EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0906(02)

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Settembru 2018 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

ST/10826/2018/REV/1

ĠU C 314, 6.9.2018, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

6.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Settembru 2018

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(2018/C 314/05)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314(3) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Billi:

1.

Fil-21 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (1),

2.

Il-Kunsill eżamina l-proposta tal-Kummissjoni bil-ħsieb li jiddefinixxi pożizzjoni konsistenti, fuq in-naħa tad-dħul, mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (2), u fuq in-naħa tal-infiq, mar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014–2020 (3),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 ġiet adottata mill-Kunsill fl-4 ta’ Settembru 2018.

It-test sħiħ huwa aċċessibbli għal konsultazzjoni jew għat-tniżżil mill-website tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BLÜMEL


(1)  COM(2018) 600 final.

(2)  ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.

(3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.


Top