Rettifika tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1259 tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2017 li jissostitwixxi l-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar
F'paġna 3, l-Anness li jissostitwixxi l-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 għandu jinqara kif ġej:
ANNESS I
Test ta 'immaġni
PROĊEDURA EWROPEA GĦAL TALBIET ŻGĦAR
IL-FORMOLA A
FORMOLA TAT-TALBA
(L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar)
Numru tal-kawża (*):
Riċevuta mill-qorti/mit-tribunal fi: / / (*)
(*) Għandha timtela mill-qorti/mit-tribunal
INFORMAZZJONI IMPORTANTI
AQRA L-LINJI GWIDA FIL-BIDU TA’ KULL TAQSIMA — DAWN GĦANDHOM JGĦINUK TIMLA DIN IL-FORMOLA
Assistenza fil-mili tal-formola
Tista’ tibbenefika minn assistenza sabiex timla din il-formola. Biex issir taf kif tista’ tikseb l-assistenza tista’ tirreferi għall-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u ppubblikata fis-sit web tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali, li huwa disponibbli fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika https://e-justice.europa.eu/content_small_claims-354-mt.do. Innota li din l-assistenza ma tinkludix għajnuna legali, li għaliha trid issir talba xierqa skont il-liġi nazzjonali; lanqas ma tinkludi valutazzjoni legali tal-kawża tiegħek.
Lingwa
Imla din il-formola bil-lingwa tal-qorti/tat-tribunal li lilha jew lilu qed tibgħat it-talba tiegħek. Innota li l-formola hija disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika https://e-justice.europa.eu/content_small_claims_forms-177-en.do. Din tista’ tgħinek sabiex timla l-formola fil-lingwa meħtieġa.
Dokumenti ta’ sostenn
Innota li l-formola tat-talba jinħtieġ li tkun akkumpanjata, fejn ikun il-każ, minn kull dokument rilevanti ta’ sostenn. Madankollu, dan ma jżommokx milli tippreżenta, fejn ikun il-każ, provi ulterjuri matul il-proċedura.
Il-konvenut jiġi nnotifikat b’kopja tal-formola tat-talba u, fejn ikun il-każ, bid-dokumenti ta’ sostenn. Il-konvenut ikollu l-opportunità li jippreżenta r-risposta tiegħu għal dan.
1. Qorti/tribunal
F’din it-taqsima jinħtieġ li tidentifika l-qorti/it-tribunal li lilha jew lilu qed tagħmel it-talba tiegħek. Meta tiddeċiedi liema qorti/tribunal se tagħżel, għandek tikkunsidra r-raġunijiet għall-ġurisdizzjoni tal-qorti/tat-tribunal. Fit-Taqsima 4 hemm inkluża lista mhux eżawrjenti ta’ eżempji ta’ raġunijiet possibbli ta’ ġurisdizzjoni. Tista’ tuża l-faċilità tat-tiftix dedikata li tinsab fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika sabiex issib id-dettalji (l-indirizz, in-numru tat-telefown eċċ.) tal-qorti bil-ġurisdizzjoni:
https://e-justice.europa.eu/content_small_claims-354-mt.do
1. F’liema qorti jew tribunal qed tagħmel it-talba tiegħek?
1.1. Isem:
1.2. Triq u numru/kaxxa postali:
1.3. Belt u kodiċi postali:
1.4. Pajjiż:
Test ta 'immaġni
2. Attur
F’din it-taqsima daħħal l-informazzjoni tiegħek bħala attur, u tar-rappreżentant tiegħek jekk ikun hemm. Kun af li m’intix obbligat li tkun rappreżentat minn avukat jew minn professjonist legali ieħor.
F’ċerti pajjiżi jista’ ma jkunx biżżejjed li tindika biss kaxxa postali bħala l-indirizz, u għalhekk jinħtieġ li tinkludi l-isem tat-triq u n-numru b’kodiċi postali. In-nuqqas ta’ dan jista’ jwassal sabiex id-dokument ma jiġix notifikat.
Jekk għandek numru ta’ identifikazzjoni personali li ngħatalek mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru, ikun utli li tipprovdih. Jekk ma għandekx dan in-numru, ikun utli li, jekk magħrufa lilek, tagħti n-numru tal-passaport jew tad-dokument ta’ identifikazzjoni tiegħek. Jekk qed taġixxi f’isem persuna ġuridika jew kwalunkwe entità li għandha kapaċità legali, ikun utli li tagħti numru ta’ reġistrazzjoni rilevanti.
Taħt “Dettalji oħra” tista’ timla iktar informazzjoni li tgħin fl-identifikazzjoni tiegħek, pereżempju, id-data tat-twelid tiegħek, ix-xogħol tiegħek jew il-pożizzjoni tiegħek fil-kumpanija.
Fil-każ ta’ aktar minn attur wieħed, uża paġni addizzjonali.
2. Id-dettalji tal-attur
2.1. Kunjom, l-ewwel isem/l-isem tal-kumpanija jew tal-organizzazzjoni:
2.2. Numru ta’ identifikazzjoni personali jew numru tal-passaport/in-numru tar-reġistrazzjoni (*)
2.3. Triq u numru/kaxxa postali:
2.4. Belt u kodiċi postali:
2.5. Pajjiż:
2.6. Telefown (*):
2.7. Posta elettronika (*):
2.8. Rappreżentant tal-attur, jekk ikun hemm, u dettalji tal-kuntatt (*):
2.9. Dettalji oħra (*):
3. Konvenut
F’din it-taqsima għandek tidentifika l-konvenut u, jekk magħruf lilek, ir-rappreżentant tiegħu. Innota li l-konvenut mhuwiex obbligat li jkun rappreżentat minn avukat jew minn professjonist legali ieħor.
F’xi pajjiżi jista’ ma jkunx biżżejjed li tagħti biss kaxxa postali bħala l-indirizz, u għalhekk jinħtieġ li tinkludi l-isem tat-triq u numru b’kodiċi postali. In-nuqqas ta’ dan jista’ jwassal sabiex id-dokument ma jiġix notifikat.
Jekk taf b’xi numru ta’ identifikazzjoni personali li ngħata lil konvenut mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru, ikun utli li tipprovdih. Alternattivament jew addizzjonalment, ikun utli li tagħti numru tal-passaport jew tad-dokument ta’ identifikazzjoni tal-konvenut, jekk magħruf lilek. Jekk il-konvenut huwa persuna ġuridika jew kwalunkwe entità li għandha kapaċità legali, ikun utli li tagħti numru ta’ reġistrazzjoni rilevanti għall-konvenut, jekk tkun tafu.
Taħt “Dettalji oħra” tista’ timla iktar informazzjoni li tgħin fl-identifikazzjoni tal-persuna, pereżempju, id-data tat-twelid, ix-xogħol jew il-pożizzjoni fil-kumpanija. Fil-każ ta’ aktar minn konvenut wieħed, uża paġni addizzjonali.
3. Id-dettalji tal-konvenut
3.1. Kunjom, l-ewwel isem/l-isem tal-kumpanija jew tal-organizzazzjoni:
3.2. Numru ta’ identifikazzjoni personali jew numru tal-passaport/in-numru tar-reġistrazzjoni
3.3. Triq u numru/kaxxa postali:
(*) Mhux obbligatorji.
Test ta 'immaġni
3.4. Belt u kodiċi postali:
3.5. Pajjiż:
3.6. Telefown (*):
3.7. Posta elettronika (*):
3.8. Rappreżentant tal-konvenut, jekk magħruf, u dettalji tal-kuntatt (*):
3.9. Dettalji oħra (*):
4. Ġurisdizzjoni
It-talba tiegħek trid tiġi ppreżentata lill-qorti/lit-tribunal li jkollha/jkollu l-ġurisdizzjoni li tittrattaha/jittrattaha. Il-qorti/it-tribunal trid/irid ikollha/ikollu ġurisdizzjoni skont ir-regoli tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew utal-Kunsill (1).
Din it-taqsima tinkludi lista mhux eżawrjenti tal-bażi għall-ġurisdizzjoni.
Tista’ ssib informazzjoni dwar ir-regoli tal-ġurisdizzjoni fis-sit web tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew hawnhekk: https://e-justice.europa.eu/content_brussels_i_regulation_recast-350-mt.do
Tista’ tikkonsulta wkoll http://ec.europa.eu/civiljustice/glossary/glossary_mt.htm għal spjegazzjoni dwar ċerti termini legali li jintużaw.
4. Fuq liema bażi taħseb li l-qorti/tribunal għandha/għandu ġurisdizzjoni?
4.1. Id-domiċilju tal-konvenut
4.2. Id-domiċilju tal-konsumatur
4.3. Id-domiċilju tad-detentur tal-polza, l-assigurat jew il-benefiċjarju fi kwistjonijiet tal-assigurazzjoni
4.4. Il-post tat-twettiq tal-obbligu inkwistjoni
4.5. Il-post tal-każ dannuż
4.6. Il-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli
4.7. L-għażla tal-qorti/tribunal kif miftiehma mill-partijiet
4.8. Oħrajn (speċifika)
5. Natura transkonfinali tal-kawża
Sabiex tagħmel użu mill-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, huwa meħtieġ li l-kawża tiegħek tkun ta’ natura transkonfinali. Kawża tkun ta’ natura transkonfinali jekk mill-inqas waħda mill-partijiet tkun domiċiljata jew abitwalment residenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-qorti/tat-tribunal.
(*) Mhux obbligatorji.
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
Test ta 'immaġni
5. Natura transkonfinali tal-kawża
5.1. Pajjiż ta’ domiċilju jew residenza abittwali tal-attur:
5.2. Pajjiż ta’ domiċilju jew residenza abittwali tal-konvenut:
5.3. L-Istat Membru tal-qorti/tat-tribunal:
6. Dettalji tal-bank (Mhux obbligatorji)
Fit-Taqsima 6.1 tista’ tinforma lill-qorti/lit-tribunal dwar il-mezz li bih inti se tħallas it-tariffa tat-talba. Innota li mhux il-metodi kollha jkunu neċessarjament disponibbli fil-qorti/fit-tribunal fejn tkun qed tibgħat it-talba tiegħek. Jinħtieġ li tivverifika liema metodi ta’ ħlas jiġu aċċettati mill-qorti/mit-tribunal. Dan tista’ tagħmlu billi tivverifika l-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat u li hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali, li jinsab fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika https://e-justice.europa.eu/content_small_claims-354-mt.do jew billi tikkuntattja lill-qorti/lit-tribunal ikkonċernata/ikkonċernat. Bl-istess mod tista’ ssir taf aktar dwar l-ammont tat-tariffa tal-qorti li int se jkollok tħallas.
Jekk tagħżel li tħallas permezz ta’ karta ta’ kreditu jew li tippermetti lill-qorti/lit-tribunal tiġbor/jiġbor it-tariffi mill-kont bankarju tiegħek, jinħtieġ li tagħti d-dettalji neċessarji tal-karta ta’ kreditu jew kont bankarju fl-Appendiċi ta’ din il-formola. L-Appendiċi jservi biss għall-informazzjoni tal-qorti/tat-tribunal u ma jintbagħatx lill-konvenut.
Fit-Taqsima 6.2 għandek il-possibbiltà li tindika b’liema mezz tixtieq tirċievi l-ħlas mill-konvenut, pereżempju jekk il-konvenut jixtieq iħallas immedjatament anki qabel ma tingħata s-sentenza. Jekk tixtieq li titħallas bi trasferiment bankarju, agħti d-dettalji meħtieġa tal-bank.
6. Dettalji tal-bank (*)
6.1. Kif se tħallas it-tariffa tat-talba?
6.1.1. Permezz ta’ trasferiment bankarju
6.1.2. Permezz tal-karta tal-kreditu
(imla l-Appendiċi)
6.1.3. Permezz ta’ debitu dirett mill-kont bankarju tiegħek
(imla l-Appendiċi)
6.1.4. Oħrajn (speċifika):
6.2. F’liema kont tixtieq li l-konvenut iħallas kwalunkwe ammont mitlub jew aġġudikat?
6.2.1. Detentur tal-kont:
6.2.2. Isem tal-bank, BIC jew kodiċi tal-bank rilevanti ieħor:
6.2.3. Numru tal-kont/IBAN:
7. Talba
Kamp ta’ applikazzjoni: Innota li l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għandha kamp ta’ applikazzjoni limitat. L-ebda talba ta’ valur li jkun aktar minn EUR 5 000 jew li tinsab fil-lista fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar ma tista’ tiġi ttrattata permezz ta’ din il-proċedura. Jekk it-talba tiegħek ma tikkonċernax azzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament skont l-Artikolu 2, il-proċedimenti jkomplu quddiem il-qrati/it-tribunali li għandhom ġurisdizzjoni skont ir-regoli tal-proċedura ċivili ordinarja. Jekk f’dan il-każ ma tixtieqx tkompli bil-proċedimenti, jinħtieġ li tirtira t-talba tiegħek.
(*) Mhux obbligatorji.
Test ta 'immaġni
Talba monetarja jew talba oħra: Jinħtieġ li tindika jekk it-talba tiegħek hijiex talba monetarja u/jew ta’ natura oħra (talba mhux- monetarja), pereżempju, konsenja ta’ oġġetti, u mbagħad timla rispettivament it-taqsimiet 7.1. u/jew 7.2. F’każ li t-talba tiegħek mhux monetarja, imla t-Taqsima 7.2 u indika l-valur stmat tat-talba tiegħek. F’każ ta’ talba mhux monetarja, jinħtieġ li tindika jekk għandekx talba sekondarja għal kumpens fil-każ li ma jkunx possibbli li tintlaqa’ t-talba oriġinali.
Jekk trid tagħmel talba għall-ispejjeż tal-proċedimenti (pereżempju spejjeż ta’ traduzzjoni, drittijiet ta’ avukati, spejjeż relatati man-notifika ta’ dokumenti eċċ), jinħtieġ li tindikaha fit-taqsima 7.3. Innota li r-regoli dwar l-ispejjeż li l-qrati/it-tribunali jistgħu jaġġudikaw ivarjaw bejn Stati Membri differenti. Dettalji dwar il-kategoriji ta’ spejjeż fi Stati Membri differenti jistgħu jinsabu fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika https://e-justice.europa.eu/content_costs_of_proceedings-37-mt.do.
Jekk tixtieq tagħmel talba għal xi imgħax kuntrattwali, pereżempju fuq self, jinħtieġ li tindika r-rata u minn liema data jiddekorri. Il-qorti/it-tribunal jistgħu jaġġudikaw imgħaxijiet statutorji fuq it-talba tiegħek, jekk tintlaqa’. Indika jekk tixtieqx tagħmel talba għall-imgħaxijiet u jekk ikun il-każ, indika minn liema data l-imgħaxijiet għandhom jiddekorru.
Jekk meħtieġ, jekk jogħġbok uża aktar paġni biex tiddeskrivi t-talba tiegħek, pereżempju jekk qed titlob diversi pagamenti u l-imgħax huwa mitlub minn dati differenti għal kull pagament.
7. Dwar it-talba tiegħek
7.1. Talba għal flus
7.1.1. L-ammont tal-kapital (esklużi mgħaxijiet u spejjeż):
7.1.2. Munita
Euro (EUR)
Lev Bulgaru (BGN)
Kuna Kroata (HRK)
Kuruna Ċeka (CZK)
Forint Ungeriż (HUF)
Lira Sterlina (GBP)
Zloty Pollakk (PLN)
Leu Rumen (RON)
Krona Svediża (SEK)
Oħrajn (speċifika):
7.2. Talba oħra:
7.2.1. Speċifika x’qed titlob:
7.2.2. L-ammont stmat tat-talba:
Munita:
Euro (EUR)
Lev Bulgaru (BGN)
Kuna Kroata (HRK)
Kuruna Ċeka (CZK)
Forint Ungeriż (HUF)
Lira Sterlina (GBP)
Zloty Pollakk (PLN)
Leu Rumen (RON)
Krona Żvediża (SEK)
Oħrajn (speċifika):
Test ta 'immaġni
7.3. Qed titlob l-ispejjeż tal-kawża?
7.3.1. Iva
7.3.2. Le
7.3.3. Jekk iva, speċifika liema spejjeż u indika l-ammont mitlub jew dak li tħallas sa issa:
7.4. Qed titlob imgħax?
Iva
Le
Jekk iva, l-imgħax huwa:
Kuntrattwali?
Jekk iva mur fit-taqsima 7.4.1
Statutorju?
Jekk iva mur fit-taqsima 7.4.2
7.4.1. Jekk kuntrattwali
1) ir-rata hija:
%
% ’il fuq mir-rata bażi tal-BĊE
oħrajn:
2) l-imgħax jiddekorri minn: / / (data)
sa: / / (data)
sad-data tas-sentenza
sad-data tal-ħlas tal-kapital
7.4.2. Jekk statutorju
l-imgħax jiddekorri minn: / / (data)
sa: / / (data)
sad-data tas-sentenza
sad-data tal-ħlas tal-kapital
7.5. Qed titlob imgħax fuq l-ispejjeż?
Iva
Le
Jekk iva, l-imgħax jiddekorri minn: / / (data)
(avveniment)
sa: / / (data)
sad-data tal-ħlas tal-ispejjeż
Test ta 'immaġni
8. Dettalji tat-talba
Fit-Taqsima 8.1. għandek tiddeskrivi fil-qosor is-sustanza tat-talba tiegħek.
Fit-Taqsima 8.2 għandek tiddeskrivi l-provi rilevanti li jissostanzjaw it-talba tiegħek. Dawn jistgħu, pereżempju, ikunu provi dokumentati (pereżempju kuntratti, riċevuti eċċ.) jew xiehda orali jew bil-miktub. Għal kull prova, indika liema aspett tat-talba tiegħek hemm il-ħsieb li tissostanzja.
Jekk l-ispazju ma jkunx suffiċjenti, tista’ żżid paġni oħrajn.
8. Dettalji tat-talba
8.1. Agħti raġunijiet għat-talba tiegħek, pereżempju x’ġara, fejn u meta.
8.2. Iddeskrivi l-provi li tixtieq tippreżenta biex tissostanzja t-talba tiegħek u ddikjara liema punti tat-talba qed jissostanzjaw. Jekk ikun il-każ, għandek iżżid dokumenti rilevanti li jissostanzjaw it-talba tiegħek.
8.2.1. Provi bil-miktub
speċifika hawn taħt
8.2.2. Ix-Xhieda
speċifika hawn taħt
8.2.3. Oħrajn
speċifika hawn taħt
9. Smigħ
Innota li l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija proċedura bil-miktub. Madankollu, il-qorti tista’ tiddeċiedi li jsir smigħ jekk tqis li mhuwiex possibbli li tagħti sentenza abbażi ta’ provi dokumentarji. Tista’ titlob, f’din il-formola jew fi stadju ulterjuri, li jsir smigħ. Il-qorti tista’ tiċħad it-talba tiegħek jekk tikkunsidra li, fir-rigward taċ-ċirkostanzi tal-każ mhux meħtieġ smigħ għat-tmexxija ġusta tal-proċedimenti. Is-smigħ jinħtieġ li jsir permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod adattati, bħal vidjokonferenza jew telekonferenza, sakemm dawn ikunu disponibbli għall-qorti. Jekk il-persuna li għandha tinstema’ tkun domiċiljata fi Stat Membru ieħor minn dak tal-qorti invokata, tiġi organizzata seduta permezz ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni mill-bogħod bl-użu tal-proċeduri previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 (1). (https://e-justice.europa.eu/content_taking_of_evidence-76-mt.do).
Madankollu, il-qorti tista’ tiddeċiedi li l-persuni mħarrka għas-seduta jridu jkunu fiżikament preżenti. Tista’ tindika l-preferenzi tiegħek quddiem il-qorti u żżomm f’moħħok li jekk tintalab li tkun fiżikament preżenti waqt is-seduta, l-irkupru ta’ kwalunkwe spejjeż imġarrba biex tidher quddiem il-qorti jkunu suġġetti għar-regoli tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE)Nru 861/2007 li jistabbilixxi l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Dan l-Artikolu jistipula li l-qorti ma għandhiex taġġudika lill-parti rebbieħa spejjeż li jkunu saru bla bżonn jew li jkunu sproporzjonati għat-talba.
9.1. Trid li jsir smigħ?
Iva
Le
Jekk iva, indika r-raġunijiet (*):
9.2. Jekk il-Qorti tiddeċiedi li tagħmel smigħ, inti trid li tkun preżenti fiżikament?
Iva
Le
Indika r-raġunijiet (*):
(*) Mhux obbligatorji.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-lstati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1).
Test ta 'immaġni
10. In-notifika ta’ dokumenti u l-komunikazzjoni mal-qorti
Dokumenti proċedurali, bħat-talba tiegħek, it-tweġiba tal-konvenut, kwalunkwe kontrotalba u s-sentenza tista’ tiġi nnotifikata lill-partijiet bil-posta jew b’mezzi elettroniċi, jekk dawk il-mezzi jkunu teknikament disponibbli u aċċettabbli għall-qorti skont il-liġi proċedurali tal-Istat Membru li fih tkun qed titmexxa l-proċedura. Jekk id-dokumenti għandhom jiġu nnotifikati fi Stat Membru ieħor minbarra dak li fih tkun qed titmexxa l-proċedura, ir-regoli proċedurali tal-Istat Membru fejn in-notifika iseħħ għandhom jiġu osservati wkoll. Il-mezzi elettroniċi jistgħu jintużaw ukoll għal komunikazzjonijiet oħra bil-miktub (pereżempju talba biex tattendi seduta tal-qorti). Mezzi elettroniċi jistgħu jintużaw biss jekk id-destinatarju jagħti l-kunsens espliċitu minn qabel biex jintużaw, jew jekk huwa stess ikun legalment obbligat mill-qorti li jaċċetta n-notifika elettronika u/jew komunikazzjoni oħra bil-miktub, f’konformità mar-regoli proċedurali tal-Istat Membru li fih id-destinatarju jkun domiċiljat. Biex tara jekk humiex disponibbli u aċċettabbli l-mezzi elettroniċi għan-notifika u/jew għall-komunikazzjoni fl-Istati Membri rilevanti, ivverifika l-informazzjoni fil-portal Ewropew tal-ġustizzja elettronika:
https://e-justice.europa.eu/content_small_claims-354-en.do?clang=en
10.1. Taqbel dwar l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni għal notifika ta’ risposta mill-konvenut, għal kull kontrotalba u għas-sentenza?
Iva
Le
10.2. Taqbel dwar l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni biex tirċievi komunikazzjonijiet bil-miktub, apparti d-dokumenti msemmija fil-punt 10.1?
Iva
Le
11. Ċertifikat
Sentenza li tingħata fi Stat Membru fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar tista’ tiġi rikonoxxuta u eżegwita fi Stat Membru ieħor. Jekk bi ħsiebek titlob ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni fi Stat Membru li ma jkunx dak tal-qorti jew tat-tribunal, tista’ titlob f’din il-formola li l-qorti jew it-tribunal, wara li jkunu taw sentenza favur tiegħek, joħorġu ċertifikat dwar dik is-sentenza.
11.1. Ċertifikat
Nitlob lill-qorti jew lit-tribunal biex joħorġu ċertifikat dwar is-sentenza
Iva
Le
B’talba tiegħek il-qorti tista’ tipprovdilek ċertifikat f’lingwa oħra, billi tagħmel użu mill-formoli dinamiċi disponibbli permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika. Dan jista’ jkun ta’ għajnuna għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza fi Stat Membru ieħor. Innota li l-qorti mhix obbligata tipprovdilek xi traduzzjoni jew trasliterazzjoni ta’ test imdaħħal fil-kaxxi għat-test liberu taċ-ċertifikat.
11.2.
Nitlob lill-qorti/lit-tribunal biex toħroġ/joħroġ ċertifikat b’lingwa oħra li ma tkunx il-lingwa tal-proċeduri tal-qorti, b’mod partikolari:
BG ES CS DE ET EL EN FR HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
12. Data u firma
Kun ċert li tikteb ismek b’mod ċar u li tiffirma u tniżżel id-data tat-talba tiegħek fl-aħħar.
Test ta 'immaġni
12. Data u firma
B’dan qed nitlob li l-qorti/it-tribunal tagħti/jagħti sentenza kontra l-konvenut abbażi tat-talba tiegħi.
Niddikjara li, safejn naf jien, l-informazzjoni pprovduta hija vera u mogħtija in bona fede.
Magħmul fi:
Id-data: / /
Isem u firma:
Test ta 'immaġni
Appendiċi għall-formola tat-talba (Formola A)
Dettalji bankarji (*) għall-finijiet tal-ħlas tat-tariffi tat-talba
Detentur tal-kont/Detentur tal-karta ta’ kreditu:
L-isem tal-bank, BIC jew kodiċi bankarju rilevanti ieħor/kumpanija tal-karta ta’ kreditu:
In-numru tal-kont jew l-IBAN/in-numru tal-karta ta’ kreditu, id-data tal-iskadenza u n-numru ta’ sigurtà tal-karta ta’ kreditu:
(*) Mhux obbligatorji.
ANNESS III
Test ta 'immaġni
PROĊEDURA EWROPEA GĦAL TALBIET ŻGĦAR
FORMOLA C
FORMOLA TA’ RISPOSTA
(L-Artikolu 5(2) u 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar)
INFORMAZZJONI IMPORTANTI U LINJI GWIDA GĦALL-KONVENUT
Ġiet preżentata talba kontrik kif jidher fil-formola tat-talba mehmuża skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.
Tista’ twieġeb billi timla l-Parti II ta’ din il-formola u tirritornaha lill-qorti/lit-tribunal, jew bi kwalunkwe mod ieħor adegwat fi żmien 30 jum wara li tkun ġejt notifikat bil-formola tat-talba flimkien mal-formola ta’ risposta.
Innota li jekk ma tweġibx fi żmien 30 jum, il-qorti/it-tribunal taqta’/jaqta’ sentenza.
Kun żgur li tikteb ismek b’mod ċar, li tiffirma u tniżżel id-data fl-aħħar tal-formola ta’ risposta.
Jinħtieġ li taqra wkoll il-linji gwida inklużi fil-formola tat-talba; dawn jistgħu jgħinuk tipprepara t-tweġiba tiegħek.
Assistenza fil-mili tal-formola: Inti tista’ tibbenefika minn assistenza biex timla din il-formola. Biex issir taf kif tista’ tikseb l-assistenza, tista’ tirreferi għall-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u ppubblikata fuq is-sit web tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew dwar kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, li jinsab fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika https://e-justice.europa.eu/content_small_claims-354-en.do. Tajjeb li tinnota li din l-assistenza ma tinkludix għajnuna legali, li trid issir talba għaliha skont il-liġi nazzjonali; Lanqas ma tinkludi valutazzjoni legali tal-każ tiegħek.
Lingwa: Jinħtieġ li twieġeb għat-talba bil-lingwa tal-qorti/tat-tribunal li bagħtitlek/bagħatlek din il-formola.
Tajjeb li tinnota li l-formola hija disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika https://e-justice.europa.eu/content_small_claims_forms-177-en.do#action. Dan jista’ jgħinek sabiex timla l-formola fil-lingwa meħtieġa.
Is-smigħ: Tajjeb li tinnota li l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija proċedura bil-miktub. Madankollu, il-qorti tista’ tiddeċiedi li jsir smigħ jekk fil-fehma tagħha ma jkunx possibbli li tingħata sentenza abbażi ta’ prova bil-miktub. Int tista’ titlob, f’din il-formola jew fi stadju ulterjuri, li jsir smigħ. Il-qorti tista’ tiċħad it-talba tiegħek jekk tqis li fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ, ma jkunx meħtieġ li jsir smigħ għat-tmexxija ġusta tal-proċedimenti. Is-smigħ għandu jsir permezz ta’ mezzi tal-komunikazzjoni mill-bogħod adegwati, bħal vidjokonferenza jew telekonferenza, dment li jkunu disponibbli għall-qorti. Jekk persuna li għandha tinstema’ tkun domiċiljata fi Stat Membru differenti minn dak tal-qorti invokata, is- smigħ permezz ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni mill-bogħod għandu jiġi organizzat billi jsir użu mill-proċeduri previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 (https://e-justice.europa.eu/content_taking_of_evidence-76-en.do).
Madankollu, il-qorti tista’ tiddeċiedi li persuni msejħa għas-smigħ iridu jkunu fiżikament preżenti. Tista’ tindika l-preferenzi tiegħek quddiem il-qorti, filwaqt li żżomm f’moħħok li jekk inti tintalab tkun preżenti fiżikament waqt is-seduta, l-irkupru ta’ kwalunkwe spejjeż imġarrba biex tidher quddiem il-qorti ikunu suġġetti għar-regoli tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE)Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Dan l-Artikolu jistipula li l-qorti ma għandhiex taġġudika lill-parti rebbieħa spejjeż li jkunu saru bla bżonn jew li jkunu sproporzjonati għat-talba.
Id-dokumenti ta’ sostenn: Tista’ tindika mezzi possibbli ta’ evidenza, u żżid, skont il-każ, dokumenti ta’ sostenn.
Il-Kontrotalba: Jekk trid tagħmel talba kontra l-attur (kontrotalba), jinħtieġ li timla u tehmeż Formola A separata, li int tista’ ssib fuq l-Internet fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika https://e-justice.europa.eu/content_small_claims_forms-177-en.do#action jew li tista’ takkwistaha mill-qorti/mit-tribunal li bagħtitlek/bagħatlek din il-formola. Innota li għall-finijiet tal-kontrotalba, inti tkun meqjus bħala l-attur.
Il-korrezzjoni tad-dettalji tiegħek: Tista’ wkoll tikkorreġi jew iżżid informazzjoni dwarek stess (pereżempju d-dettalji ta’ kuntatt, tar-rappreżentant eċċ.) fit-Taqsima 6 “Informazzjoni oħra.”
Test ta 'immaġni
In-notifika ta’ dokumenti u l-komunikazzjoni mal-qorti: Dokumenti proċedurali, bħat-tweġiba tiegħek u s-sentenza tista’ tiġi nnotifikata lill-partijiet bil-posta jew b’mezzi elettroniċi, jekk dawk il-mezzi jkunu teknikament disponibbli u aċċettabbli għall-qorti skont il-liġi proċedurali tal-Istat Membru li fih tkun qed titmexxa l-proċedura. Jekk id-dokumenti għandhom jiġu nnotifikati fi Stat Membru ieħor minbarra dak li fih tkun qed titmexxa l-proċedura, ir-regoli proċedurali tal-Istat Membru fejn in-notifika iseħħ għandhom jiġu osservati wkoll. Il-mezzi elettroniċi jistgħu jintużaw ukoll għal komunikazzjonijiet oħra bil-miktub (pereżempju talba biex tattendi seduta tal-qorti). Mezzi elettroniċi jistgħu jintużaw biss jekk id-destinatarju jagħti l-kunsens espliċitu minn qabel biex jintużaw, jew jekk huwa stess ikun legalment obbligat mill-qorti li jaċċetta n-notifika elettronika u/jew komunikazzjoni oħra bil-miktub, f’konformità mar-regoli proċedurali tal-Istat Membru li fih id-destinatarju jkun domiċiljat. Biex tara jekk humiex disponibbli u aċċettabbli l-mezzi elettroniċi għan-notifika u/jew għall-komunikazzjoni fl-Istati Membri rilevanti, ivverifika l-informazzjoni fil-portal Ewropew tal-ġustizzja elettronika:
https://e-justice.europa.eu/content_small_claims-354-en.do?clang=en
Żieda fl-ispazju: Jekk ma jkunx hemm spazju biżżejjed, tista’ żżid paġni oħrajn.
Parti I (timtela mill-qorti/mit-tribunal)
L-isem tal-attur:
L-isem tal-konvenut:
Qorti/tribunal:
Talba:
Numru tal-kawża:
Parti II (timtela mill-konvenut)
1. Taċċetta t-talba?
Iva
Le
Parzjalment
Jekk irrispondejt “le” jew “parzjalment”, indika r-raġunijiet:
It-talba ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar
speċifika hawn taħt
Oħra
speċifika hawn taħt
2. Jekk ma taċċettax it-talba iddeskrivi l-evidenza li tixtieq tressaq sabiex tikkontestaha. Iddikjara liema punti tat-tweġiba tiegħek huma sostanzjati mill-evidenza. Fejn xieraq, għandek iżżid id-dokumenti rilevanti ta’ sostenn.
Provi bil-miktub speċifika hawn taħt
Ix-Xhieda speċifika hawn taħt
Oħra speċifika hawn taħt
Test ta 'immaġni
3. Trid li jsir smigħ?
Iva
Le
Jekk iva, indika r-raġunijiet (*):
4. Jekk il-Qorti tiddeċiedi li tagħmel smigħ, inti trid li tkun preżenti fiżikament?
Iva
Le
Indika r-raġunijiet (*):
5. Qed titlob l-ispejjeż tal-kawża?
Iva
Le
Jekk iva, speċifika liema huma l-ispejjeż u jekk hu possibbli, indika l-ammont mitlub jew dak imġarrab sa issa:
6. Trid tagħmel kontrotalba?
Iva
Le
Jekk iva, imla u ehmeż Formola A separata
7.1. Taqbel li jintużaw il-mezzi elettroniċi għan-notifika tas-sentenza?
Iva
Le
7.2. Taqbel li jintużaw il-mezzi elettroniċi biex tirċievi komunikazzjonijiet bil-miktub oħra apparti s-sentenza?
Iva
Le
8. Informazzjoni oħra (*)
9. Data u firma
Niddikjara li, safejn naf jien, l-informazzjoni pprovduta hija vera u mogħtija in bona fede.
Magħmul fi:
Id-data: / /
Isem u firma:
(*) Mhux obbligatorji.