Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1154

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1154 tas-7 ta’ Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-emissjonijiet f’sewqan reali ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 6) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    C/2017/3720

    ĠU L 175, 7.7.2017, p. 708–732 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1154/oj

    7.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 175/708


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1154

    tas-7 ta’ Ġunju 2017

    li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-emissjonijiet f’sewqan reali ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 6)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huwa att regolatorju separat skont il-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip stabbilita permezz tad-Direttiva 2007/46/KE.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jeżiġi li l-vetturi ħfief għall-passiġġieri u dawk kummerċjali l-ġodda jkunu konformi ma’ ċerti limiti fuq l-emissjonijiet u jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali dwar l-aċċess għall-informazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1151 (3).

    (3)

    Il-Kummissjoni wettqet analiżi dettaljata tal-proċeduri, tat-testijiet u tar-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 692/2008 abbażi tar-riċerka tagħha stess u ta’ informazzjoni esterna u sabet li l-emissjonijiet iġġenerati minn sewqan reali fit-triq ta’ vetturi Euro 5/6 jaqbżu b’mod sostanzjali l-emissjonijiet imkejla skont iċ-Ċiklu tas-Sewqan Ewropew Ġdid (NEDC) regolatorju, b’mod partikolari fir-rigward tal-emissjonijiet tal-NOx minn vetturi li jaħdmu bid-diżil.

    (4)

    Ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip rigward l-emissjonijiet għall-vetturi bil-mutur saru, b’mod gradwali u b’mod sinifikanti, aktar stretti permezz tal-introduzzjoni u r-reviżjoni sussegwenti tal-istandards Euro. Filwaqt li l-vetturi b’mod ġenerali wasslu għal tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet fil-firxa kollha ta’ inkwinanti regolati, dan ma kienx il-każ għall-emissjonijiet ta’ NOx minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali li jaħdmu bid-diżil. Għalhekk, huma meħtieġa azzjonijiet biex din is-sitwazzjoni tiġi korretta.

    (5)

    It-tagħmir ta’ riduzzjoni li jnaqqas il-livell tal-kontroll tal-emissjonijiet huwa projbit skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Ir-rivelazzjoni marbuta mal-użu ta’ tagħmir ta’ riduzzjoni f’vetturi li jaħdmu bid-diżil u l-investigazzjonijiet nazzjonali sussegwenti enfasizzaw il-ħtieġa li jissaħħaħ l-infurzar tar-regoli dwar it-tagħmir ta’ riduzzjoni. Għalhekk huwa xieraq li tintalab superviżjoni aħjar waqt l-approvazzjoni tat-tip ta’ strateġija għall-kontroll tal-emissjonijiet applikata mill-vetturi, li tibni fuq il-prinċipji diġà applikati għall-vetturi heavy duty permezz tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    (6)

    Huwa importanti li l-problema tal-emissjonijiet ta’ NOx minn vetturi li jaħdmu bid-diżil tiġi indirizzata sabiex ikun hemm kontribut għat-tnaqqis tal-livelli għoljin attwali tal-konċentrazzjonijiet ta’ NO2 fl-arja ambjentali, li huma ta’ tħassib ewlieni fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem.

    (7)

    F’Jannar 2011, il-Kummissjoni stabbiliet grupp ta’ ħidma li jinvolvi l-partijiet ikkonċernati kollha għall-iżvilupp ta’ proċedura għall-ittestjar tal-emissjonijiet f’sewqan reali (RDE) li tirrifletti aħjar l-emissjonijiet imkejla fuq it-triq. Fl-2011 u l-2013 iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni ppubblika żewġ studji dwar il-fattibilità tal-ittestjar fuq it-triq u l-valutazzjoni ta’ alternattivi tekniċi oħra. Wara diskussjonijiet tekniċi dettaljati, ġiet żviluppata u implimentata bħala proċedura tat-test regolatorju komplementari l-alternattiva ssuġġerita fir-Regolament (KE) Nru 715/2007, jiġifieri l-użu ta’ sistemi portable għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS) kif ukoll limiti li ma għandhomx jinqabżu (NTE).

    (8)

    L-ewwel żewġ partijiet tal-proċedura tat-test tal-RDE ġew introdotti bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) 2016/427 (5) u (UE) 2016/646 (6). Issa jeħtieġ li dawn jiġu komplementati bid-dispożizzjonijiet li jippermettu li jitqies l-istartjar kiesaħ, li jintroduċu l-protokoll u l-limiti meħtieġa għall-kejl tal-emissjonijiet tan-numru ta’ partikuli (PN), li jqisu b’mod xieraq l-avvenimenti ta’ riġenerazzjoni u li jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ dispożizzjonijiet għall-vetturi elettriċi ibridi, il-vetturi kummerċjali ħfief u għall-manifatturi ta’ volum baxx.

    (9)

    L-istartjar kiesaħ huwa kontributur importanti tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali, billi huwa ta’ importanza partikolari f’żoni urbani fejn isseħħ il-biċċa l-kbira tal-istartjar kiesaħ. Speċjalment matul ix-xitwa, l-istartjar kiesaħ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tniġġis tal-arja fl-ibliet u għalhekk għandu jiġi regolat b’mod xieraq. Għalhekk, sabiex titwettaq evalwazzjoni komprensiva u effettiva tal-RDE huwa meħtieġ li l-istartjar kiesaħ jiġi inkluż kemm fil-valutazzjoni tal-emissjonijiet ta’ NOx kif ukoll tal-emissjonijiet ta’ PN tal-vjaġġ urban u tal-vjaġġ totali bl-użu tal-metodi ta’ evalwazzjoni eżistenti.

    (10)

    Barra minn hekk, sabiex tonqos il-varjabbiltà tal-kundizzjonijiet tal-ittestjar li jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-kontribuzzjoni tal-istartjar kiesaħ, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali għall-prekondizzjonament tal-vettura u għas-sewqan matul il-perjodu tal-istartjar kiesaħ.

    (11)

    Peress li d-dejta reċenti tindika li għad hemm problema fl-UE minħabba emissjonijiet matul l-istartjar sħun li huma ogħla milli mistennija, huwa meħtieġ li jsir ċertu numru ta’ testijiet bi startjar b’magna sħuna.

    (12)

    Ir-Regolament (UE) Nru 715/2007 jistabbilixxi limitu temporanju tal-Euro 6 għall-emissjonijiet ta’ PN minn vetturi li jaħdmu bil-petrol b’injezzjoni diretta biex jippermetti żmien biżżejjed għall-integrazzjoni effettiva ta’ teknoloġiji għall-kontroll tal-emissjonijiet ta’ PN, filwaqt li jistipula li fi żmien tliet snin wara d-dati mandatorji tal-Euro 6, l-emissjonijiet ta’ PN taħt kundizzjonijiet reali tas-sewqan għandhom jiġu regolati wkoll.

    (13)

    Għal dan il-għan, fl-2013 il-Kummissjoni stabbiliet task force mmexxija miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka bil-għan li jiġi eżaminat it-tagħmir PEMS żviluppat reċentement għall-kejl tal-Massa tal-Partikulati u n-Numru tal-Partikuli u jiġi żviluppat metodu ta’ kejl tal-emissjonijiet ta’ PN fis-sewqan reali, li għandhom ikunu inklużi f’dan l-att.

    (14)

    It-tagħmir għall-kejl tal-emissjonijiet ta’ PN instab li huwa affidabbli u bi prestazzjoni tajba f’firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet. It-tagħmir mistenni li se jitjieb maż-żmien. Barra minn hekk, il-profili tal-emissjonijiet ta’ partikuli ultrafini li jkunu taħt il-livell limitu ta’ kejl attwali ta’ 23 nm qed jiġu investigati mill-Kummissjoni biex ikun żgurat li l-metodi tal-kejl ikopru b’mod xieraq l-emissjonijiet ta’ PN reali.

    (15)

    Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jippermettu wkoll il-valutazzjoni ta’ vetturi elettriċi ibridi. Għall-vetturi ibridi rikarikabbli l-metodoloġija għandha tiġi adattata biex tiżgura l-prattiċità u r-robustezza tad-dispożizzjonijiet tal-RDE u biex tipprepara metodu ta’ valutazzjoni aktar komplet li jista’ jipprovdi stampa preċiża tal-emissjonijiet RDE minn vetturi ibridi rikarikabbli u għaldaqstant jista’ jiġi inkluż ukoll fi skemi ta’ inċentivi lokali jew nazzjonali mfassla biex jippromwovu l-użu ta’ dawn il-vetturi.

    (16)

    Ir-riġenerazzjoni għandha tiġi inkluża fil-valutazzjoni tal-emissjonijiet tal-vettura skont il-proċedura RDE. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza tal-proċedura RDE mal-Proċedura ta’ ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLDP), huwa xieraq li tiġi introdotta metodoloġija li tobbliga l-użu ta’ fatturi Ki għall-emissjonijiet eċċessivi permezz tar-riġenerazzjoni u ta’ skema ta’ valutazzjoni relatata.

    (17)

    Jista’ jkun hemm ħtieġa għal aġġornament tal-fatturi Ki biex jiġu riflessi l-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet u l-progress teknoloġiku ta’ vettura. Jista’ jkun hemm ħtieġa għal reviżjonijiet biex ikun żgurat li l-fatturi Ki jirriflettu l-okkorrenzi u l-impatt reali tal-avvenimenti ta’ riġenerazzjoni.

    (18)

    Għandhom jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċjali għal-limiti tal-veloċitajiet biex ikun żgurat li l-vetturi kummerċjali ħfief li jkollhom limitu ta’ veloċità jkunu jistgħu jiġu ttestjati wkoll skont il-proċedura RDE.

    (19)

    Sabiex il-manifatturi ta’ volum baxx indipendenti bi produzzjoni annwali dinjija ta’ inqas minn 10 000 unità jkunu jistgħu jadattaw għall-proċedura RDE, dawn għandhom jingħataw aktar żmien biex ikunu konformi bis-sħiħ mal-limiti tal-NTE. Madankollu, huwa xieraq li huma jkunu meħtieġa jimmonitorjaw l-emissjonijiet tal-NOx matul dak il-perjodu.

    (20)

    Il-manifatturi ta’ volumi baxxi ħafna għandhom jiġu eżentati mid-dispożizzjonijiet tal-proċedura RDE. B’volum ta’ inqas minn 1 000 vettura mibjugħa kull sena fl-Unjoni, huma jikkontribwixxu biss b’mod marġinali għall-emissjonijiet totali tal-flotta ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali.

    (21)

    L-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1151 jirrikjedi eżaminazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali tad-Direttiva 2007/46/KE li għandhom jitwettqu wara l-introduzzjoni tat-testijiet tad-WLTP biex ikun żgurat trattament ġust fir-rigward ta’ vetturi li diġà ġew approvati qabel skont ir-rekwiżiti tat-test taċ-Ċiklu Ġdid tas-Sewqan Ewropew (NEDC).

    (22)

    Dik l-eżaminazzjoni turi li r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2017/1151 għandhom ikunu applikabbli għall-vetturi li jkunu għadhom kemm ġew irreġistrati, inklużi dawk li t-tipi tagħhom kienu ġew approvati qabel abbażi tat-testijiet tal-NEDC stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 692/2008. F’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2017/1151, il-vetturi l-ġodda kollha, kemm jekk it-tipi tagħhom ġew approvati qabel abbażi tat-testijiet tal-NEDC kif ukoll jekk it-tipi tagħhom jiġu approvati għall-ewwel darba abbażi tat-testijiet tad-WLTP, iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness IIIA ta’ dak ir-Regolament mill-1 ta’ Settembru 2019. Għall-vetturi tal-kategorija N1 tal-klassijiet II u III u l-vetturi tal-kategorija N2, id-data rilevanti hija l-1 ta’ Settembru 2020.

    (23)

    Biex ikun żgurat li l-awtoritajiet tat-tip/tal-approvazzjoni jkunu infurmati bis-sħiħ dwar l-applikazzjoni ta’ dik ir-regola, din l-applikazzjoni għandha tissemma fit-Taqsima II. 5, Rimarki, taċ-ċertifikat dwar l-approvazzjoni tat-tip KE, kif stabbilit fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151.

    (24)

    Id-dispożizzjonijiet dwar l-obbligu għall-manifatturi li jiddikjaraw l-istrateġiji awżiljarji għall-kontroll tal-emissjonijiet (AES) huma marbuta b’mod ċar mal-projbizzjoni tal-użu ta’ tagħmir ta’ riduzzjoni. Għalhekk, il-ħtieġa li l-awtorità tal-approvazzjoni tiddeċiedi waqt l-approvazzjoni tat-tip abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju u l-effetti ambjentali u tas-saħħa tal-AES għandha tiġi ddikjarata b’mod ċar fil-leġiżlazzjoni u l-kontenut tal-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża għandu jippermetti lil dik l-awtorità tieħu dik id-deċiżjoni.

    (25)

    Biex tkun żgurata t-trasparenza, li tippermetti tqabbil mal-valuri mkejla waqt l-ittestjar indipendenti u tippermetti l-iżvilupp ta’ skemi ta’ inċentivi minn awtoritajiet lokali jew nazzjonali, għandu jiġi introdott l-obbligu għall-manifattur li jiddikjara l-valur massimu ta’ emissjonijiet ta’ NOx u l-massimu ta’ PN fit-testijiet tal-RDE fiċ-ċertifikat tal-konformità ta’ kull vettura.

    (26)

    Il-Kummissjoni għandha tibqa’ tirrevedi d-dispożizzjonijiet tal-proċedura ta’ ttestjar tal-RDE u tadatta dawk id-dispożizzjonijiet biex tindirizza t-teknoloġiji l-ġodda tal-vetturi u/jew tal-kejl u biex tkun żgurata l-effettività tagħhom. Bl-istess mod, il-Kummissjoni għandha tirrevedi annwalment il-livell xieraq tal-fattur ta’ konformità finali għall-inkwinanti gassużi u n-numru tal-partikuli fid-dawl tal-progress tekniku. B’mod partikolari hija għandha tirrevedi ż-żewġ metodi alternattivi għall-valutazzjoni tad-dejta tal-emissjonijiet tal-PEMS stabbiliti fl-Appendiċi 5 u 6 tal-Anness IIIA tar-Regolament (UE) 2017/1151 bil-għan li jiġi żviluppat metodu uniku.

    (27)

    Għalhekk huwa xieraq li r-Regolament (UE) Nru 2017/1151 u d-Direttiva 2007/46/KE jiġu emendati skont dan.

    (28)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) 2017/1151 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt 32 jinbidel b’dan li ġej:

    “(32)

    ‘manifattur ta’ volum baxx’ tfisser manifattur li l-produzzjoni annwali dinjija tiegħu kollha tkun inqas minn 10 000 unità fis-sena ta’ qabel dik li għaliha ġiet mogħtija l-approvazzjoni tat-tip u:

    (a)

    ma jagħmilx parti minn grupp ta’ manifatturi relatati; jew

    (b)

    jagħmel parti minn grupp ta’ manifatturi relatati li l-produzzjoni annwali dinjija tagħhom kollha hija inqas minn 10 000 unità fis-sena ta’ qabel dik li għaliha ġiet mogħtija l-approvazzjoni tat-tip; jew

    (c)

    jagħmel parti minn grupp ta’ manifatturi relatati iżda jħaddem il-faċilitajiet ta’ produzzjoni u ċ-ċentru ta’ disinn proprji;”;

    (b)

    jiddaħħlu l-punti 32a, 32b u 32c li ġejjin:

    “(32a)

    ‘faċilità tal-produzzjoni proprja’ tfisser impjant tal-manifattura jew tal-assemblaġġ użat mill-manifattur għall-manifattura jew l-assemblaġġ ta’ vetturi ġodda għal dak il-manifattur, inklużi, fejn rilevanti, vetturi maħsuba għall-esportazzjoni;

    (32b)

    ‘ċentru tad-disinn proprju’ tfisser faċilità fejn tiġi ddisinjata u żviluppata l-vettura kollha, u li hija taħt il-kontroll u l-użu tal-manifattur;

    (32c)

    ‘il-manifatturi ta’ volumi baxxi ħafna’ tfisser manifattur ta’ volumi żgħar kif definit fil-punt (32) li għandu inqas minn 1 000 reġistrazzjoni fil-Komunità fis-sena qabel dik li fiha ngħatat l-approvazzjoni tat-tip.”.

    (2)

    Fl-Artikolu 3(11) jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

    “Ir-rekwiżiti tal-Anness IIIA ma għandhomx japplikaw għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-emissjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 mogħtija lil manifatturi ta’ volumi żgħar ħafna.”.

    (3)

    L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 11 jinbidel b’dan li ġej:

    “11.   Sabiex l-awtoritajiet tal-approvazzjoni jkunu jistgħu jivvalutaw l-użu xieraq tal-AES, b’kont meħud tal-projbizzjoni tat-tagħmir ta’ riduzzjoni li tinsab fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, il-manifattur għandu jipprovdi wkoll pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża, kif deskritt fl-Appendiċi 3a tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża msemmi fil-paragrafu 11 għandu jibqa’ strettament kunfidenzjali. Il-pakkett għandu jiġi identifikat u datat mill-awtorità tal-approvazzjoni u jinżamm minn dik l-awtorità għal tal-anqas għaxar snin wara li tingħata l-approvazzjoni. Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża għandu jiġi trasmess lill-Kummissjoni fuq talba.”;

    (b)

    jitħassar il-paragrafu 12.

    (4)

    L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

    “(a)

    ir-rekwiżiti tal-punt 2.1 tal-Anness IIIA bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti għan-numru tal-partikuli (PN) ma għandhomx japplikaw;”;

    (ii)

    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Meta vettura tingħata l-approvazzjoni tat-tip f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u mal-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni tiegħu qabel l-1 ta’ Settembru 2017 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija M u tal-kategorija N1 il-klassi I, jew qabel l-1 ta’ Settembru 2018 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1 il-klassijiet II u III u ta’ vetturi tal-kategorija N2, għall-fini tal-ewwel subparagrafu ma għandhiex titqies li tappartjeni għal tip ġdid. L-istess għandu japplika wkoll meta tipi ġodda jinħolqu mit-tip oriġinali esklussivament minħabba l-applikazzjoni tad-definizzjoni l-ġdida tat-tip fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament. F’dawn il-każijiet, l-applikazzjoni ta’ dan is-subparagrafu għandha tissemma fit-Taqsima II. 5 Rimarki taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE, stipulat fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151, inkluż referenza għall-approvazzjoni tat-tip preċedenti.”;

    (b)

    Jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:

    “7.   Sa ħames snin u erba’ xhur wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, ir-rekwiżiti tal-Punt 2.1 tal-Anness IIIA ma għandhomx japplikaw għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-emissjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 mogħtija lill-manifatturi ta’ volum baxx kif definit fl-Artikolu 2(32). Madankollu, fil-perjodu ta’ bejn tliet snin u ħames snin u erba’ xhur wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(4) u bejn erba’ snin u ħames snin u erba’ xhur wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, il-manifatturi ta’ volum baxx għandhom jimmonitorjaw u jirrapportaw il-valuri tal-RDE tal-vetturi tagħhom.”;

    (5)

    Jiżdied l-Artikolu 18bis li ġej:

    “Artikolu 18bis

    Vetturi ibridi u ibridi rikarikabbli

    Il-Kummissjoni għandha taħdem biex tħejji metodoloġija riveduta li tinkludi metodu ta’ valutazzjoni komplut u robust għall-veturi ibridi u ibridi rikarikabbli bil-għan li jkun żgurat li l-valuri tal-RDE ikunu komparabbli, b’mod dirett, ma’ dawk ta’ vetturi konvenzjonali bil-ħsieb li tiġi ppreżentata fl-emenda li jmiss tar-Regolament.”.

    (6)

    L-Anness I huwa emendat kif stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    (7)

    L-Anness IIIA huwa emendat kif stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (Ara page 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (4)  Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/427 tal-10 ta’ Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 82, 31.3.2016, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta’ April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 109, 26.4.2016, p. 1).


    ANNESS I

    Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151, jiddaħħal dan l-Appendiċi 3a:

    “Appendiċi 3a

    Pakkett ta’ Dokumentazzjoni Estiża

    Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża għandu jinkludi din l-informazzjoni dwar kull Strateġija Awżiljarja għall-Kontroll tal-Emissjonijiet (AES):

    (a)

    dikjarazzjoni mill-manifattur li l-vettura ma fiha l-ebda tagħmir ta’ riduzzjoni li mhuwiex kopert minn waħda mill-eċċezzjonijiet fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007;

    (b)

    deskrizzjoni tal-magna u l-istrateġiji u t-tagħmir ta’ kontroll tal-emissjonijiet użati, kemm softwer kif ukoll ħardwer, u kwalunkwe kundizzjoni li taħtha l-istrateġiji u t-tagħmir ma jaħdmux bħalma jagħmlu waqt l-ittestjar għat-TA;

    (c)

    dikjarazzjoni tal-verżjonijiet ta’ softwer użati biex jikkontrollaw dawn l-AES/BES, inklużi ċ-checksums xierqa ta’ dawn il-verżjonijiet ta’ softwer u l-istruzzjonijiet lill-awtorità dwar kif jinqraw iċ-checksums; id-dikjarazzjoni għandha tiġi aġġornata u mibgħuta lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li jkollha dan il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża kull meta jkun hemm verżjoni ta’ softwer ġdida li għandha impatt fuq l-AES/BES

    (d)

    raġunament tekniku dettaljat ta’ kwalunkwe AES; li jinkludi l-ispjegazzjonijiet dwar għalfejn għandha tapplika waħda mill-klawżoli ta’ eċċezzjoni mill-projbizzjoni ta’ tagħmir ta’ riduzzjoni fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, fejn applikabbli; li jinkludi element(i) ta’ ħardwer li jridu jiġu protetti mill-AES, jekk applikabbli; u/jew prova ta’ ħsara fil-magna li tkun ġrat f’daqqa u tkun irreparabbli li ma tistax tiġi evitata permezz ta’ manutenzjoni regolari u sseħħ fin-nuqqas tal-AES flimkien mal-valutazzjoni tar-riskju li tevalwa r-riskju bl-AES u mingħajrha; spjegazzjoni motivata dwar għaliex hemm il-ħtieġa li tintuża AES għall-istartjar tal-magna;

    (e)

    deskrizzjoni tal-loġika ta’ kontroll tas-sistema tal-fjuwil, tal-istrateġiji ta’ sinkronizzazzjoni u tal-punti ta’ swiċċjar tas-sistema tal-karburant fil-modalitajiet kollha ta’ tħaddim;

    (f)

    deskrizzjoni tar-relazzjonijiet ġerarkiċi bejn l-AES (jiġifieri, meta aktar minn AES waħda jistgħu jkunu attivi fl-istess ħin, indikazzjoni ta’ liema AES tirrispondi l-ewwel, il-metodu li permezz tiegħu jinteraġixxu l-istrateġiji, li jinkludi dijagrammi tal-fluss tad-dejta u l-loġika tad-deċiżjonijiet u kif il-ġerarkija tiżgura li l-emissjonijiet mill-AES kollha jiġu kkontrollati sal-inqas livell prattiku;

    (g)

    lista ta’ parametri li jitkejlu u/jew jiġu kkalkolati mill-AES, flimkien mal-iskop ta’ kull parametru mkejjel u/jew ikkalkolat u kif kull wieħed minn dawn il-parametri huwa relatat ma’ ħsara fil-magna; inkluż il-metodu tal-kalkolu u kemm dawn il-parametri kkalkolati jirrelataw tajjeb mal-istat reali tal-parametru li qed jiġi kkontrollat u kwalunkwe tolleranza li tirriżulta jew fattur ta’ sigurtà inkorporat fl-analiżi;

    (h)

    lista ta’ parametri ta’ kontroll tal-magna/emissjonijiet li huma modulati bħala funzjoni tal-parametri mkejla jew ikkalkolati u l-medda ta’ modulazzjoni għal kull parametru ta’ kontroll tal-magna/emissjoni; flimkien mar-relazzjoni bejn il-parametri ta’ kontroll tal-magna/emissjonijiet u l-parametri mkejla jew ikkalkolati;

    (i)

    valutazzjoni dwar kif l-AES se tikkontrolla l-emissjonijiet waqt is-sewqan reali sal-inqas livell prattiku, inkluża analiżi dettaljata taż-żieda mistennija tat-total ta’ inkwinanti regolati u ta’ emissjonijiet tas-CO2 bl-użu tal-AES, meta mqabbla mal-Istrateġija Bażi għall-Emissjonijiet (BES).”.


    ANNESS II

    L-Anness IIIA tar-Regolament (UE) Nru 2017/1151 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    il-punt 1.2.12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.2.12.

    Emissjonijiet tal-egżost’ tfisser il-ħruġ ta’ komposti gassużi, solidi u likwidi mit-tailpipe.”;

    (2)

    il-punt 1.2.18 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.2.18.

    Numru ta’ partikuli emessi’ (PN) tfisser in-numru totali ta’ partikuli solidi emessi mill-egżost tal-vettura kkwantifikat skont il-metodi ta’ dilwizzjoni, ta’ kampjunar u ta’ kejl kif speċifikat fl-Anness XXI.”;

    (3)

    il-punt 1.2.25 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.2.25.

    Regolar’ tfisser l-aġġustament ta’ strument sabiex jagħti rispons tajjeb għal standard ta’ kalibrazzjoni li jirrappreżenta bejn 75 fil-mija u 100 fil-mija tal-valur massimu fil-medda tal-istrument jew fil-medda ta’ użu mistennija.”;

    (4)

    jiddaħħlu l-punti 1.2.40 u 1.2.41 li ġejjin:

    “1.2.40.

    ‘Vettura elettrika ibrida bi ċċarġjar mhux fuq il-vettura’ (OVC-HEV) tfisser vettura elettrika ibrida li tista’ tiġi ċċarġjata minn sors estern.

    1.2.41.

    ‘Vettura elettrika ibrida bi ċċarġjar fuq il-vettura’ (NOVC-HEV) tfisser vettura b’mill-inqas żewġ konvertituri ta’ enerġija differenti u żewġ sistemi ta’ ħażna ta’ enerġija differenti li jintużaw għall-propulsjoni tal-vettura u li ma jistgħux jiġu ċċarġjati minn sors estern.”;

    (5)

    fil-punt 2.1.1, fit-tabella, il-kliem “irid jiġi stabbilit” jinbidel b’“1 + marġini PN bil-marġini PN = 0,5”;

    (6)

    fil-punt 2.1.2, fit-tabella, il-kliem “irid jiġi stabbilit” jinbidel b’“1 + marġini PN bil-mariġni PN = 0,5”;

    (7)

    Dan il-paragrafu li ġej huma miżjud taħt it-tabelli fil-punti 2.1.1 u 2.1.2:

    “‘marġini PN’ huwa l-parametru li jqis l-inċertezzi tal-kejl addizzjonali introdotti mit-tagħmir tal-PEMS PN, li huma soġġetti għal reviżjoni annwali u għandhom jiġu riveduti bħala riżultat tal-kwalità mtejba tal-proċedura tal-PEMS PN jew il-progress tekniku.”;

    (8)

    L-aħħar sentenza tal-punt 2.3 tiġi emendata kif ġej:

    “Jekk it-test tal-PEMS rispettiv ma jkunx meħtieġ skont dan ir-Regolament, il-manifattur jista’ jitlob ħlas raġonevoli kif stabbilit fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007”;

    (9)

    il-punt 3.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3.1

    Ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw għat-testijiet tal-PEMS imsemmija fl-Artikolu 3(11)”;

    (10)

    il-punt 3.1.0 jiġi: sostitwit b’dan li ġej:

    “3.1.0.

    Ir-rekwiżiti tal-punt 2.1 għandhom jiġu ssodisfati għall-parti urbana u għall-vjaġġ sħiħ tal-PEMS. Fuq għażla tal-manifattur, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ mill-inqas wieħed miż-żewġ punti 3.1.0.1 jew 3.1.0.2 ta’ hawn taħt. L-OVC-HEVs għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punt 3.1.0.3.”;

    (11)

    jiddaħħal il-punt 3.1.0.3. li ġej:

    “3.1.0.3.

    Mt ≤ NTEpollutant u Mu ≤ NTEpollutant bid-definizzjonijiet tal-punt 2.1 ta’ dan l-Anness u l-punt 4 tal-Appendiċi 7c.”;

    (12)

    il-punti 3.1.3.2. u 3.1.3.2.1 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

    “3.1.3.2.

    Il-manifattur għandu jiżgura li l-informazzjoni elenkata fil-punt 3.1.3.2.1. tkun magħmula disponibbli fuq sit web li jkun aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas u mingħajr il-bżonn li l-utent jiżvela l-identità tiegħu jew jirreġistra. Il-manifattur għandu jżomm lill-Kummissjoni u lill-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip infurmati dwar il-post tas-sit web.

    3.1.3.2.1.

    Is-sit web għandu jippermetti tiftixa wildcard tal-bażi tad-dejta sottostanti bbażata fuq waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

    Il-Marka, it-Tip, il-Varjant, il-Verżjoni, l-Isem kummerċjali, jew in-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Vettura, kif definiti fiċ-Ċertifikat ta’ Konformità, skont l-Anness IX tad-Direttiva (KE) Nru 2007/46/KE.

    L-informazzjoni deskrittahawn taħt għandha tkun magħmula disponibbli għall-vetturi kollha waqt tiftixa:

    ir-riżultati tat-testijiet tal-PEMS kif stipulat fil-punt 6.3 tal-Appendiċi 5, il-punt 3.9 tal-Appendiċi 6 u l-punt 4 tal-Appendiċi 7c għat-tipi ta’ emissjonijiet tal-vetturi kollha fil-lista deskritti fil-punt 5.4 tal-Appendiċi 7. Fil-każ tal-NOVC-HEVs, għandhom jiġu rrapportati r-riżultati tat-testijiet tal-PEMS kif stipulat fil-punt 6.3 tal-Appendiċi 5 u, jekk applikabbli, il-punt 3.9 tal-Appendiċi 6. Fil-każ tal-OVC-HEVs, għandhom jiġu rrapportati r-riżultati tat-testijiet tal-PEMS kif stipulat fil-punt 4 tal-Appendiċi 7c;

    il-Valuri Massimi Ddikjarati tal-RDE kif irrapportati fil-punt 48.2 taċ-Ċertifikat ta’ Konformità, kif deskritt fl-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE.”;

    (13)

    il-punt 3.1.3.2.2 huwa mħassar;

    (14)

    il-punti 4.2 u 4.3 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

    “4.2.

    Il-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-vettura magħżula, il-mudelli ta’ sewqan, il-kundizzjonijiet u l-piżijiet tat-tagħbija huma rappreżentattivi għall-familja tat-test tal-PEMS. Ir-rekwiżiti tat-tagħbija u tal-altitudni, kif speċifikati fil-punti 5.1 u 5.2, għandhom jintużaw ex ante biex jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjonijiet humiex aċċettabbli għall-ittestjar tal-RDE.

    4.3.

    L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tipproponi vjaġġ għall-ittestjar f’ambjenti urbani, rurali u fuq l-awtostrada b’konformità mar-rekwiżiti tal-punt 6. Għall-fini tat-tfassil tal-vjaġġ, il-partijiet urbani, rurali u ta’ fuq l-awtostrada għandhom jintgħażlu skont mappa topografika. Il-parti urbana tal-vjaġġ għandha tinstaq f’toroq urbani b’limitu ta’ veloċità ta’ 60 km/h jew inqas. F’każ li l-parti urbana tal-vjaġġ tkun trid tinstaq għal perjodu limitat ta’ żmien f’toroq b’limitu ta’ veloċità ogħla minn 60 km/h, il-vettura għandha tinstaq b’veloċitajiet ta’ mhux aktar minn 60 km/h.”;

    (15)

    jiddaħħal il-punt 4.5 li ġej:

    “4.5

    Biex jiġu vvalutati l-emissjonijiet waqt il-vjaġġi bi starjar sħun, ċertu numru ta’ vetturi għal kull familja tat-test tal-PEMS, speċifikati fil-punt 4.2.7 fl-Appendiċi 7, għandhom ikunu ttestjati mingħajr ma l-vettura tiġi kkundizzjonata kif deskritt fil-punt 5.3, iżda b’magna sħuna.”;

    (16)

    il-punt 5.2.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “5.2.1

    It-test għandu jitwettaq fil-kundizzjonijiet ambjentali stabbiliti f’din it-taqsima. Il-kundizzjonijiet ambjentali jsiru ‘estiżi’ meta tiġi estiża mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet tat-temperatura u tal-altitudni. Il-fattur ta’ korrezzjoni għall-kundizzjonijiet estiżi tat-temperatura u tal-altitudni għandu jiġi applikat darba biss. Jekk parti mit-test jew it-test kollu ma jsirux fil-kundizzjonijiet normali jew estiżi, it-test ma jkunx validu.”;

    (17)

    il-punt 5.2.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “5.2.4.

    Kundizzjonijiet ta’ temperatura moderati: Ogħla minn jew ugwali għal 273,15 K (0 °C) u anqas jew ugwali għal 303,15 K (30 °C).”

    (18)

    il-punt 5.2.5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “5.2.5.

    Kundizzjonijiet ta’ temperatura moderati: Ogħla minn jew ugwali għal 266,15 K (– 7 °C) u anqas minn 273,15 K (0 °C) jew ugwali għal 303,15 K (30 °C) u anqas minn jew ugwali għal 308,15 K (35 °C).”

    (19)

    il-punt 5.2.6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “5.2.6

    B’deroga mid-dispożizzjonijiet tal-punti 5.2.4 u 5.2.5, it-temperatura l-aktar baxxa għall-kundizzjonijiet moderati għandha tkun 276,15 K (3 °C) jew ogħla u t-temperatura l-aktar baxxa għall-kundizzjonijiet estiżi għandha tkun 271,15 K (– 2 °C) jew ogħla bejn il-bidu tal-applikazzjoni tal-limiti tal-emissjonijiet tal-NTE vinkolanti kif definiti fit-taqsima 2.1 u sa ħames snin u erba’ xhur wara d-dati li ngħataw fil-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.”;

    (20)

    il-punt 5.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “5.3.   L-ikkundizzjonar tal-vettura għal test bl-istartjar b’magna kiesħa

    Qabel ma jsir l-ittestjar tal-RDE, il-vettura għandha tiġi prekundizzjonata fil-mod li ġej:

    Tinstaq għal mill-inqas 30 minuta, tiġi pparkjata bil-bibien u l-bonit magħluqin u miżmuma bil-magna mitfija f’altitudni u f’temperaturi moderati jew estiżi skont il-punti 5.2.2 sa 5.2.6 bejn 6 u 56 siegħa. Għandu jiġi evitat l-esponiment għal kundizzjonijiet atmosferiċi estremi (ħafna borra, maltemp, silġ) u ammonti eċċessivi ta’ trab. Qabel jibda t-test, il-vettura u t-tagħmir għandhom jiġu ċċekkjati għal xi ħsarat u jekk hemmx sinjali ta’ twissija mixgħulin, li jindikaw xi ħsara.”;

    (21)

    il-punt 5.4.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “5.4.2

    Jekk ir-riżultati tal-vjaġġ ikunu validi wara l-verifiki mwettqa skont il-punt 5.4.1, għandhom jiġu applikati l-metodi għall-verifika tan-normalità tal-kundizzjonijiet tat-test stabbiliti fl-Appendiċijiet 5, 6, 7a u 7b ta’ dan l-Anness. Fil-każ ta’ OVC-HEVs biss, il-validità ta’ vjaġġ u n-normalità tal-kundizzjonijiet tat-test huma vverifikati skont l-Appendiċi 7c, filwaqt li l-Appendiċijiet 5 u 6 ma japplikawx.”;

    (22)

    il-punti 5.5.2. u 5.5.2.1 sa 5.5.2.4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “5.5.2.   Vetturi mgħammra b’sistemi li jirriġeneraw perjodikament

    5.5.2.1.

    It-terminu ‘sistemi li jirriġeneraw perjodikament’ għandu jinftiehem skont id-definizzjoni mogħtija fil-punt 3.8.1 tal-Anness XXI.

    5.5.2.2.

    Ir-riżultati kollha jiġu korretti bil-fatturi Ki jew bil-kumpensi Ki żviluppati mill-proċeduri fis-Subanness 6 tal-Anness XXI għall-approvazzjoni tat-tip ta’ tip ta’ vettura b’sistema b’riġenerazzjoni perjodika,

    5.5.2.3

    Jekk l-emissjonijiet ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-punt 3.1.0, għandu jiġi vverifikat jekk seħħitx ir-riġenerazzjoni. Il-verifika tar-riġenerazzjoni tista’ tkun ibbażata jew fuq sinjal xieraq tal-ECU, jew billi jiġi applikat ġudizzju espert permezz ta’ korrelazzjoni bejn bosta mis-sinjali li ġejjin, li jistgħu jinkludu t-temperatura tal-egżost, il-kejl tal-PN, tas-CO2, tal-O2 flimkien mal-veloċità u l-aċċellerazzjoni tal-vettura.

    Jekk seħħet ir-riġenerazzjoni perjodika waqt it-test, ir-riżultat mingħajr l-applikazzjoni jew tal-fattur Ki jew tal-kumpens Ki għandu jkun iċċekkjat skont ir-rekwiżti tal-punt 3.1.0. Jekk l-emissjonijiet li jirriżultaw ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, allura t-test jista’ jiġi annullat u ripetut darba fuq talba tal-manifattur. Il-manifattur jista’ jiżgura t-tlestija tar-riġenerazzjoni. It-tieni test jitqies validu anki jekk ir-riġenerazzjoni sseħħ matulu.

    5.5.2.4

    Fuq talba tal-manifattur, anki jekk il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 3.1.0, l-okkorrenza tar-riġenerazzjoni tista’ tiġi vverifikata bħal fil-punt 5.5.2.3 ta’ hawn fuq. Jekk tista’ tiġi ppruvata l-preżenza ta’ riġenerazzjoni u bi qbil mal-Approvazzjoni tat-Tip, ir-riżultati finali jintwerew mingħajr l-applikazzjoni jew tal-fattur Ki jew tal-kumpens Ki.”;

    (23)

    jiddaħħlu l-punti 5.5.2.5. u 5.5.2.6. li ġejjin:

    “5.5.2.5

    Qabel isir it-tieni test, il-manifattur jista’ jiżgura t-tlestija tar-riġenerazzjoni u jista’ jikkundizzjona minn qabel il-vettura b’mod xieraq.

    5.5.2.6.

    Jekk ir-riġenerazzjoni ssir waqt it-tieni test tal-RDE, l-inkwinanti emessi waqt it-test ripetut għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni tal-emissjonijiet.”;

    (24)

    il-punt 6.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “6.2

    Il-vjaġġ għandu dejjem jibda b’sewqan f’żoni urbani segwit minn sewqan f’żoni rurali u fuq l-awtostrada skont il-proporzjonijiet speċifikati fil-punt 6.6. L-operazzjoni urbana, rurali u fuq l-awtostrada għandha ssir kontinwament, iżda tista’ tinkludi wkoll vjaġġ li jibda u jispiċċa fl-istess punt. L-operazzjoni rurali tista’ tiġi interrotta minn perjodi qosra ta’ operazzjoni urbana waqt sewqan minn żoni urbani. L-operazzjoni fuq l-awtostrada tista’ tiġi interrotta minn perjodi qosra ta’ operazzjoni urbana jew rurali, pereżempju, fl-istazzjonijiet tan-nolijiet jew f’sezzjonijiet tat-toroq fejn ikunu qed isiru xogħlijiet.”;

    (25)

    il-punt 6.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “6.4

    L-operazzjoni rurali hija kkaratterizzata minn veloċitajiet tal-vettura ogħla minn 60 km/siegħa sa 90 km/siegħa jew inqas. Għall-vetturi tal-kategorija N2 li huma mgħammra b’tagħmir li jillimita l-veloċità tal-vettura għal 90 km/siegħa skont id-Direttiva 92/6/KEE, l-operazzjoni rurali hija kkaratterizzata minn veloċità tal-vettura ogħla minn 60 km/siegħa sa 80 km/siegħa jew inqas.”;

    (26)

    il-punt 6.5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “6.5

    L-operazzjoni fuq l-awtostrada hija kkaratterizzata minn veloċitajiet ta’ aktar minn 90 km/siegħa. Għall-vetturi tal-kategorija N2 li huma mgħammra b’tagħmir li jillimita l-veloċità tal-vettura għal 90 km/siegħa skont id-Direttiva 92/6/KEE, l-operazzjoni fuq l-awtostrada hija kkaratterizzata minn veloċità ogħla minn 80 km/siegħa.”;

    (27)

    il-punti 6.8 u 6.9 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “6.8

    Il-veloċità medja (inklużi l-waqfiet) tal-parti tal-vjaġġ tas-sewqan urban għandha tkun bejn 15 u 40 km/siegħa. Il-perjodi ta’ waqfien, definiti b’veloċità tal-vettura ta’ inqas minn 1 km/siegħa, għandhom jirrappreżentaw minn 6 % sa 30 % tal-perjodu ta’ ħin tal-operazzjoni urbana. L-operazzjoni urbana tista’ tinkludi diversi perjodi ta’ waqfien ta’ 10 sekondi jew aktar. Madankollu, il-perjodi ta’ waqfien individwali ma għandhomx jaqbżu t-300 sekonda konsekuttiva; inkella l-vjaġġ għandu jkun annullat.

    6.9

    Il-firxa ta’ veloċità tas-sewqan fuq l-awtostrada għandha tkopri sewwa firxa ta’ bejn 90 u mill-inqas 110 km/siegħa. Il-veloċità tal-vettura għandha tkun aktar minn 100 km/siegħa għal mill-inqas 5 minuti.

    Għall-vetturi tal-kategorija M2 li huma mgħammra b’tagħmir li jillimita l-veloċità tal-vettura għal 100 km/siegħa skont id-Direttiva 92/6/KEE, il-firxa ta’ veloċità tas-sewqan fuq l-awtostrada għandha tkopri sewwa firxa ta’ bejn 90 u 100 km/siegħa. Il-veloċità tal-vettura għandha tkun aktar minn 90 km/siegħa għal mill-inqas 5 minuti.

    Għall-vetturi tal-kategorija N2 li huma mgħammra b’tagħmir li jillimita l-veloċità tal-vettura għal 90 km/siegħa skont id-Direttiva 92/6/KEE, il-firxa ta’ veloċità tas-sewqan fuq l-awtostrada għandha tkopri sewwa firxa ta’ bejn 80 u 90 km/siegħa. Il-veloċità tal-vettura għandha tkun aktar minn 80 km/siegħa għal mill-inqas 5 minuti.”;

    (28)

    il-punt 6.11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “6.11

    Il-punt ta’ tluq u ta’ tmiem ta’ vjaġġ ma għandhomx ivarjaw fl-elevazzjoni tagħhom mil-livell tal-baħar b’aktar minn 100 m. Barra minn hekk, iż-żieda fl-altitudni pożittiva kumulattiva proporzjonali tul il-vjaġġ kollu u tul il-parti urbana tal-vjaġġ kif determinata skont il-punt 4.3 għandha tkun inqas minn 1 200 m/100 km u tkun determinata skont l-Appendiċi 7b.”;

    (29)

    jiddaħħal il-punt 6.13 li ġej:

    “6.13

    Il-veloċità medja (inklużi l-waqfiet) waqt perjodu ta’ startjar ta’ magna kiesħa kif definit fl-Appendiċi 4, fil-punt 4 għandha tkun bejn 15 u 40 km/siegħa. Il-veloċità massima waqt perjodu ta’ startjar ta’ magna kiesħa ma għandhiex taqbeż is-60 km/siegħa.”;

    (30)

    il-punt 7.6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “7.6

    It-tħaddim ta’ magna li mhix ingranata immedjatament wara l-ewwel startjar tal-magna bil-kombustjoni ma għandux jaqbeż il-15-il sekonda. Il-waqfien tal-vettura waqt il-perjodu kollu ta’ startjar b’magna kiesħa, kif definit fil-punt 4 tal-Appendiċi 4, għandu jseħħ biss fejn hu verament meħtieġ u ma għandux jaqbeż id-90 sekonda. Jekk il-magna tieqaf waqt it-test, tista’ tiġi startjata mill-ġdid, iżda l-kampjunar ma għandux jiġi interrott”;

    (31)

    il-punt 9.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “9.4

    Wara li tiġi stabbilita l-validità ta’ vjaġġ skont il-punt 9.2, ir-riżultati tal-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-metodi stabbiliti fl-Appendiċijiet 5 u 6 ta’ dan l-Anness. L-Appendiċi 6 għandu jiġi applikat biss għall-NOVC-HEVs (kif definit fil-punt 1.2.40) jekk il-qawwa fir-roti ġiet iddeterminata bil-kejl tat-torque fil-buttun tar-rota. Fil-każ tal-OVC-HEVs ir-riżultati tal-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkolati permezz tal-metodu stipulat fl-Appendiċi 7c ta’ dan l-Anness.”;

    (32)

    il-punt 9.6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “9.6

    L-istartjar kiesaħ huwa definit skont il-punt 4 tal-Appendiċi 4 ta’ dan l-Anness. L-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u tan-numru ta’ partikuli waqt l-istartjar kiesaħ għandhom ikunu inklużi fil-valutazzjoni normali skont l-Appendiċi 5 u 6. Fil-każ tal-OVC-HEVs ir-riżultati tal-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkolati permezz tal-metodu stipulat fl-Appendiċi 7c ta’ dan l-Anness.

    Jekk il-vettura kienet ikkundizzjonata għall-aħħar tliet sigħat qabel it-test f’temperatura medja li taqa’ bejn il-medda estiża skont il-punt 5.2, allura d-dispożizzjonijiet tal-punt 9.5 tal-Anness IIIA japplikaw għall-perjodu tal-istartjar kiesaħ, anki jekk il-kundizzjonijiet ta’ tħaddim ma jkunux fil-medda tat-temperatura estiża. Il-fattur korrettiv ta’ 1.6 għandu jiġi applikat darba biss. Il-fattur korrettiv ta’ 1,6 japplika għall-emissjonijiet tal-inkwinanti iżda mhux għas-CO2.”;

    (33)

    L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt 3.2 jiġi: ir-ringieli 2-4 fit-Tabella 1 huma emendati kif ġej:

    Parametru

    Unità rakkomandata

    Sors (8)

    “Konċentrazzjoni ta’ THC (1,4)

    ppm C1

    Analizzatur

    Konċentrazzjoni ta’ CH4 (1,4)

    ppm C1

    Analizzatur

    Konċentrazzjoni ta’ NMHC (1,4)

    ppm C1

    Analizzatur (6)”

    (b)

    il-punti 3.4.1., 3.4.2. u 3.4.3. huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “3.4.1.   Ġenerali:

    L-installazzjoni tal-PEMS għandha ssegwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-PEMS u r-regolamenti lokali dwar is-saħħa u s-sikurezza. Il-PEMS għandha tiġi installata b’mod li matul it-test jiġu minimizzati l-interferenzi elettromanjetiċi kif ukoll l-espożizzjoni għal xokkijiet, vibrazzjonijiet, trab u varjabilità fit-temperatura. L-installazzjoni u t-tħaddim tal-PEMS għandhom iseħħu mingħajr tnixxijiet u bl-inqas telf ta’ sħana. L-installazzjoni u t-tħaddim tal-PEMS ma għandhomx ibiddlu n-natura tal-gass tal-egżost u lanqas ma jżidu għal xejn b’xejn it-tul tat-tailpipe. Sabiex tiġi evitata l-ġenerazzjoni ta’ partikuli, il-konnetturi għandhom ikunu termalment stabbli fit-temperaturi tal-gass tal-egżost mistennija matul it-test. Huwa rrakkomandat li ma jintużawx konnetturi elastomeri biex iqabbdu l-iżbokk tal-egżost tal-vettura u t-tubu tal-konnessjoni. Il-konnetturi elastomeri, jekk jintużaw, ma għandux ikollhom kuntatt mal-gass tal-egżost biex jiġu evitati artifatti f’tagħbija għolja tal-magna.

    3.4.2.   Kontropressjoni permissibbli

    L-installazzjoni u t-tħaddim tas-sondi tal-kampjunar tal-PEMS ma għandhomx iżidu għal xejn b’xejn il-pressjoni fl-iżbokk tal-egżost b’mod li jista’ jaffettwa l-kapaċità rappreżentattiva tal-kejl. Għaldaqstant huwa rrakkomandat li fl-istess livell tiġi installata biss sonda tal-kampjunar waħda. Jekk ikun teknikament fattibbli, kwalunkwe estensjoni għall-iffaċilitar tal-kampjunar jew tal-konnessjoni mal-miter tal-fluss tal-massa tal-egżost għandu jkollha sezzjoni trażversali ekwivalenti jew akbar mill-pajp tal-egżost. Jekk is-sondi tal-kampjunar jostakolaw sezzjoni trażversali sinifikanti tat-tailpipe, il-kejl tal-kontropressjoni jista’ jintalab mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

    3.4.3.   Miter tal-fluss tal-massa tal-egżost

    Kull meta jintuża, il-miter tal-fluss tal-massa tal-egżost għandu jitqabbad mat-tailpipe tal-vettura skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur tal-EFM. Il-medda ta’ kejl tal-EFM għandha taqbel mal-medda tar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost mistennija matul it-test. L-installazzjoni tal-EFM u kwalunkwe adapter tal-pajp tal-egżost jew punti ta’ konġunzjoni ma għandhomx jaffettwaw b’mod negattiv it-tħaddim tal-magna jew is-sistema ta’ posttrattament tal-egżost. Għandhom jitqiegħdu minimu ta’ erba’ dijametri ta’ pajpijiet jew tubi dritti ta’ 150 mm, skont liema minnhom ikun l-akbar, fuq kull naħa tal-element li jħoss il-fluss. Meta tkun qed tiġi ttestjata magna b’ħafna ċilindri b’manifold tal-egżost b’ħafna friegħi, huwa rrakkomandat li l-miter tal-fluss tal-massa tal-egżost jitqiegħed ‘l isfel minn fejn il-manifolds jingħaqdu u li tiżdied is-sezzjoni trażversali tal-pajp b’mod li jkun hemm erja trażversali ugwali jew akbar minn fejn jittieħed kampjun. Jekk dan ma jkunx fattibbli, jista’ jintuża kejl tal-fluss tal-egżost b’diversi miters tal-fluss tal-massa tal-egżost, jekk ikun approvat mill-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip. Il-varjetà wiesgħa ta’ konfigurazzjonijiet tal-pajp tal-egżost, dimensjonijiet u rati tal-fluss tal-massa tal-egżost jistgħu jeħtieġu kompromessi, iggwidati minn ġudizzju inġiniriku tajjeb, meta jintgħażlu u jiġu installati l-EFM(s). Huwa permissibbli li jiġi installat EFM b’dijametru iżgħar minn dak tal-iżbokk tal-egżost jew tas-sezzjoni trażversali totali tal-iżbokki multipli, diment li dan itejjeb l-eżattezza tal-kejl u ma jaffettwax b’mod negattiv it-tħaddim jew il-posttrattament tal-egżost kif speċifikat fil-punt 3.4.2. Huwa rrakkomandat li l-konfigurazzjoni tal-EFM tiġi dokumentata bir-ritratti.”;

    (c)

    il-punt 3.5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3.5.   Il-kampjunar tal-emissjonijiet

    Il-kampjunar tal-emissjonijiet għandu jkun rappreżentattiv u jitwettaq f’postijiet fejn l-egżost ikun imħallat sewwa u fejn l-influwenza tal-arja ambjentali aktar ‘l isfel mill-punt tat-teħid tal-kampjuni tkun minima. Jekk ikun applikabbli, il-kampjuni tal-emissjonijiet għandhom jittieħdu ‘l isfel mill-miter li jkejjel il-fluss tal-massa tal-egżost, filwaqt li tinżamm distanza ta’ mill-inqas 150 mm mill-element li jħoss il-fluss. Is-sondi tal-kampjunar għandhom jitwaħħlu mill-inqas 200 mm jew tliet darbiet id-dijametru ta’ ġewwa tal-pajp tal-egżost, skont liema minnhom ikun l-akbar, ‘il fuq mill-punt minn fejn l-egżost joħroġ mill-installazzjoni tal-kampjunar tal-PEMS għal ġol-ambjent. Jekk il-PEMS jalimenta fluss lura lejn il-pajp tal-iżbokk, dan għandu jseħħ ‘l isfel mis-sonda tal-kampjunar b’mod li ma jaffettwax waqt it-tħaddim tal-magna n-natura tal-gass tal-egżost fil-punt(i) tat-teħid tal-kampjuni. Jekk it-tul tal-linja tal-kampjunar jinbidel, il-ħinijiet tat-trasport tas-sistema għandhom jiġu vverifikati u, jekk ikun meħtieġ, ikkoreġuti.

    Jekk il-magna tkun mgħammra b’sistema ta’ posttrattament tal-egżost, il-kampjun tal-egżost għandu jittieħed ‘l isfel mis-sistema ta’ posttrattament tal-egżost. Meta tkun qed tiġi ttestjata vettura b’manifold tal-egżost b’diversi friegħi, il-bokka tas-sonda tal-kampjunar għandha titqiegħed ‘l isfel biżżejjed sabiex jiġi żgurat li l-kampjun ikun rappreżentattiv tal-emissjonijiet medji tal-egżost miċ-ċilindri kollha. F’magni multiċilindri li jkollhom gruppi distinti ta’ manifolds, bħal fil-konfigurazzjoni ta’ magna ‘V’, is-sonda tal-kampjunar għandha titqiegħed aktar ‘l isfel minn fejn il-manifolds jingħaqdu flimkien. Jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli, għandhom jiġu kkunsidrati diversi punti tal-kampjunar f’postijiet tal-egżost imħallat sew, jekk ikunu approvati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip. F’dan il-każ, in-numru u l-pożizzjoni tas-sondi tal-kampjunar għandhom jikkorrispondu kemm jista’ jkun ma’ dawk tal-miters li jkejlu l-fluss tal-massa tal-egżost. Fil-każ ta’ flussi tal-egżost mhux ugwali, għandhom jiġu kkunsidrati l-kampjunar proporzjonali jew il-kampjunar b’għadd ta’ analizzaturi multipli.

    Jekk jitkejlu l-partikuli, għandu jittieħed kampjun tal-egżost miċ-ċentru tal-kurrent tal-egżost. Jekk jintużaw diversi sondi tal-kampjunar tal-emissjonijiet, is-sonda tal-kampjunar tal-partikuli għandha titqiegħed ‘il fuq mis-sondi tal-kampjunar l-oħra. Is-sonda tal-kampjunar tal-partikuli ma għandhiex tinterferixxi mal-kampjunar tal-inkwinanti gassużi. It-tip u l-ispeċifikazzjonijiet tas-sonda u l-immuntar tagħha għandhom ikunu dokumentati fid-dettall.

    Jekk jitkejlu l-idrokarburi, il-linja tal-kampjunar għandha tissaħħan sa 463 ± 10 K (190 ± 10 °C). Għall-kejl ta’ komponenti gassużi oħrajn bi jew mingħajr tkessiħ, il-linja tal-kampjunar għandha tinżamm fuq minimu ta’ 333 K (60 °C) sabiex tkun evitata l-kondensazzjoni u biex jiġu żgurati effiċjenzi ta’ penetrazzjoni xierqa tal-gassijiet varji. Għal sistemi ta’ kampjunar bi pressjoni baxxa, it-temperatura tista’ titbaxxa b’mod korrispondenti mat-tnaqqis ta’ pressjoni diment li s-sistema tal-kampjunar tiżgura effiċjenza ta’ penetrazzjoni ta’ 95 % għall-inkwinanti gassużi regolati kollha. Jekk jittieħdu kampjuni tal-partikuli u ma jiġux dilwiti fit-tailpipe, il-linja tal-kampjunar mill-punt tal-kampjun tal-egżost mhux trattat sal-punt ta’ dilwizzjoni jew sad-detekter tal-partikuli għandha tissaħħan għal temperatura minima ta’ 373 K (100 °C). Il-ħin ta’ permanenza tal-kampjun fil-linja tal-kampjunar tal-partikuli għandu jkun ta’ inqas minn tliet sekondi sakemm jilħaq l-ewwel dilwizzjoni jew id-ditekter tal-partikuli.

    Il-partijiet kollha tas-sistema ta’ kampjunar mill-pajp tal-egżost sad-ditekter tal-partikuli, li huma f’kuntatt mal-gass tal-egżost mhux ittrattat jew dilwit, għandhom ikunu ddisinjati b’mod li jimminimizzaw id-depożitu tal-partikuli. Il-partijiet kollha għandhom ikunu magħmulin minn materjal antistatiku biex jiġu evitati l-effetti elettrostatiċi.”;

    (d)

    il-punti 4.2 u 4.3 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

    “4.2.   L-istartjar u l-istabbilizzar tal-PEMS

    Il-PEMS għandha tinxtegħel, tissaħħan u tiġi stabbilizzata skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur tal-PEMS sakemm parametri funzjonali ewlenin, bħal pereżempju, il-pressjonijiet, it-temperaturi u l-flussi jkunu laħqu l-punti operattivi stabbiliti tagħhom qabel jibda t-test. Biex wieħed jiżgura tħaddim tajjeb, il-PEMS tista’ tinżamm mixgħula jew tista’ tissaħħan u tiġi stabbilizzata waqt l-ikkundizzjonar tal-vettura. Is-sistema ma għandhiex ikollha żbalji u twissijiet kritiċi.

    4.3.   Il-preparazzjoni tas-sistema tal-kampjunar

    Is-sistema tal-kampjunar, li tikkonsisti f’sonda tal-kampjunar u f’linji tal-kampjunar għandhom jiġu ppreparati għall-ittestjar skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-PEMS. Għandu jiġi żgurat li s-sistema tal-kampjunar tkun nadifa u mingħajr kondensazzjoni ta’ umdità.”;

    (e)

    il-punt 4.6 huwa emendat kif ġej:

    “4.6   Verifika tal-analizzatur għall-kejl tal-emissjonijiet tal-partikuli

    Il-livell żero tal-analizzatur għandu jiġi rreġistrat permezz ta’ kampjun tal-arja ambjentali ffiltrata bil-filtru HEPA f’punt xieraq tal-kampjunar, normalment fil-bokka tal-linja tal-kampjunar. Is-sinjal għandu jiġi rreġistrat fi frekwenza kostanti ta’ mill-inqas 1,0 Hz fuq perjodu ta’ 2 minuti u tinstab il-medja; il-konċentrazzjoni finali għandha tkun fl-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur, iżda ma għandhiex taqbeż il-5 000 partikula għal kull kubu-ċentimetru.”;

    (f)

    fil-punt 4.8, l-aħħar sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej:

    “Il-PEMS għandha tiffunzjona mingħajr żbalji u twissijiet kritiċi.”;

    (g)

    Il-punti 5.1., 5.2. u 5.3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “5.1   Il-bidu tat-test

    Il-kampjunar, il-kejl u r-reġistrazzjoni tal-parametri għandhom jibdew qabel tiġi startjata l-magna. Sabiex jiġi ffaċilitat l-allinjament tal-ħin, huwa rrakkomandat li jiġu rreġistrati l-parametri li huma soġġetti għall-allinjament tal-ħin jew permezz ta’ tagħmir wieħed ta’ reġistrazzjoni tad-dejta jew b’timbru tal-ħin sinkronizzat. Kemm qabel kif ukoll direttament wara l-istartjar tal-magna, għandu jiġi kkonfermat li l-parametri meħtieġa kollha jiġu rreġistrati b’dan it-tagħmir elettroniku għar-reġistrazzjoni tad-dejta.

    5.2   It-test

    Il-kampjunar, il-kejl u r-reġistrazzjoni ta’ parametri għandhom jissoktaw matul it-test fuq it-triq tal-vettura kollu. Il-magna tista’ tiġi mitfija u startjata, iżda l-kampjunar tal-emissjonijiet u r-reġistrazzjoni tal-parametri għandhom jissoktaw. Kwalunkwe sinjal ta’ twissija, li jissuġġerixxi ħsara fil-PEMS, għandu jiġi dokumentat u verifikat. Jekk jitfaċċa xi sinjal ta’ żball waqt it-test, it-test għandu jiġi annullat. Ir-reġistrazzjoni tal-parametri għandha tilħaq kompletezza tad-dejta ta’ aktar minn 99 %. Il-kejl u r-reġistrazzjoni ta’ dejta jistgħu jiġu interrotti biss għal inqas minn 1 % tat-tul totali tal-vjaġġ iżda għal mhux aktar minn perjodu konsekuttiv ta’ 30 sekonda fil-każ ta’ telf ta’ sinjal mhux intenzjonat jew għall-fini ta’ manutenzjoni tas-sistema tal-PEMS. L-interruzzjonijiet jistgħu jiġu rreġistrati direttament mill-PEMS iżda mhuwiex permissibbli li jiġu introdotti interruzzjonijiet fil-parametru rreġistrat permezz tal-ipproċessar minn qabel, l-iskambju jew il-postproċessar tad-dejta. Jekk isir, l-awtoażżerar għandu jitwettaq fl-isfond ta’ standard żero traċċabbli simili għal dak użat għall-ażżerar tal-analizzatur. Huwa rrakkomandat ħafna li jingħata bidu għall-manutenzjoni tas-sistema tal-PEMS matul perjodi ta’ veloċità żero tal-vettura.

    5.3   It-tmiem tat-test

    Tmiem it-test jintlaħaq meta l-vettura tkun ikkompletat il-vjaġġ u l-magna tintefa. Għandu jiġi evitat it-tħaddim eċċessiv tal-magna mhux ingranata wara li jitlesta l-vjaġġ. Ir-reġistrazzjoni ta’ dejta għandha tissokta sakemm il-ħin ta’ reazzjoni tas-sistemi tal-kampjunar jkun għadda.”;

    (h)

    fil-punt 6.1, it-tabella 2, hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Inkwinant

    Deriva ta’ reazzjoni Żero Assolut

    Deriva ta’ reazzjoni tar-Regolar Assolut (1)

    CO2

    ≤ 2 000 ppm għal kull test

    ≤ 2 % tal-qari jew ≤ 2 000 ppm għal kull test, skont liema minnhom ikun l-akbar

    CO

    ≤ 75 ppm għal kull test

    ≤ 2 % tal-qari jew ≤ 75 ppm għal kull test, skont liema minnhom ikun l-akbar

    NOX

    ≤ 5 ppm għal kull test

    ≤ 2 % tal-qari jew ≤ 5 ppm għal kull test, skont liema minnhom ikun l-akbar

    CH4

    ≤ 10 ppm C1 għal kull test

    ≤ 2 % tal-qari jew ≤ 10 ppm C1 għal kull test, skont liema minnhom ikun l-akbar

    THC

    ≤ 10 ppm C1 għal kull test

    ≤ 2 % tal-qari jew ≤ 10 ppm C1 għal kull test, skont liema minnhom ikun l-akbar

    (i)

    il-punt 6.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “6.2   Verifika tal-analizzatur għall-kejl tal-emissjonijiet tal-partikuli

    Il-livell żero tal-analizzatur għandu jiġi rreġistrat skont il-punt 4.6.”;

    (34)

    L-Appendiċi 2 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-punt 2, il-parametru li ġej huwa miżjud bejn ECO2 u EE:

    “E(dp)- effiċjenza tal-analizzatur PEMS-PN”;

    (b)

    fil-punt 3.1, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

    “L-eżattezza u l-linearità tal-analizzaturi, tal-istrumenti li jkejlu l-fluss, is-sensuri u s-sinjali, għandu jkollhom referenza fi standards nazzjonali jew internazzjonali.”;

    (c)

    fil-punt 3.2, it-Tabella 1, hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Parametru/strument tal-kejl

    Formula

    Inklinazzjoni

    a1

    Żball standard SEE

    Koeffiċjent tad-determinazzjoni r2

    Rata tal-fluss tal-fjuwil (1)

    ≤ 1 % mass

    0,98 - 1,02

    ≤ 2 %

    ≥ 0,990

    Rata tal-fluss tal-arja (1)

    ≤ 1 % mass

    0,98 - 1,02

    ≤ 2 %

    ≥ 0,990

    Rata tal-massa tal-fluss tal-egżost

    ≤ 2 % mass

    0,97 - 1,03

    ≤ 3 %

    ≥ 0,990

    Analizzaturi tal-gass

    ≤ 0,5 % mass

    0,99 - 1,01

    ≤ 1 %

    ≥ 0,998

    Torque (2)

    ≤ 1 % mass

    0,98-1,02

    ≤ 2 %

    ≥ 0,990

    Analizzaturi tal-PN (3)

    ≤ 5 % mass

    0,85-1,15 (4)

    ≤ 10 %

    ≥ 0,950

    (d)

    il-punt 3.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3.3.   Frekwenza tal-verifika tal-linearità

    Ir-rekwiżiti ta’ linearità skont il-punt 3.2 għandhom jiġu vverifikati:

    (a)

    għal kull analizzatur tal-gass mill-anqas kull tnax-il xahar jew kull meta ssir tiswija tas-sistema jew tibdil ta’ xi komponent jew tibdil li jista’ jinfluwenza l-kalibrar;

    (b)

    għal strumenti rilevanti oħrajn, bħal analizzaturi tal-PN, miters tal-fluss tal-massa tal-egżost u sensuri kkalibrati b’mod traċċabbli, kull meta tiġi osservata ħsara, kif mitlub mill-proċeduri ta’ verifika interni, mill-manifattur tal-istrument iżda mhux aktar minn sena qabel it-test reali.

    Ir-rekwiżiti tal-linearità skont il-punt 3.2 għal sensuri jew sinjali tal-ECU li mhumiex direttament traċċabbli għandhom isiru darba għal kull struttura tal-PEMS tal-vettura b’tagħmir ta’ kejl ikkalibrat b’mod traċċabbli fuq id-dinamometru tax-xażi.”;

    (e)

    fil-punt 4.2.6., it-tabella 2, hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Inkwinant

    Deriva ta’ reazzjoni Żero Assolut

    Deriva tar-rispons għar-Regolar Assolut

    CO2

    ≤ 1 000 ppm fuq 4 sigħat

    ≤ 2 % tal-qari jew ≤ 1 000 ppm fuq 4 sigħat, skont liema minnhom ikun l-akbar

    CO

    ≤ 50 ppm fuq 4 sigħat

    ≤ 2 % tal-qari jew ≤ 50 ppm fuq 4 sigħat, skont liema minnhom ikun l-akbar

    PN

    5 000 partikula kull ċentimetru kubu fuq 4 sigħat

    Skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur

    NOX

    ≤ 5 ppm fuq 4 sigħat

    ≤ 2 % tal-qari jew 5 ppm ‘il fuq minn 4 sigħat, skont liema minnhom ikun l-akbar

    CH4

    ≤ 10 ppm C1

    ≤ 2 % tal-qari jew ≤ 10 ppm C1 fuq 4 sigħat, skont liema minnhom ikun l-akbar

    THC

    ≤ 10 ppm C1

    ≤ 2 % tal-qari jew ≤ 10 ppm C1fuq 4 sigħat, skont liema minnhom ikun l-akbar”;

    (f)

    il-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “6.

    Analizzaturi għall-kejl tal-emissjonijiet ta’ partikuli (solidi)”;

    (g)

    jiddaħħlu l-punti 6.1. sa 6.4. li ġejjin:

    “6.1.   Ġenerali

    L-analizzatur tal-PN għandu jikkonsisti f’unità ta’ prekundizzjonament u ditekter tal-partikuli li jgħodd b’effiċjenza ta’ 50 % minn madwar 23 nm. Huwa permess li d-ditekter tal-partikuli jipprekundizzjona wkoll l-aerosol. Is-sensittività tal-analizzaturi għal xokkijiet, vibrazzjonijiet, avarija, varjabbiltà f’temperaturi u pressjoni tal-arja kif ukoll interferenzi elettromanjetiċi u impatti oħra marbuta mat-tħaddim tal-vettura u tal-analizzatur għandha tkun limitata kemm jista’ jkun u għandha tkun iddikjarata b’mod ċar mill-manifattur tat-tagħmir fil-materjal ta’ appoġġ tiegħu. L-analizzatur tal-PN għandu jintuża biss skont il-parametri ta’ tħaddim tiegħu ddikjarati mill-manifattur.

    Figura 1

    Eżempju ta’ struttura ta’ analizzatur tal-PN: Il-linji bit-tikek jindikaw il-partijiet fakultattivi. EFM = Miter tal-Fluss tal-massa tal-Egżost, d = dijametru intern, PND = Dilwitur tan-Numru ta’ Partikuli.

    Image

    L-analizzatur tal-PN għandu jitqabbad mal-punt tal-kampjunar permezz ta’ sonda tal-kampjunar li tiġbed kampjun mil-linja tan-nofs tat-tubu tat-tailpipe. Kif speċifikat fil-punt 3.5 tal-Appendiċi 1, jekk il-partikuli ma jkunux dilwiti fit-tailpipe, il-linja tal-kampjunar għandha tissaħħan għal temperatura minima ta’ 373 K (100 °C) sal-punt tal-ewwel dilwizzjoni tal-analizzatur tal-PN jew id-ditekter tal-partikuli tal-analizzatur. Il-ħin ta’ permanenza fil-linja tal-kampjunar għandu jkun inqas minn 3 sekondi.

    Il-partijiet kollha f’kuntatt mal-gass tal-egżost miġbur għandhom jinżammu dejjem f’temperatura li tevita l-kondensazzjoni ta’ kwalunkwe kompost fit-tagħmir. Dan jista’ jinkiseb, pereżempju, bit-tisħin f’temperatura ogħla u d-dilwizzjoni tal-kampjun jew l-ossidazzjoni tal-ispeċijiet (semi)volatili.

    L-analizzatur tal-PN għandu jinkludi sezzjoni msaħħna fit-temperatura limitu ≥ 573K. L-unità għandha tikkontrolla l-istadji msaħħna għal temperaturi operattivi nominali kostanti, f’tolleranza ta’ ± 10 K u tagħti indikazzjoni ta’ jekk l-istadji msaħħna huma jew mhumiex fit-temperaturi operattivi tajba tagħhom. Temperaturi aktar baxxi huma aċċettabbli diment li l-effiċjenza tat-tneħħija tal-partikuli volatili tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet ta’ 6.4.

    Il-pressjoni, it-temperaturi u sensuri oħrajn għandhom jimmonitorjaw l-operat xieraq tal-istrument waqt l-operazzjoni u jagħtu twissija jew messaġġ f’każ ta’ xi ħsara.

    Il-ħin ta’ dewmien tal-analizzatur tal-PN għandu jkun ≤ 5 sekondi.

    L-analizzatur tal-PN (u/jew id-ditekter tal-partikuli) għandu jkollu ħin ta’ żieda ta’ ≤ 3,5 sekondi.

    Il-kejl tal-konċentrazzjoni tal-partikuli għandu jiġi rrapportat normalizzat għal 273 K u 101,3 kpa. Jekk ikun meħtieġ, il-pressjoni u/jew it-temperatura fil-bokka tad-ditekter għandha titkejjel u rrapportata għall-finijiet ta’ normalizzar tal-konċentrazzjoni tal-partikuli.

    Is-sistemi ta’ PN li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ kalibrazzjoni tar-Regolamenti 83 jew 49 jew tal-GTR 15 tal-UNECE awtomatikament jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ kalibrazzjoni ta’ dan l-Anness.

    6.2   Rekwiżiti ta’ effiċjenza

    Is-sistema kompluta tal-analizzatur tal-PN inkluża l-linja tal-kampjunar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ effiċjenza tat-Tabella 3a.

    Tabella 3a

    Ir-rekwiżiti ta’ effiċjenza għas-sistema tal-analizzatur tal-PN (inkluża l-linja tal-kampjunar)

    dp [nm]

    Sub-23

    23

    30

    50

    70

    100

    200

    E(dp) analizzatur PN

    Għandu jiġi ddeterminat

    0,2 – 0,6

    0,3 – 1,2

    0,6 – 1,3

    0,7 – 1,3

    0,7 – 1,3

    0,5– 2,0

    L-effiċjenza E(dp) hija definita bħala l-proporzjon fil-qari tas-sistema tal-analizzatur tal-PN għall-konċentrazzjoni tan-numru ta’ Kalkolatur tal-Partikuli ta’ Kondensazzjoni (CPC) ta’ referenza (d50 % = 10 nm jew inqas, iċċekkjat għal-linearità u kkalibrat b’elettrometru) jew għal Elettrometru li jkejjel b’mod parallel l-aerosol monodispers tad-dijametru tal-mobilità dp u normalizzata fl-istess kundizzjonijiet ta’ temperatura u pressjoni.

    Ir-rekwiżiti ta’ effiċjenza jkunu jeħtieġu li jiġu adattati, sabiex ikun żgurat li l-effiċjenza tal-analizzaturi tal-PN tibqa’ konsistenti mal-PN marġinali. Il-materjal għandu jkun bħal nugrufun termalment stabbli (pereżempju grafit skariku mill-ispark jew nugrufun tal-fjamma ta’ diffużjoni bi trattament termali minn qabel). Jekk il-kurva tal-effiċjenza titkejjel b’aerosol differenti (pereżempju NaCl), il-korrelazzjoni mal-kurva simili għan-nugrufun għandha tingħata bħala ċart, li tqabbel l-effiċjenzi miksuba permezz taż-żewġ aerosols tat-test. Id-differenzi fl-effiċjenzi tal-għadd iridu jittieħdu inkunsiderazzjoni billi wieħed jaġġusta l-effiċjenzi mkejla abbażi taċ-ċart ipprovduta biex jingħataw effiċjenzi tal-aerosol simili għan-nugrufun. Il-korrezzjoni għall-partikuli ċċarġjati b’mod multiplu għandha tkun applikata u dokumentata iżda ma għandhiex taqbeż l-10 %. Dawn l-effiċjenzi jirreferu għall-analizzaturi tal-PN mal-linja tal-kampjunar. L-analizzatur tal-PN jista’ wkoll ikun ikkalibrat f’partijiet (jiġifieri l-unità ta’ prekundizzjonament b’mod separat mid-ditekter tal-partikuli) sakemm ikun ippruvat li l-analizzatur tal-PN u l-linja tal-kampjunar flimkien jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Tabella 3a. Is-sinjal imkejjel mid-ditekter għandu jkun > 2 mil-limitu ta’ detezzjoni (hawnhekk definit bħala l-livell żero flimkien ma’ tliet devjazzjonijiet standard).

    6.3   Rekwiżiti ta’ linearità

    L-analizzatur tal-PN inkluża l-linja tal-kampjunar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ linearità tal-punt 3.2 fl-Appendiċi 2 permezz ta’ partikuli simili għan-nugrufun monodispersi jew polidispersi. Id-daqs tal-partikuli (id-dijametru ta’ mobbiltà jew id-dijametru medjan tal-għadd) għandu jkun aktar minn 45 nm. L-istrument ta’ referenza għandu jkun Elettrometru jew Kalkolatur tal-Partikuli ta’ Kondensazzjoni (CPC) b’d50 = 10 nm jew anqas, u li l-linearità tiegħu tkun ġiet ivverifikata. Inkella, sistema ta’ numru ta’ partikuli konformi mar-Regolament 83 tal-UNECE.

    Barra minn hekk id-differenzi tal-analizzatur tal-PN mill-istrument ta’ referenza fil-punti kollha ċċekkjati (minbarra l-punt żero) għandhom ikunu sa 15 % tal-valur medju tagħhom. Tal-inqas ħames punti mqassma b’mod ugwali (flimkien maż-żero) għandhom ikunu ċċekjati. Il-konċentrazzjoni massima ċċekkjata għandha tkun il-konċentrazzjoni massima permessa tal-analizzatur tal-PN.

    Jekk l-analizzatur tal-PN ikun ikkalibrat f’partijiet, allura l-linearità tista’ tkun iċċekkjata biss għad-ditekter tal-PN, iżda l-effiċjenzi tal-partijiet waqt il-waqfa u l-linja tal-kampjunar jridu jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-inklinazzjoni.

    6.4   L-effiċjenza tat-tneħħija volatili

    Is-sistema għandha tikseb > 99 % tneħħija ta’ ≥ 30 nm ta’ partikuli tetracontane (CH3(CH2)38CH3), b’konċentrazzjoni fil-bokka ta’ ≥ 10 000 partikuli għal kull ċentimetru kubu fl-inqas dilwizzjoni.

    Is-sistema għandha tikseb ukoll > 99 % effiċjenza ta’ tneħħija ta’ polidispers alkan (dekan jew ogħla) jew ‘emery oil’ b’dijametru medjan tal-għadd ta’ > 50 nm u massa ta’ > 1 mg/m3.

    L-effiċjenza tat-tneħħija volatili b’tetracontane u/jew polidispers alkan jew żejt trid tiġi pprovata darba biss għall-familja tal-istrument. Madankollu l-manifattur tal-istrument għandu jipprovdi l-intervall ta’ manutenzjoni jew ta’ sostituzzjoni li jiżgura li l-effiċjenza ta’ tneħħija ma taqax taħt ir-rekwiżiti tekniċi. Jekk din l-informazzjoni ma tingħatax, l-effiċjenza ta’ tneħħija volatili trid tiġi ċċekkjata kull sena għal kull strument.”;

    (35)

    fl-Appendiċi 3, fil-punt 3.3., it-Tabella 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Tabella 1

    Tolleranzi permissibbli

    Parametru [Unità]

    Tolleranza assoluta permissibbli

    Distanza [km] (5)

    250 m tar-referenza tal-laboratorju

    THC (6) [mg/km]

    15 mg/km jew 15 % tar-referenza tal-laboratorju, skont liema minnhom ikun l-akbar

    CH4  (6) [mg/km]

    15 mg/km jew 15 % tar-referenza tal-laboratorju, skont liema minnhom ikun l-akbar

    NMHC (6) [mg/km]

    20 mg/km jew 20 % tar-referenza tal-laboratorju, skont liema minnhom ikun l-akbar

    PN (6) [#/km]

    1•1011 p/km jew 50 % tar-referenza tal-laboratorju (*1) skont liema minnhom ikun l-akbar

    CO (6) [mg/km]

    150 mg/km jew 15 % tar-referenza tal-laboratorju, skont liema minnhom ikun l-akbar

    CO2 [g/km]

    10 g/km jew 10 % tar-referenza tal-laboratorju, skont liema minnhom ikun l-akbar

    NOx  (6) [mg/km]

    15 mg/km jew 15 % tar-referenza tal-laboratorju, skont liema minnhom ikun l-akbar

    (36)

    L-Appendiċi 4 huwa sostitwit kif ġej:

    (a)

    il-punt 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.   Startjar kiesaħ

    L-istartjar kiesaħ huwa l-perjodu minn meta tinxtegħel l-ewwel darba l-magna bil-kombustjoni sal-punt li fih il-magna bil-kombustjoni tkun ħadmet b’mod kumulattiv għal 5 minuti. Jekk it-temperatura tal-likwidu li jkessaħ tkun iddeterminata, il-perjodu tal-istartjar kiesaħ jintemm ladarba l-likwidu li jkessaħ ikun laħaq 343 K (70 °C) għall-ewwel darba iżda mhux aktar tard mill-punt li fih il-magna bil-kombustjoni tkun ħadmet b’mod kumulattiv għal 5 minuti wara l-istartjar inizjali tal-magna.”;

    (b)

    il-punt 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “5.   Il-kejl tal-emissjonijiet matul il-waqfien tal-magna bil-kombustjoni

    Kull kejl tal-fluss tal-egżost jew emissjonijiet istantanji miksuba waqt li l-magna bil-kombustjoni tkun diżattivata għandu jiġi rreġistrat F’fażi għaliha, il-valuri rreġistrati għandhom imbagħad jiġu ssettjati fuq żero bil-post ipproċessar tad-dejta. Il-magna bil-kombustjoni għandha titqies bħala diżattivata jekk tnejn minn dawn il-kriterji li ġejjin japplikaw: il-veloċità rreġistrata tal-magna hija < 50 rpm; ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost tinsab li hija < 3 kg/h; ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost imkejla taqa’ għal < 15 % tar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost fi stat stabbli bil-magna mhux ingranata.”;

    (c)

    il-punt 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “12.   Il-kalkolu tal-emissjonijiet tan-numru ta’ partikuli istantanji

    L-emissjonijiet tan-numru ta’ partikuli istantanji [partikuli/s] għandhom jiġu ddeterminati billi tiġi mmultiplikata l-konċentrazzjoni istantanja tal-inkwinant taħt kunsiderazzjoni [partikuli/cm3] bir-rata istantanja tal-fluss tal-massa tal-egżost [kg/s], it-tnejn li huma kkoreġuti u allinjati għall-ħin ta’ trasformazzjoni. Jekk applikabbli, il-valuri tal-emissjonijiet istantanji negattivi għandhom ikunu parti mill-valutazzjonijiet tad-dejta kollha sussegwenti. Iċ-ċifri kollha sinifikanti tar-riżultati intermedji għandhom ikunu parti mill-kalkolu tal-emissjonijiet istantanji. Għandha tiġi applikata l-ekwazzjoni li ġejja:

    Formula

    fejn:

    PN,i

    huwa l-fluss tan-numru ta’ partikuli [partikuli/sekonda]

    cPN,i

    huwa l-konċentrazzjoni tan-numru ta’ partikuli mkejla [#/m3] normalizzata għal 0 °C

    qmew,i

    huwa r-rata tal-fluss istantanja tal-massa tal-egżost imkejla [kg/sekonda]

    ρe

    huwa d-densità tal-gass tal-egżost [kg/m3] f’0 °C (it-Tabella 1)”;

    (d)

    fil-punt 1 wara t-titolu “Verifika tal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-vjaġġ u kalkolu tar-riżultat finali tal-emissjonijiet tal-RDE bil-metodu 1 (Tieqa tal-Medja Mobbli)”, il-kliem “Fażi 1. Segmentazzjoni tad-dejta u esklużjoni tal-emissjonijiet ta’ startjar kiesaħ (it-taqsima 4 fl-Appendiċi 4);” huwa sostitwit bil-kliem “Fażi 1. Segmentazzjoni tad-dejta;”;

    (e)

    fil-punt 3.1 wara t-titolu “Verifika tal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-vjaġġ u kalkolu tar-riżultat finali tal-emissjonijiet tal-RDE bil-metodu 1 (Tieqa tal-Medja Mobbli)”, l-aħħar sentenza tal-ewwel paragrafu hija emendata kif ġej:

    “Il-kalkolu deskritt fil-punt preżenti jista’ jseħħ mill-ewwel punt (‘il quddiem).”;

    (f)

    fil-punt 3.1 wara t-titolu “Verifika tal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-vjaġġ u kalkolu tar-riżultat finali tal-emissjonijiet tal-RDE bil-metodu 1 (Tieqa tal-Medja Mobbli)”, fit-tieni paragrafu, it-tieni u r-raba’ inċiżi huma mħassra;

    (g)

    fil-punt 3.2 wara t-titolu “Verifika tal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-vjaġġ u kalkolu tar-riżultat finali tal-emissjonijiet tal-RDE bil-metodu 1 (Tieqa tal-Medja Mobbli)”, jiġi miżjud il-paragrafu li ġej:

    “F’każ li tiġi ttestjata NOVC-HEV, il-kalkolu tat-tieqa għandu jibda fil-punt tat-tqabbid u jinkludi avvenimenti ta’ sewqan li matulhom ma jiġi emess ebda CO2.”;

    (h)

    fil-punt 5. wara t-titolu “Verifika tal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-vjaġġ u kalkolu tar-riżultat finali tal-emissjonijiet tal-RDE bil-metodu 1 (Tieqa tal-Medja Mobbli)”, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “Għall-vetturi tal-kategorija N2 li huma mgħammra b’tagħmir li jillimita l-veloċità tal-vettura għal 90 km/siegħa skont id-Direttiva 92/6/KEE, il-proporzjon tat-twieqi tal-awtostrada fit-test komplut għandu jkun mill-inqas 5 %.”;

    (i)

    fil-punt 5.3 wara t-titolu “Verifika tal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-vjaġġ u kalkolu tar-riżultat finali tal-emissjonijiet tal-RDE bil-metodu 1 (Tieqa tal-Medja Mobbli)”, jiġi miżjud il-paragrafu li ġej:

    “Meta tiġi ttestjata NOVC-HEV u biss jekk ir-rekwiżit minimu speċifikat ta’ 50 % ma jkunx issodisfat, it-tolleranza pożittiva ta’ fuq tol 1 tista’ tiżdied bi stadji ta’ punt perċentwal sakemm tintlaħaq il-mira ta’ 50 % tat-twieqi normali. Meta jintuża dan l-approċċ, tol1 ma għandha qatt taqbeż il-50 %.”;

    (j)

    fil-punt 6.1 wara t-titolu “Verifika tal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-vjaġġ u kalkolu tar-riżultat finali tal-emissjonijiet tal-RDE bil-metodu 1 (Tieqa tal-Medja Mobbli)”, jiġi miżjud il-paragrafu li ġej:

    “Għal kull tieqa tal-medja inklużi l-punti tad-dejta tal-istartjar kiesaħ, kif definit fil-punt 4 tal-Appendiċi 4, il-funzjoni tal-ponderazzjoni hija stabbilita għal 1.”.

    (37)

    L-Appendiċi 6 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-punt 3.1 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Appendiċi 6 għandhom japplikaw biss għall-NOVC-HEVs (kif definiti fil-punt 1.2.40) jekk il-potenza fir-roti ġiet iddeterminata bil-kejl tat-torque fil-buttun tar-rota.”;

    (b)

    Il-punt 3.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3.2

    Il-kalkolu tal-medji mobbli tad-dejta istantanja tat-test

    Il-medji mobbli ta’ tliet sekondi għandhom jiġu kkalkulati mid-dejta kollha rilevanti istantanja tat-test sabiex jitnaqqsu l-influwenzi tal-imperfezzjonijiet li jistgħu jirriżultaw fl-allinjament tal-ħin bejn il-fluss tal-massa ta’ emissjonijiet u l-potenza fir-roti. Il-valuri tal-medji mobbli għandhom jiġu kkalkulati fi frekwenza ta’ 1 Hz:

    Formula

    Formula

    Formula

    Fejn

    k

    fażi ta’ ħin għal valuri ta’ medji mobbli

    i

    fażi ta’ ħin minn dejta istantanja tat-test”;

    (c)

    Fil-punt 3.3., it-tabella 1-1 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Tabella 1-1

    Il-firxiet tal-veloċità għall-allokazzjoni ta’ dejta tat-test għal kundizzjonijiet urbani, rurali u tal-awtostrada fil-metodu tal-power binning

    Kategorija ta’ vettura

     

    Urbana

    Rurali (7)

    Awtostrada (7)

    M1, M2, N1

    vi [km/siegħa]

    0 sa ≤ 60

    > 60 sa ≤ 90

    > 90

    N2

    vi [km/siegħa]

    0 sa ≤ 60

    > 60 sa ≤ 80

    > 80

    (d)

    fil-punt 3.4.2., l-ekwazzjonijiet ta’ wara l-kliem “Riżultati korrispondenti (ara t-Tabella 2, it-Tabella 3):” huma sostitwiti b’dan li ġej:

    Formula

    Pdrive = 18,25 kW”;

    (e)

    fil-paragrafu 3.5., jitħassar l-ewwel paragrafu;

    (f)

    il-punt 3.6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3.6   Verifika tal-kopertura tal-klassi tal-potenza u tan-normalità tad-distribuzzjoni tal-potenza

    Biex it-test ikun validu jeħtieġ li jiġi allokat għadd biżżejjed ta’ valuri ta’ emissjonijiet imkejla lill-klassijiet ta’ potenza rilevanti. Din it-talba hija vverifikata mill-għadd ta’ valuri ta’ medja ta’ tliet sekondi (għadd) allokati għal kull klassi ta’ potenza:

    kopertura minima ta’ ħames għedud hija meħtieġa għall-vjaġġ totali f’kull klassi ta’ potenza fir-roti sal-klassi Nru 6 jew sal-klassi li fiha 90 % tal-potenza nominali skont liema waħda tagħti l-iżgħar numru tal-klassi. Jekk l-għedud fi klassi ta’ potenza fir-roti ogħla min-numru 6 jkunu inqas minn 5, il-valur medju għall-emissjonijiet tal-klassi (mgas,3s,k) u l-veloċità medja għall-klassi (v3s,k) għandhom jiġu stabbiliti għal żero.

    kopertura minima ta’ ħames għedud hija meħtieġa għall-parti urbana tal-vjaġġ f’kull klassi ta’ potenza tar-rota sal-klassi Nru 5 jew sal-klassi li fiha 90 % tal-potenza nominali skont liema waħda tagħti l-iżgħar numru tal-klassi. Jekk l-għedud fil-parti urbana tal-vjaġġ fi klassi ta’ potenza fir-roti, ogħla min-numru 5 jkunu inqas minn 5, il-valur medju għall-emissjonijiet tal-klassi (mgas,3s,k) u l-veloċità medja għall-klassi (v3s,k) għandhom jiġu stabbiliti għal żero.”;

    (g)

    fil-punt 4, it-test ta’ wara l-figura 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Il-potenza reali fir-roti għandha tiġi kkalkolata mill-fluss tal-massa ta’ CO2 imkejjel kif ġej:

    Formula

    B’ CO2 fi [g/siegħa]

    Pw,j f’[kW]

    L-ekwazzjoni ta’ hawn fuq tista’ tintuża biex jiġi pprovdut Pwi għall-klassifikazzjoni tal-emissjonijiet imkejla kif deskritt fil-punt 3 bil-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin fil-kalkolu:

    (I)

    jekk vi ≤ 1 km/siegħa u jekk CO2i ≤ DWLTC allura Pw,i = 0

    (II)

    jekk vi > 1 km/siegħa u jekk CO2i < 0,5 X DWLTC allura Pw,i = Pdrag”;

    (38)

    L-Appendiċi 7 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punti 3 sa 3.1.2. huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “3.   STRUTTURAR TAL-FAMILJA TAT-TEST TAL-PEMS

    Familja tat-test tal-PEMS għandha tinkludi vetturi lesti b’karatteristiċi simili ta’ emissjonijiet. It-tipi ta’ emissjonijiet tal-vettura jistgħu jkunu inklużi f’familja tat-test tal-PEMS biss diment li l-vetturi lesti fi ħdan familja tat-test tal-PEMS ikunu identiċi fir-rigward tal-karatteristiċi fil-punti 3.1. u 3.2.

    3.1.   Kriterji amministrattivi

    3.1.1.

    L-awtorità tal-approvazzjoni li toħroġ l-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 (l-‘awtorità’)

    3.1.2.

    Il-manifattur li jkun irċieva l-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007.”;

    (b)

    il-punt 4.2.7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.2.7.

    Tal-inqas vettura waħda fil-familja tal-PEMS għandha tiġi ttestjata bi startjar sħun.”;

    (c)

    jiddaħħal il-punt 4.2.8. li ġej:

    “4.2.8.

    Minkejja d-dispożizzjonijiet fil-punti 4.2.1 sa 4.2.6, għandhom jintgħażlu għall-ittestjar mill-inqas l-għadd li ġej ta’ tipi ta’ vetturi fir-rigward tal-emissjonijiet minn familja partikolari ta’ testjar tal-PEMS:

    Għadd N ta’ tipi ta’ vetturi fir-rigward tal-emissjonijiet f’familja tat-test tal-PEMS

    Għadd minimu NT ta’ tipi ta’ vetturi fir-rigward tal-emissjonijiet magħżula għall-ittestjar tal-PEMS bi startjar kiesaħ

    Għadd minimu NT ta’ tipi ta’ vetturi fir-rigward tal-emissjonijiet magħżula għall-ittestjar tal-PEMS bi startjar sħun

    1

    1

    1 (*3)

    Minn 2 sa 4

    2

    1

    minn 5 sa 7

    3

    1

    minn 8 sa 10

    4

    1

    minn 11 sa 49

    NT = 3 + 0,1 × N (*2)

    2

    aktar minn 49

    NT = 0,15 × N (*2)

    3

    (39)

    jiddaħħal l-Appendiċi 7c li ġej:

    Appendiċi 7c

    Verifika tal-kundizzjonijiet tal-vjaġġ u kalkolu tar-riżultat finali tal-emissjonijiet tal-RDE għall-OVC-HEVs

    1.   INTRODUZZJONI

    Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-verifika tal-kundizzjonijiet tal-vjaġġ u l-kalkolu tar-riżultat finali tal-emissjonijiet tal-RDE għall-OVC-HEVs. Il-metodu propost fl-Appendiċi ser jiġi rivedut sabiex jinstab wieħed li jkun aktar komplut.

    2.   SIMBOLI, PARAMETRI U UNITAJIET

    Mt

    hija l-massa ta’ inkwinanti gassużi ponderata speċifika għad-distanza [mg/km] jew in-numru ta’ partikuli [#/km], emessi rispettivament tul il-vjaġġ sħiħ

    mt

    hija l-massa ta’ inkwinanti gassużi [g] jew l-emissjonijiet ta’ numru ta’ partikuli [#], emessi rispettivament tul il-vjaġġ kollu

    mt,CO2

    hija l-massa ta’ CO2 [g] emessa tul il-vjaġġ kollu

    Mu

    hija l-massa ta’ inkwinanti gassużi ponderata speċifika għad-distanza [mg/km] jew in-numru ta’ partikuli [#/km], emessi rispettivament tul il-parti urbana tal-vjaġġ

    mu

    hija l-massa ta’ inkwinanti gassużi jew l-emissjonijiet ta’ numru ta’ partikuli emessi tul il-parti urbana tal-vjaġġ [mg]

    mu,CO2

    hija l-massa ta’ CO2 [g] emessa tul il-parti urbana tal-vjaġġ

    MWLTC,CO2

    hija l-massa ta’ CO2 speċifika għad-distanza [g/km] għal test fil-modalità ta’ sostenn taċ-ċarġ fuq id-WLTC

    3.   REKWIŻITI ĠENERALI

    L-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi jew ta’ partikuli tal-OVC-HEVs għandhom jiġu vvalutati f’żewġ fażijiet. L-ewwel, il-kundizzjonijiet tal-vjaġġ għandhom ikunu vvalutati skont il-punt 4. It-tieni, ir-riżultat finali tal-emissjonijiet tal-RDE huwa kkalkolat skont il-punt 5. Huwa rrakkomandat li l-vjaġġ jinbeda b’batterija b’sostenn taċ-ċarġ biex ikun żgurat li t-tielet rekwiżit tal-punt 4 jkun issodisfat. Il-batterija ma għandhiex tiġi ċċarġjata minn barra matul il-vjaġġ.

    4.   VERIFIKA TAL-KUNDIZZJONIJIET TAL-VJAĠĠ

    Wieħed għandu jivverifika permezz ta’ proċedura sempliċi fi tliet fażijiet li:

    (1)

    il-vjaġġ huwa konformi mar-rekwiżiti ġenerali, mal-kundizzjonijiet limitu, mar-rekwiżiti tal-vjaġġ u dawk operattivi, u l-ispeċifikazzjonijiet għaż-żejt tal-lubrifikazzjoni, il-fjuwil u r-reaġenti definiti fil-punti 4 sa 8 ta’ dan l-Anness IIIa;

    (2)

    il-vjaġġ huwa konformi mal-kundizzjonijiet tal-vjaġġ definiti fl-Appendiċijiet 7a u 7b ta’ dan l-Anness IIIa.

    (3)

    il-magna bil-kombustjoni ilha taħdem għal distanza kumulattiva minima ta’ 12-il km f’kundizzjonijiet urbani.

    Jekk mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti ma jkunx issodisfat, il-vjaġġ għandu jiġi ddikjarat null u ripetut sakemm il-kundizzjonijiet tal-vjaġġ ikunu validi.

    5.   IL-KALKOLU TAR-RIŻULTAT FINALI TAL-EMISSJONIJIET TAL-RDE

    Għall-vjaġġi validi, ir-riżultat finali tal-RDE huwa kkalkolat abbażi ta’ valutazzjoni sempliċi tal-proporzjonijiet bejn l-emissjonijiet kumulattivi ta’ inkwinanti gassużi u ta’ partikuli u l-emissjonijiet kumulattivi ta’ CO2 fi tliet fażijiet:

    1.

    Iddetermina l-emissjonijiet totali ta’ inkwinant gassuż u ta’ numru ta’ partikuli [mg;#] għall-vjaġġ sħiħ bħala mt u tul il-parti urbana tal-vjaġġ bħala mu .

    2.

    Iddetermina l-massa totali ta’ CO2 [g] emessa tul il-vjaġġ sħiħ tal-RDE bħala mt,CO2 u tul il-parti urbana tal-vjaġġ bħala mu,CO2 .

    3.

    Iddetermina l-massa ta’ CO2 MWLTC,CO2 [g/km] speċifika għad-distanza fil-modalità ta’ sostenn taċ-ċarġ għall-vetturi individwali (il-valur iddikjarat għall-vettura individwali) kif deskritt fil-1151/2016; Test tat-Tip 1, inkluż startjar kiesaħ.

    4.

    Ikkalkula r-riżultat finali tal-emissjonijiet tal-RDE:

    Formula

    għall-vjaġġ komplut;

    Formula

    għall-parti urbana tal-vjaġġ.”.

    (40)

    L-Appendiċi 8 huwa emendat kif ġej:

    a.

    il-Punt 3.1 huwa emendat kif ġej:

    “3.1   Ġenerali

    Il-valuri tal-emissjonijiet, kif ukoll kull parametru rilevanti ieħor, għandhom jiġu rrappurtati u skambjati bħala fajls tad-dejta fil-format csv. Il-valuri tal-parametri għandhom ikunu separati b’virgola, ASCII-Code #h2C. Il-valuri tas-sottoparameteri għandhom ikunu seperati b’żewġ punti (:), ASCII-Code #h3B. Il-marka deċimali tal-valuri numeriċi għandha tkun punt, ASCII-Code #h2E. Il-linji għandhom jintemmu b’carriage return, ASCII-Code #h0D. M’għandhomx jintużaw separaturi għall-eluf.”;

    b.

    il-punt 3.3; l-ewwel sentenza fit-tieni paragrafu tiġi emendata kif ġej:

    “Il-manifattur tal-vettur għandu jirreġistra r-riżultati disponibbli tal-metodi tal-evalwazzjoni tad-dejta f’fajls separati.”.


    (1)  Jekk id-deriva taż-żero tkun fil-firxa permissibbli, huwa permissibbli li jiġi ażżerat l-analizzatur qabel il-verifika tad-deriva tar-regolar.”;

    (1)  fakultattiv biex jiġi ddeterminat il-fluss tal-massa tal-egżost

    (2)  parametru fakultattiv

    (3)  Il-kontroll tal-linearità għandu jkun ivverifikat b’partikuli simili għan-nugrufun, peress li dawn huma definiti fil-punt 6.2

    (4)  Irid jiġi aġġornat skont iċ-ċarts tal-propagazzjoni tal-iżball u tat-traċċabilità.”;

    (5)  applikabbli biss jekk il-veloċità tal-vettura tiġi ddeterminata mill-ECU; sabiex tintlaħaq it-tolleranza permissibbli huwa permess li jiġi aġġustat il-kejl tal-veloċità ECU tal-vettura abbażi tal-eżitu tat-test ta’ validazzjoni

    (6)  il-parametru huwa obbligatorju biss jekk il-kejl ikun meħtieġ skont il-punt 2.1 ta’ dan l-Anness;

    (*1)  Sistema PMP.”

    (7)  mhux użati fil-valutazzjoni regolatorja proprja tas-sewqan urban”;

    (*2)  NT għandu jitqarreb għan-numru sħiħ ogħla li jmiss.

    (*3)  meta jkun hemm biss tip wieħed ta’ vettura fir-rigward tal-emissjonijiet f’familja tat-test tal-PEMS, dan għandu jiġi ttestjat f’kundizzjonijiet kemm b’magna sħuna kif ukoll kiesħa.”;


    ANNESS III

    Il-Parti I tal-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE hija emendata kif ġej:

    (a)

    Għandu jiddaħħal punt 48.2 ġdid wara l-punt 48.1 fin-naħa 2 taċ-Ċertifikat ta’ Konformità (CoC) tal-vetturi M1 kif ġej:

    “48.2

    Il-valuri massimi ddikjarati tal-RDE (jekk japplika)

    Vjaġġ komplut tal-RDE: NOx: …, Partikuli (numru): …

    Vjaġġ urban tal-RDE: NOx: …, Partikuli (numru): …”;

    (b)

    Għandu jiddaħħal punt 48.2 ġdid wara l-punt 48.1 fin-naħa 2 taċ-Ċertifikat ta’ Konformità (CoC) tal-vetturi M2 kif ġej:

    “48.2

    Il-valuri massimi ddikjarati tal-RDE (jekk japplika)

    Vjaġġ komplut tal-RDE: NOx: …, Partikuli (numru): …

    Vjaġġ urban tal-RDE: NOx: …, Partikuli (numru): …”;

    (c)

    Għandu jiddaħħal punt 48.2 ġdid wara l-punt 48.1 fin-naħa 2 taċ-Ċertifikat ta’ Konformità (CoC) tal-vetturi N1 kif ġej:

    “48.2

    Il-valuri massimi ddikjarati tal-RDE (jekk japplika)

    Vjaġġ komplut tal-RDE: NOx: …, Partikuli (numru): …

    Vjaġġ urban tal-RDE: NOx: …, Partikuli (numru): …”;

    (d)

    Għandu jiddaħħal punt 48.2 ġdid wara l-punt 48.1 fin-naħa 2 taċ-Ċertifikat ta’ Konformità (CoC) tal-vetturi N2 kif ġej:

    “48.2

    Il-valuri massimi ddikjarati tal-RDE (jekk japplika)

    Vjaġġ komplut tal-RDE: NOx: …, Partikuli (numru): …

    Vjaġġ urban tal-RDE: NOx: …, Partikuli (numru): …”.


    Top