infettata stabbilita minn dak l-Istat Membru, fejn japplikaw il-miżuri previsti fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE, tinkludi mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-10 ta' Frar 2019.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Novembru 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).


    ANNESS

    Iż-żoni stabbiliti bħala ż-żona infettata fil-Bulgarija kif imsemmi fl-Artikolu 1

    Id-data sa meta applikabbli

    Fir-reġjun ta' Dobrich:

    fil-muniċipalità ta' Karvarna:

    Balgarevo,

    Kavarna,

    Sveti Nikola,

    Kamen Bryag,

    Hadzhi Dimitar,

    Poruchik Chunchevo,

    fil-muniċipalità ta' Shabla:

    Gorun,

    Tiulenovo.

    L-10 ta' Frar 2019


    Top