This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1836
Council Regulation (EU) 2017/1836 of 10 October 2017 amending Regulation (EU) 2017/1509 concerning restrictive measures against the Democratic People's Republic of Korea
Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1836 tal-10 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1836 tal-10 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
ĠU L 261, 11.10.2017, p. 1–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 11/10/2017
11.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 261/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/1836
tal-10 ta' Ottubru 2017
li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (2) jagħti effett għal miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
(2) |
Fil-11 ta' Settembru 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) adotta r-Riżoluzzjoni 2375 (2017) (“UNSCR”) li fiha jesprimi t-tħassib l-aktar serju għat-test nukleari tat-2 ta' Settembru 2017 mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK). Il-KSNU afferma mill-ġdid li l-proliferazzjoni ta' armi nukleari, kimiċi u bijoloġiċi tikkostitwixxi theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u impona miżuri ġodda kontra r-RDPK. Dawn il-miżuri jkomplu jsaħħu l-miżuri restrittivi imposti mill-UNSCRs 1718 (2006), 1874(2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017) u 2371(2017) tal-KSNU (UNSCRs). |
(3) |
Il-KSNU impona projbizzjonijiet ġodda fejn jidħlu l-importazzjonijiet ta', fost affarijiet oħrajn, tessili mir-RDPK, l-esportazzjonijiet ta' prodotti petrolifiċi lejn ir-RDPK, impriżi konġunti u fis-settur marittimu. |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1838 (3) emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 sabiex tagħti effett lill-miżuri l-ġodda imposti bil-UNSCR 2375(2017). |
(5) |
Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 3(2), is-seba' subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Il-Parti VII tal-Anness II għandha tinkludi l-prodotti, materjali, apparat, oġġetti u teknoloġija ddeżinjati konnessi mal-armi konvenzjonali, skont il-paragrafu 5 tal-UNSCR 2371 (2017).”; |
(2) |
fl-Artikolu 3(2), jiddaħħal it-test li ġej wara s-seba' subparagrafu: “Il-Parti VIII tal-Anness II għandha tinkludi l-prodotti, materjali, apparat, oġġetti u teknoloġija ddeżinjati konnessi mal-armi tal-qerda massiva, skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2375 (2017). Il-Parti IX tal-Anness II għandha tinkludi l-prodotti, materjali, apparat, oġġetti u teknoloġija ddeżinjati konnessi mal-armi konvenzjonali, skont il-paragrafu 5 tal-UNSCR 2375 (2017).”; |
(3) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 16c Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b'mod dirett jew indirett, ta' kondensati u likwidi tal-gass naturali, kif elenkati fl-Anness XIc, lir-RDPK. Artikolu 16d Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b'mod dirett jew indirett, ta' kull prodott petrolifiku raffinat, kif elenkati fl-Anness XId, lir-RDPK. Artikolu 16e 1. B'deroga mill-Artikolu 16d, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tranżazzjonijiet ta' prodotti petrolifiċi raffinati li jkun determinat li huma esklużivament għal skopijiet tal-għajxien taċ-ċittadini tar-RDPK, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1. Artikolu 16f Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b'mod dirett jew indirett, ta' żejt mhux raffinat, kif elenkati fl-Anness XIe, lir-RDPK. Artikolu 16g 1. B'deroga mill-Artikolu 16f, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tranżazzjonijiet ta' żejt grezz wara li jkunu determinaw li t-transazzjonijiet aggregati annwali tal-Unjoni ma jaqbżux l-ammont mibjugħ, fornut, ittrasferit jew esportat fil-perijodu bejn il-11 ta' Settembru 2016 u l-10 ta' Settembru 2017. 2. B'deroga mill-Artikolu 16f, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tranżazzjonijiet ta' żejt grezz li jkun determinat li huma esklużivament għal skopijiet ta' għajxien, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 1 u 2. Artikolu 16h Għandhom ikunu pprojbiti l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment, direttament jew indirettament, mir-RDPK, ta' tessili, kif elenkati fl-Anness XIf, kemm jekk ikunu joriġinaw mir-RDPK kif ukoll jekk le. Artikolu 16i 1. B'deroga mill-Artikolu 16h, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment ta' tessili, sakemm l-Istat Membru jkun kiseb l-approvazzjoni bil-quddiem mingħand il-Kumitat tas-Sanzjonijiet, skont il-każ individwali. 2. B'deroga mill-Artikolu 16h, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment ta' tessili sa mhux aktar tard mill-10 ta' Diċembru 2017, sakemm:
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 1 u 2.”; |
(4) |
l-Artikolu 17(2)(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(5) |
fl-Artikolu 17, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Impriżi konġunti jew entitajiet kooperattivi eżistenti li ssir referenza għalihom fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandhom jingħalqu sad-9 ta' Jannar 2018, jew fi żmien 120 jum wara li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun irrfjuta talba għall-approvazzjoni.”; |
(6) |
l-Artikolu 17a huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 17a 1. B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 17(2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tali attivitajiet, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw impriżi konġunti jew entitajiet korporattivi mhux kummerċjali, proġetti infrastrutturali ta' servizzi pubbliċi li ma jiġġenerawx profitt, sakemm l-Istat Membru jkun kiseb l-approvazzjoni bil-quddiem mingħand il-Kumitat tas-Sanzjonijiet, skont il-każ individwali. 2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.”; |
(7) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 17b B'deroga mill-Artikolu 17(3), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tali impriża konġunta jew entità kooperattiva biex tibqa' operattiva, sakemm l-Istat Membru jkun akkwista l-approvazzjoni minn qabel tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-każ individwali.”; |
(8) |
l-Artikolu 34(2) huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Il-bastimenti kollha elenkati fl-Anness XIV għandhom jiġu maħtufa, jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet hekk jispeċifika.”; |
(9) |
l-Artikolu 34(4) huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. L-Anness XIII għandu jinkludi l-persuni, l-entitajiet u l-korpi determinati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-KSNU skont il-paragrafu 8(d) tal-UNSCR 1718 (2006), u l-paragrafu 8 tal-UNSCR 2094 (2013). L-Anness XIV għandu jinkludi l-bastimenti li jkunu ġew determinati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-paragrafu 12 tal-UNSCR 2321 (2016), u l-paragrafu 8 tal-UNSCR 2375 (2017). L-Anness XV għandu jinkludi persuni, entitajiet u korpi mhux elenkati fl-Annessi XIII u XIV li, f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 27(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, jew kwalunkwe dispożizzjoni ekwivalenti sussegwenti, ikunu ġew identifikati mill-Kunsill bħala:
|
(10) |
fl-Artikolu 39(1), il-punt (g) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(11) |
fl-Artikolu 40, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. B'deroga mill-projbizzjoni fl-Artikolu 39(1), meta dan ikun jikkonċerna bastiment fl-ambitu tal-punt (g), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw bastiment li jidħol fil-port jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina minn qabel li tali dħul huwa meħtieġ għal skopijiet umanitarji jew għal kwalunkwe skop ieħor konsistenti mal-objettivi tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017) jew2375 (2017).”; |
(12) |
l-Artikolu 43(d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(13) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 44a Għandu jkun ipprojbit li jiġu ffaċilitati, jew li jsiru, trasferimenti minn vapur għall-ieħor, lejn jew minn kwalunkwe bastiment li jkun qiegħed iġorr il-bandiera tar-RDPK, ta' kwalunkwe oġġetti jew prodotti li jkunu qegħdin jinbiegħu, forniti, trasferiti jew esportati lejn jew mir-RDPK.”; |
(14) |
l-Artikolu 45 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 45 B'deroga mill-projbizzjonijiet li joħorġu mill-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2070 (2016), 2321 (2016), 2356 (2016), 2371 (2017) jew 2375 (2017), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw kwalunkwe attività jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina, skont il-każ individwali, li jkunu neċessarji sabiex jiffaċilitaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi li jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet ta' assistenza u ta' salvataġġ fir-RDPK għall-benefiċċju tal-popolazzjoni ċivili fir-RDPK jew għal xi skop ieħor konsistenti mal-objettivi ta' dawn ir-riżoluzzjonijiet.”; |
(15) |
fl-Artikolu 46, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(16) |
l-Anness II jiġi emendat f'konformità mal-Anness I għal dan ir-Regolament; |
(17) |
l-Anness V jiġi emendat f'konformità mal-Anness II għal dan ir-Regolament; |
(18) |
l-Anness XIa jiġi emendat f'konformità mal-Anness III għal dan ir-Regolament; |
(19) |
l-Anness XIb jiġi emendat f'konformità mal-Anness IV għal dan ir-Regolament. |
(20) |
l-Anness XIc jiddaħħal f'konformità mal-Anness V għal dan ir-Regolament; |
(21) |
l-Anness XId jiddaħħal f'konformità mal-Anness VI għal dan ir-Regolament; |
(22) |
l-Anness XIe jiddaħħal f'konformità mal-Anness VII għal dan ir-Regolament; |
(23) |
l-Anness XIf jiddaħħal f'konformità mal-Anness VIII għal dan ir-Regolament; |
(24) |
l-Anness XIV huwa sostitwit bl-Anness IX għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TÕNISTE
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1838 tal-10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ara l-paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS I
1. |
Il-Parti VII tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa sostitwit kif ġej: “PARTI VII Prodotti, materjali, apparat, oġġetti u teknoloġija ddeżinjati konnessi mal-armi konvenzjonali, skont il-paragrafu 5 tal-UNSCR 2371 (2017).”; |
2. |
il-partijiet li ġejjin jiżdiedu mal-Anness II għar-Regolament (UE) 2017/1509: “PARTI VIII Prodotti, materjali, apparat, oġġetti u teknoloġija ddeżinjati konnessi mal-armi tal-qerda massiva, skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2375 (2017). PARTI IX Prodotti, materjali, apparat, oġġetti u teknoloġija ddeżinjati konnessi mal-armi konvenzjonali, skont il-paragrafu 5 tal-UNSCR 2375 (2017).” |
ANNESS II
Fl-Anness V għar-Regolament (UE) 2017/1509, l-entrata għal “2704 00 10” hija sostitwita b'dan li ġej:
“2704 |
Kokk u semi-kokk tal-faħam, ta' lignite jew tal-pit, mgħaqqad jew le; karbonju tal-istorta” |
ANNESS III
Fl-Anness XIa għar-Regolament (UE) 2017/1509, l-entrata għal “ex 1902 20 30” titħassar.
ANNESS IV
Fl-Anness XIb għar-Regolament (UE) 2017/1509, il-kliem “Ċomb u ċomb mhux maħdum imsemmija fl-Artikolu 16c” huwa sostitwiti bi “Ċomb u ċomb mhux maħdum msemmija fl-Artikolu 16b”.
ANNEX V
ANNESS XIc
Kondensati u likwidi tal-gass naturali li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 16c
NOTA TA' SPJEGAZZJONI
Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati b'leġiżlazzjoni sussegwenti.
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
2709 00 10 |
Kondensati ta' gass naturali |
2711 11 |
Gass naturali likwifikat |
ANNESS VI
ANNESS XId
Prodotti petrolifiċi raffinati li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 16d
NOTA TA' SPJEGAZZJONI
Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati bil-leġiżlazzjoni sussegwenti.
|
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
||
|
2707 |
Żjut u prodotti oħrajn mid-distillazzjoni ta' qatran tal-faħam f'temperatura għolja; prodotti simili li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak kostitwenti mhux aromatiċi |
||
|
2710 |
Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux raffinati; preparazzjonijiet li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra, li fihom 70 % jew aktar tal-piż żjut minerali (petroleum) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet; żjut għar-rimi |
||
|
2711 |
Gassijiet minerali (petroleum) u idrokarbonji oħrajn bil-gass |
||
|
|
Vażelina; xema' bajda (tal-parafina), xema' taż-żejt minerali (petroleum) mikrokristallina, xema' slack, ożoċerita, xema' lignite, xema' tal-pit, xemgħat oħrajn minerali, u prodotti simili miksubin b'sintesi jew bi proċessi oħrajn, ikkuluriti jew le |
||
|
2712 10 |
|
||
|
2712 20 |
|
||
Ex |
2712 90 |
|
||
|
2713 |
Kokk taż-żejt minerali (petroleum), qatran taż-żejt minerali (petroleum) u fdalijiet oħrajn ta' żjut minerali (petroleum) jew ta' żjut miksubin minn minerali bituminużi |
||
Ex |
2714 |
Qatran u asfalt, naturali; “shale” tal-qatran jew taż-żejt u ramel taż-żift; asfaltiti u blat asfaltiku |
||
Ex |
2715 |
Taħlitiet bituminużi bbażati fuq asfalt naturali, fuq qatran naturali, fuq qatran ta' żejt minerali (petroleum), fuq żift minerali jew fuq qatran (tar pitch) minerali (per eżempju, gomom/siment bituminużi, “cut-backs”) |
||
|
|
Preparazzjonijiet għal lubrikar (inklużi preparazzjonijiet ta' żejt għal qtugħ, preparazzjonijiet biex jerħu boltijiet u skorfini, preparazzjonijiet kontra s-sadid jew kontra l-korrużjoni u preparazzjonijiet li jerħu l-moffa, ibbażati fuq lubrikanti) u preparazzjonijiet ta' tip użati għat-trattament biż-żejt jew bil-grass ta' materjali tessili, ġlud, ferijiet jew materjali oħrajn, iżda esklużi preparazzjonijiet li fihom, bħala kostitwenti bażiċi, 70 % jew aktar bil-piż ta' żjut minerali (petroleum) jew ta' żjut miksubin minn minerali bituminużi |
||
|
|
|
||
|
3403 11 |
|
||
|
3403 19 |
|
||
|
|
|
||
Ex |
3403 91 |
|
||
Ex |
3403 99 |
|
||
|
|
|
||
Ex |
3824 99 92 |
|
||
Ex |
3824 99 93 |
|
||
Ex |
3824 99 96 |
|
||
|
|
Bijodiżil jew taħlit tiegħu, li ma jkunx fih jew ikun fih anqas minn 70 % skont il-piż ta' żejt (petroleum) jew żjut li jinkisbu minn minerali bituminużi |
||
|
3826 00 10 |
|
||
|
3826 00 90 |
|
ANNEX VII
ANNESS XIe
Żejt grezz li ssir referenza għalih fl-Artikolu 16f
NOTA TA' SPJEGAZZJONI
Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati bil-leġiżlazzjoni sussegwenti.
|
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
|
2709 00 90 |
Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, mhux raffinati, barra minn kondensati tal-gass naturali |
ANNESS VIII
ANNESS XIf
Tessili li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 16h
NOTA TA' SPJEGAZZJONI
Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati bil-leġiżlazzjoni sussegwenti.
Kapitolu |
Deskrizzjoni |
50 |
Ħarir |
51 |
Suf, xagħar fin jew aħrax ta' annimali; ħjut u drapp minsuġ minn krin |
52 |
Qoton |
53 |
Fibri oħrajn ta' tessuti veġetali; ħajt tal-karta u drappijiet minsuġin tal-ħajt tal-karta |
54 |
Filamenti magħmulin mill-bniedem; strixxi u oġġetti simili ta' materjali tessili magħmulin mill-bniedem |
55 |
Fibri magħmulin mill-bniedem ta' qisien ta' qosor predeterminat (staple) |
56 |
Wadding, feltru u materjali mhux minsuġin; ħjut speċjali; spag, ċwiemi, ħbula u kejbils u oġġetti magħmulin minnhom |
57 |
Twapet u kisi tal-art ieħor ta' tessuti |
58 |
Drappijiet minsuġin speċjali; drappijiet ta' tessuti bil-bżiebeż bizzilla; tapizzeriji; aċċessorji; rakkmu |
59 |
Drappijiet tessili mimlijin, miksijin, mgħottijin jew illaminati; oġġetti tat-tessuti tat-tip addattat għall-użu industrijali: |
60 |
Drappijiet maħdumin bil-labar (knitted) jew bil-ganċ (crocheted) |
61 |
Oġġetti ta' lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, maħdumin bil-labar (knitted) jew bil-ganċ (crocheted): |
62 |
Oġġetti ta' lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |
63 |
Oġġetti oħra manufatturati ta' tessuti; settijiet; ħwejjeġ li jintlibsu u oġġetti ta' tessuti li jintlibsu; ċraret |
ANNESS IX
Fl-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509, l-kliem “Il-bastimenti msemmija fl-Artikolu 34(2) u l-punt (g) tal-Artikolu 39(1)” huma sostitwiti bil-kliem “Il-bastimenti msemmija fl-Artikolu 34(2) u l-punt (g) tal-Artikolu 39(1) u l-miżuri applikabbli kif speċifikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet”.