Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0419

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/419 tas-16 ta' Marzu 2018 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-Rumanija (notifikata bid-dokument C(2018) 1707) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2018/1707

ĠU L 75, 19.3.2018, p. 38–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/419/oj

19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/38


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/419

tas-16 ta' Marzu 2018

li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-Rumanija

(notifikata bid-dokument C(2018) 1707)

(It-test bir-Rumen biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi u jista' jkollha impatt serju fuq il-profitti tan-negozji tat-trobbija tal-ħnieżer li jisfratta l-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(2)

F'każ ta' tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista' jinxtered ma' rziezet oħra tal-ħnieżer u mal-ħnieżer selvaġġi. B'hekk, jista' jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi l-miżuri minimi li jridu jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi t-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-każ ta' tifqigħat ta' dik il-marda, fejn għandhom japplikaw il-miżuri stipulati fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva.

(4)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoniu (UE) 2018/86 (4) ġiet adottata wara l-istabbiliment taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fir-Rumanija, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE, wara tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'dak l-Istat Membru.

(5)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/86, ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ġdida tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'farm għall-użu personali. Wara l-aktar tifqigħa riċenti, ir-Rumanija ħadet ukoll il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2002/60/KE, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza ġodda skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE.

(6)

Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li jiġu deskritti fil-livell tal-Unjoni ż-żoni stabbiliti issa bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-Rumanija, f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru.

(7)

Għaldaqstant, iż-żoni issa identifikati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fir-Rumanija jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li jiġi stabbilit it-tul ta' żmien ta' dik ir-regjonalizzazzjoni.

(8)

Barra minn hekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/86 titħassar u li tiġi sostitwita b'din id-Deċiżjoni biex titqies is-sitwazzjoni aġġornata tal-marda fir-Rumanija.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Rumanija għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/86 titħassar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta' Ġunju 2018.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/86 tad-19 ta' Jannar 2018 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-Rumanija (ĠU L 16, 20.1.2018, p. 13).


ANNESS

Ir-Rumanija

Żoni kif imsemmija fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Żona ta' protezzjoni

Satu Mare county with following localities:

 

Nisipeni locality, Lazuri commune,

 

Bercu locality, Lazuri commune,

 

Bercu Nou locality, Micula commune,

 

Micula locality, Micula commune,

 

MiculaNoua locality, Micula commune.

it-30 ta' Ġunju 2018

Żona ta' sorveljanza

Satu Mare county with following localities:

 

Cidreag locality, Halmeu commune

 

Porumbesti locality, Halmeu commune

 

Halmeu locality

 

Dorobolt locality, Halmeu commune

 

Mesteacan locality, Halmeu commune

 

Turulung locality, Turulung commune

 

Draguseni locality, Turulung commune

 

Agris locality, Agris commune

 

Ciuperceni locality, Agris commune

 

Dumbrava locality, Livada commune

 

Vanatoresti locality, Odoreu commune

 

Botiz locality, Odoreu commune

 

Lazuri locality, Lazuri commune

 

Noroieni locality, Lazuri commune

 

Peles locality, Lazuri commune

 

Pelisor locality, Lazuri commune

it-30 ta' Ġunju 2018


Top