EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1478

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1478 tat-3 ta' Ottubru 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li taġġorna l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/5272

ĠU L 249, 4.10.2018, p. 6–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/1478/oj

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/6


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1478

tat-3 ta' Ottubru 2018

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li taġġorna l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(4) tiegħu.

Billi:

(1)

Il-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (“Il-Lista Ewropea”) kienet stabbilita bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 (2) u ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/684 (3).

(2)

Ir-Renju Unit għarraf lill-Kummissjoni li faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fit-territorju tiegħu ġiet awtorizzata mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 u pprovda l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Kummissjoni biex dik il-faċilità tiddaħħal fil-Lista Ewropea.

(3)

L-awtorizzazzjonijiet ta' żewġ faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fil-Polonja skadew fit-28 ta' April 2018 u l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda informazzjoni mill-Polonja dwar jekk iġġeddewx l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lil dawk il-faċilitajiet biex iwettqu r-riċiklaġġ tal-bastimenti jew jekk dawn humiex se jiġġeddu. Għalhekk, iż-żewġ faċilitajiet ma għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 u jenħtieġ li jitneħħew mil-Lista Ewropea skont il-punt (ii) tal-Artikolu 16(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

(4)

Għalhekk jixraq li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2323 tiġi emendata.

(5)

Fir-rigward tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f'pajjiżi terzi li għalihom tkun tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, il-valutazzjoni tal-informazzjoni rilevanti u tal-evidenza ta' sostenn li tingħata jew tinġabar għadha għaddejja. Ladarba l-valutazzjoni tintemm, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni b'rabta ma' dawk il-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu barra mill-Unjoni.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 tad-19 ta' Diċembru 2016 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 119).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/684 tal-4 ta' Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li taġġorna l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 116, 7.5.2018, p. 47).


ANNESS

IL-LISTA EWROPEA TAL-FAĊILITAJIET TA' RIĊIKLAĠĠ TAL-BASTIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 16(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1257/2013

Il-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru tal-Unjoni

Isem il-faċilità

Il-metodu tar-riċiklaġġ

It-tip u d-daqs ta' bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati

Il-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż

Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta' riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (1)

L-ammont massimu annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew riċiklati f'sena partikolari f'dik il-faċilità, espress bħala LDT (2)

Id-data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (3)

Il-BELĠJU

NV Galloo Recycling Ghent

Scheepszatestraat 9

9000 Gent

IL-BELĠJU

Tel. +32 92512521

Posta elettronika: peter.wyntin@galloo.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 265 metru

 

Il-wisa': 36 metru

 

Il-pixka: 12,5 metri

 

Approvazzjoni taċita, perjodu ta' reviżjoni massimu ta' 30 jum

34 000  (4)

Il-31 ta' Marzu 2020

ID-DANIMARKA

Fornæs ApS

Rolshøjvej 12-16

8500 Grenå

ID-DANIMARKA

www.fornaes.dk

L-iżmantellar mal-moll u l-iskreppjar sussegwenti fuq artijiet impermeabbli b'sistemi effettivi ta' drenaġġ

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 150 metru

 

Il-wisa': 25 metru

 

Il-pixka: 6 metri

 

GT: 10 000

Il-muniċipalità ta' Norddjurs għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż f'faċilitajiet ta' akkoljenza approvati mil-lat ambjentali.

Approvazzjoni taċita, perjodu ta' rieżami massimu ta' 14-il jum

30 000  (5)

It-30 ta' Ġunju 2021

Smedegaarden A/S

Vikingkaj 5

6700 Esbjerg

ID-DANIMARKA

www.smedegaarden.net

L-iżmantellar mal-moll u l-iskreppjar sussegwenti fuq artijiet impermeabbli b'sistemi effettivi ta' drenaġġ

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 170 metru

 

Il-wisa': 40 metru

 

Il-pixka: 7,5 metri

 

Approvazzjoni taċita, perjodu ta' rieżami massimu ta' 14-il jum

20 000  (6)

Il-15 ta' Settembru 2021

L-ESTONJA

OÜ BLRT Refonda Baltic

Fil-wiċċ mal-moll u d-dokk f'wiċċ l-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 197 metru

 

Il-wisa': 32 metru

 

Il-pixka: 9,6 metri

 

GT: 28 000

Il-permess għall-iskart Nru L.JÄ/327249. Il-liċenzja ta' ġestjoni tal-iskart perikoluż Nru 0222. Ir-Regoli tal-Port Vene-Balti, Il-Manwal dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti MSR-Refonda. Is-Sistema ta' Ġestjoni Ambjentali, Il-Ġestjoni tal-Iskart tal-EP 4.4.6-1-13

Il-faċilità tista' tirriċikla biss dawn il-materjali perikolużi li għalihom ġiet liċenzjata.

Approvazzjoni taċita, b'perjodu massimu ta' 30 jum

21 852  (7)

Il-15 ta' Frar 2021

SPANJA

DDR VESSELS XXI, S.L.

Il-port ta' “El Musel”

Gijon

SPANJA

Tel. +34 630144416

Posta elettronika: abarredo@ddr-vessels.com

Rampa għall-iżmantellar

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, ħlief bastimenti nukleari.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 84,95 metru

(Jistgħu jiġu aċċettati bastimenti sa 169,9 metru li waqt it-tħaddim tagħhom ma jkollhomx riskju li jinqalbu jew inkella r-rampa tagħhom ma tiċċaqlaqx, skont ir-riżultat ta' studju tal-vijabilità ddettaljat)

Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata.

Mhi definita l-ebda proċedura espliċita s'issa.

0 (8)

It-28 ta' Lulju 2020

FRANZA

Démonaval Recycling

ZI du Malaquis

Rue François Arago

76580 Le Trait

FRANZA

Tel. +33 769791280

Posta elettronika: patrick@demonaval-recycling.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (baċir imbattal mill-ilma):

 

It-tul: 140 metru

 

Il-wisa': 25 metru

 

Il-fond: 5 metri

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita - L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

0 (9)

Il-11 ta' Diċembru 2022

Gardet & De Bezenac Recycling/Groupe Baudelet Environnement – Gie Mug

616, Boulevard Jules Durand

76600 Le Havre

FRANZA

Tel. +33 235951634

Posta elettronika: infos@gardet-bezenac.com

F'wiċċ l-ilma u fl-iskal

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 150 metru

 

Il-wisa': 18-il metru

 

LDT: 7 000

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita - L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

16 000  (10)

It-30 ta' Diċembru 2021

Grand Port Maritime de Bordeaux

152, Quai de Bacalan - CS 41320 - 33082 Bordeaux Cedex

FRANZA

Tel. +33 556 905800

Posta elettronika: maintenance@bordeaux-port.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (baċir imbattal mill-ilma):

 

It-tul: 240 metru

 

Il-wisa': 37 metru

 

Il-fond: 17-il metru

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita - L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

18 000  (11)

Il-21 ta' Ottubru 2021

Les Recycleurs bretons

Zone industrielle de kerbriant plouigneau — 29 610

FRANZA

Tel. +33 298011106

Posta elettronika: navaleo@navaleo.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (baċir imbattal mill-ilma):

 

It-tul: 225 metru

 

Il-wisa': 34 metru

 

Il-fond: 27 metru

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita - L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

5 500  (12)

L-24 ta' Mejju 2021

IL-LATVJA

A/S “Tosmares kuģubūvētava”

Ģenerāļa Baloža street 42/44, Liepaja, LV-3402

IL-LATVJA

Tel. +371 63401919

Posta elettronika: shipyard@tosmare.lv

L-iżmantellar ta' bastimenti (irmiġġ fl-ilma u baċir imbattal mill-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 165 m

 

Il-wisa': 22 m

 

Il-fond: 7 m

 

DWT:14 000

 

GT: 200 – 12 000

 

Il-piż: 100 – 5 000 tunnellati

 

LDT: 100 -5 000

Ara l-permess nazzjonali Nru LI10IB0024.

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

0 (13)

Il-11 ta' Ġunju 2020

IL-LITWANJA

UAB APK

Minijos 180 (il-post ta' rmiġġ 133 A), LT 93269, Klaipėda,

IL-LITWANJA

Tel. +370 46365776

Faks: +370 46365776

Posta elettronika: uab.apk@gmail.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 130 metru

 

Il-wisa': 35 metru

 

Il-fond: 10 metri

 

GT: 3 500

Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-15/2015

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

1 500  (14)

Is-17 ta' Marzu 2020

UAB Armar

Minijos 180 (il-postijiet ta' rmiġġ 127 A, 131 A), LT 93269, Klaipėda,

IL-LITWANJA

Tel. +370 68532607

Posta elettronika: armar.uab@gmail.com; albatrosas33@gmail.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (il-post ta' rmiġġ 127 A):

 

It-tul: 80 metru

 

Il-wisa': 16-il metru

 

Il-fond: 6 metri

 

GT: 1 500

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (il-post ta' rmiġġ 131 A):

 

It-tul: 80 metri

 

Il-wisa': 16-il metru

 

Il-fond: 5 metri

 

GT: 1 500

Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-16/2015 (il-post ta' rmiġġ 127 A)

Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-51/2017 (il-post ta' rmiġġ 131 A)

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

3 910  (15)

Is-17 ta' Marzu 2020

(il-post ta' rmiġġ 127 A),

Id-19 ta' April 2022

(il-post ta' rmiġġ 131 A),

UAB Vakaru refonda

Minijos 180 (il-postijiet ta' rmiġġ 129, 130, 131 A, 131, 132, 133 A), LT 93269, Klaipėda,

IL-LITWANJA

Tel. +370 46483940/483891

Faks: +370 46483891

Posta elettronika: refonda@wsy.lt

Laterali (irmiġġ fl-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 230 metru

 

Il-wisa': 55 metru

 

Il-fond: 14-il metru

 

GT: 70 000

Ara l-permess nazzjonali Nru (11.2)-30-161/2011/TL-KL.1-18/2015

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

20 140  (16)

Il-21 ta' Mejju 2020

IN-NETHERLANDS

Keppel-Verolme

Prof. Gerbrandyweg 25

3197 KK Rotterdam-Botlek

IN-NETHERLANDS

Tel. +31 181234353 Stateaidgreffe@ec.europa.eu

Posta elettronika: mzoethout@keppelverolme.nl

Tkissir ta' bastimenti

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 405 metri

 

Il-wisa': 90 metru

 

Il-fond: 11,6 metri

Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta' ħsara għall-ambjent.

Approvazzjoni espliċita

52 000  (17)

Il-21 ta' Lulju 2021

Scheepssloperij Nederland B.V.

Havenweg 1; 3295 XZ s-Gravendeel

Postbus 5234, 3295 ZJ s-Gravendeel

IN-NETHERLANDS

Tel. +31 7867360 55

Posta elettronika: info@sloperij-nederland.nl

Tkissir ta' bastimenti

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 200 metru

 

Il-wisa': 33 metru

 

Il-fond: 6 metri

 

Għoli: 45 metru (Botlekbridge)

L-operazzjonijiet ta' riċiklaġġ jibdew fuq l-ilma biex il-buq jitħaffef; il-winċ biex iqandel il-vapuri għal fuq ir-rampa jiflaħ 2 000 tunnellata.

Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta' ħsara għall-ambjent.

Approvazzjoni espliċita

9 300  (18)

Is-27 ta' Settembru 2021

IL-PORTUGALL

Navalria - Docas, Construções e Reparações Navais

Porto Comercial, Terminal Sul, Apartado 39, 3811-901 Aveiro

IL-PORTUGALL

Tel. +351 234378970, +351 232767700

Posta elettronika: info@navalria.pt

Żarmar fil-baċir imbattal mill-ilma, id-dekontaminazzjoni u l-iżmantellar fuq pjan orizzontali u inklinat, skont id-daqs tal-bastiment

Il-kapaċità nominali tal-pjan orizzontali: 700 tunnellata

Il-kapaċità nominali tal-pjan inklinat: 900 tunnellata

 

Il-kundizzjonijiet applikati għall-attività huma definiti fl-ispeċifikazzjonijiet annessi mat-Titolu (AL nru 5/2015/CCDRC, tas-26 ta' Jannar 2016)

1 900 tunnellata (19)

Is-26 ta' Jannar 2020

IR-RENJU UNIT

Able UK Limited

Teesside Environmental Reclamation and Recycling Centre

Graythorp Dock

Tees Road

Hartlepool

Cleveland

TS25 2DB

IR-RENJU UNIT

Tel. +44 1642806080

Posta elettronika: info@ableuk.com

L-iżmantellar ta' bastimenti u t-trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma

Kull bastiment fil-limiti tad-dimensjonijiet awtorizzati fil-permess.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 337,5 metri

 

Il-wisa': 120 metru

 

Pixka: 6,65 metru

Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013.

Is-sit huwa awtorizzat permezz ta' permess (ir-Referenza EPR/VP3296ZM) li jillimita l-operazzjonijiet u jagħmel kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

66 340  (20)

Is-6 ta' Ottubru 2020

Dales Marine Services Ltd

Imperial Dry Dock

Leith

Edinburgh

EH6 7DR

IR-RENJU UNIT

Kuntatt:

 

Tel. +44 1314543380

 

Posta elettronika: leithadmin@dalesmarine.co.uk; b.robertson@dalesmarine.co.uk

L-iżmantellar ta' bastimenti u t-trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma

Kwalunkwe bastiment sa massimu ta' 7 000 tunnellata

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 165 metru

 

Il-wisa': 21 metru

 

Pixka: 7,7 metri

Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013. Is-sit huwa awtorizzat permezz ta' liċenzja (Ref: WML L 1157331) li jillimita l-operazzjonijiet u jagħmel kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

7 275  (21)

It-2 ta' Novembru 2022

Harland and Wolff Heavy Industries Limited

Queen's Island

Belfast

BT3 9DU

IR-RENJU UNIT

Tel. +44 2890458456

Posta elettronika: trevor.hutchinson@harland-wolff.com

L-iżmantellar ta' bastimenti u t-trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma

Kull bastiment bid-dimensjonijiet iddettaljati fil-Pjan ta' Ħidma miftiehem.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Il-baċir prinċipali (l-ikbar) huwa ta' 556 m × 93 m × 1,2 m DWT, u jista' jieħu bastimenti li ma jaqbżux dan il-qies. Dan l-akbar baċir imbattal mill-ilma huwa ta' 1,2 miljun DWT.

Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013.

Is-sit huwa awtorizzat permezz ta' liċenzja għall-ġestjoni tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni LN/07/21/V2 li tillimita l-operazzjonijiet u tagħmel kundizzjonjiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

13 200  (22)

It-3 ta' Awwissu 2020

Swansea Drydock Ltd

Prince of Wales Dry Dock

Swansea

Wales

SA1 1LY

IR-RENJU UNIT

Tel. +44 1792654592

Posta elettronika: info@swanseadrydocks.com

L-iżmantellar ta' bastimenti u t-trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma

Kull bastiment fil-limiti tad-dimensjonijiet awtorizzati fil-permess.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 200 metru

 

Il-wisa': 27 metru

 

Pixka: 7 metri

Is-sit għandu Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013.

Is-sit huwa awtorizzat permezz ta' permess (ir-Referenza EPR/UP3298VL) li jillimita l-operazzjonijiet u jagħmel kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

7 275  (23)

It-2 ta' Lulju 2020


(1)  Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti.

(2)  Kif imsemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 32(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

(3)  Id-data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea tikkorrispondi mad-data tal-iskadenza tal-permess jew l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-faċilità fl-Istat Membru.

(4)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 50 000 LDT fis-sena.

(5)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 50 000 LDT fis-sena.

(6)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 50 000 LDT fis-sena.

(7)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 15 000 LDT fis-sena.

(8)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 60 000 LDT fis-sena.

(9)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 15 000 LDT fis-sena.

(10)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 18 000 LDT fis-sena.

(11)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 23 000 LDT fis-sena.

(12)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 10 000 LDT fis-sena.

(13)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 15 000 LDT fis-sena.

(14)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 30 000 LDT fis-sena.

(15)  Skont il-permessi tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 12 000 LDT fis-sena (6 000 LDT kull post ta' rmiġġ).

(16)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 45 000 LDT fis-sena.

(17)  Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 100 000 tunnellata fis-sena.

(18)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 45 000 LDT fis-sena.

(19)  Ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti.

(20)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 230 000 tunnellata fis-sena.

(21)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 7 275 tunnellata fis-sena.

(22)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 300 000 tunnellata fis-sena.

(23)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 74 999 tunnellata fis-sena


Top