Válassza ki azokat a kísérleti funkciókat, amelyeket ki szeretne próbálni

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum 32017R1141

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1141 tas-27 ta' Ġunju 2017 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti staneg u vireg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2017/4297

ĠU L 165, 28.6.2017., 2—28. o. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

A dokumentum hatályossági állapota Már nem hatályos, Érvényesség vége: 29/06/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1141/oj

28.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1141

tas-27 ta' Ġunju 2017

li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti staneg u vireg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

F'April 2011, wara investigazzjoni antisussidji (l-“investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 405/2011 (2) (ir-“Regolament definittiv”), impona dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti staneg u vireg tal-azzar li ma jsaddadx (“SSB”) li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7222 20 21, 7222 20 29, 7222 20 31, 7222 20 39, 7222 20 81 u 7222 20 89 u li joriġinaw mill-Indja.

(2)

Ir-Regolament definittiv impona dazju kompensatorju ta' rati li jvarjaw bejn it-3,3 % u l-4,3 % fuq importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi fil-kampjun, 4,0 % fuq il-kumpaniji li kkooperaw li ma kinux inklużi fil-kampjun u rata ta' dazju ta' 4,3 % fuq il-kumpaniji l-oħra kollha fl-Indja.

(3)

F'Lulju 2013, wara rieżami ta' nofs it-terminu parzjali (“ir-rieżami ta' nofs it-terminu”), il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 721/2013 (3) (“ír-Regolament emendatorju”), biddel ir-rata ta' dazju applikabbli għall-produttur esportatur Indjan Viraj Profiles Limited, Palghar, Maharashtra and Mumbai, Maharashtra (“Viraj”) minn 4,3 % għal 0 % u rreveda r-rata ta' dazju għall-kumpaniji l-oħra kollha minn 4,3 % għal 4,0 %.

1.2.   Talba għal rieżami ta'skadenza

(4)

F'Ġunju 2015, il-Kummissjoni ppubblikat avviż ta' skadenza imminenti tal-miżuri kompensatorji fuq l-SSB li joriġinaw mill-Indja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4).

(5)

Fit-28 ta' Jannar 2016, il-European Steel Association (“Eurofer”), li tirrapreżenta iktar minn 25 % tal-produzzjoni kollha tal-SSB fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni]”), ippreżentat talba għal rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (5).

(6)

Eurofer ibbażat it-talba tagħha fuq ir-raġunament li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għal kontinwazzjoni tas-sussidjar u għall-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Il-bidu

(7)

Wara li stabbilixxiet li kien hemm biżżejjed provi għall-bidu ta' rieżami ta'skadenza, fis-27 ta' April 2016, il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (6) (in-“Notifika ta' Bidu”).

1.4.   Il-partijiet interessati

(8)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet kollha interessati biex jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(9)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-Eurofer; il-produtturi tal-Unjoni magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tagħhom; l-importaturi magħrufa u utenti tal-SSB fl-Unjoni; kif ukoll il-Gvern tal-Indja (il-“GTI”) u l-produtturi esportaturi magħrufa fl-Indja dwar il-bidu tar-rieżami ta'skadenza u stednithom jipparteċipaw.

(10)

Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tal-kummerċ.

1.4.1.   It-teħid tal-kampjuni

(11)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista' tieħu kampjuni mill-partijiet interessati, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

1.4.1.1.   It-teħid tal-kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni

(12)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet b'mod provviżorju kampjun ta' produtturi tal-Unjoni.

(13)

F'konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ li seta' jkun investigat fiż-żmien disponibbli, filwaqt li żgurat firxa ġeografika.

(14)

Il-kampjun provviżorju magħżul kien fih tliet produtturi tal-Unjoni li jkopru madwar 50 % tal-bejgħ totali tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkumentaw dwar il-kampjun provviżorju.

(15)

Il-Kummissjoni kienet innotifikata li wieħed mill-produtturi tal-Unjoni kien irrapporta bejgħ bejn il-membri tal-grupp bħala bejgħ lill-Unjoni u għalhekk issostitwietu bi produttur tal-Unjoni ieħor. Il-kampjun finali kien ikopri wkoll 50 % tal-bejgħ totali tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw.

1.4.1.2.   It-teħid tal-kampjuni tal-importaturi

(16)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-importaturi u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom sabiex jippreżentaw ruħhom u sabiex jagħtu informazzjoni speċifika neċessarja sabiex jiġi deċiż jekk it-teħid tal-kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun. Ippreżentaw ruħhom żewġ importaturi.

1.4.1.3.   It-teħid tal-kampjuni tal-produtturi esportaturi

(17)

Biex tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fl-Indja biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet tal-Indja sabiex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw produtturi esportaturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati jieħdu sehem fl-investigazzjoni.

(18)

Erbatax-il produttur esportatur jew gruppi ta' produtturi esportaturi, li jirrapreżentaw madwar 46 % tal-importazzjonijiet totali fl-Unjoni ta' SSB mill-Indja, taw l-informazzjoni mitluba fl-Anness I tan-Notifika ta' Bidu għall-finijiet tat-teħid tal-kampjun. Il-Kummissjoni ħadet kampjun ta' tliet produtturi esportaturi jew gruppi ta' produtturi esportaturi bl-ogħla volum ta' bejgħ ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni (li jirrappreżenta 62 % tal-volum tal-esportazzjonijiet mill-kumpaniji li kkooperaw) li setgħu jiġu raġonevolment investigati fiż-żmien disponibbli.

(19)

Skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi kollha magħrufa kkonċernati, u l-awtoritajiet tal-Indja, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma sar l-ebda kumment.

1.4.1.4.   L-utenti

(20)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-utenti u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u organizzazzjonijiet tal-konsumaturi sabiex jippreżentaw ruħhom u jikkooperaw. L-ebda utent fl-Unjoni jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom ma ppreżenta ruħu.

1.4.2.   Il-kwestjonarji u ż-żjarat ta' verifika

(21)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oħrajn kollha li ppreżentaw ruħhom sal-iskadenzi kif stabbilit fin-Notifika ta' Bidu.

(22)

Dan kien jinkludi l-GTI, tliet esportaturi produtturi fil-kampjun fl-Indja, tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, żewġ importaturi msemmija fil-premessa (16) hawn fuq, il-Eurofer, u assoċjazzjoni oħra ta' produtturi tal-Unjoni.

(23)

Ir-risposti għall-kwestjonarji waslu mingħand tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, il-Eurofer, il-GTI, u tliet produtturi esportaturi fl-Indja fil-kampjun.

(24)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li kkunsidrat neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' sussidjar; u ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' ħsara; u jekk iż-żamma tal-miżuri kompensatorji tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

(25)

Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-GTI f'Delhi, l-Indja u fil-bini tal-Eurofer fi Brussell, il-Belġju, u l-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Unjoni:

Ugitech SA, Ugine, Franza;

Acerinox SA, Madrid, Spanja;

A.I. Olarra SA, Bilbao, Spanja.

(b)

Produtturi esportaturi fl-Indja:

Chandan Steel Limited, Mumbai, Maharashtra

Isinox Steel Limited, Mumbai, l-Indja;

Venus Group;

Hindustan Inox Ltd, Mumbai, l-Indja;

Precision Metals, Mumbai, l-Indja,

Sieves Manufactures Pvt. Ltd, Mumbai, l-Indja;

Venus Wire Industries Pvt. Ltd, Mumbai, l-Indja.

1.5.   Il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(26)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' ssusidjar u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' April 2015 sal-31 ta' Marzu 2016 (il-“PIR”).

(27)

L-istħarriġ ta' tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   IL-PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(28)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess prodott bħal dak definit fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri vireg u staneg ta' azzar li ma jsaddadx, mhux maħduma aktar wara li jiġu ffurmati fil-kesħa jew irfinuti fil-kesħa, minbarra staneg u vireg ta' sezzjoni trasversali ċirkolari b'dijametru ta' 80 mm jew aktar (l-“SSB” jew il-“prodott taħt rieżami”), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7222 20 21, 7222 20 29, 7222 20 31, 7222 20 39, 7222 20 81 u 7222 20 89 u joriġinaw mill-Indja (il-“prodott ikkonċernat”).

2.2.   Il-prodott simili

(29)

L-investigazzjoni uriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat

il-prodott li huwa mmanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(30)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili skont l-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

3.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI TAS-SUSSIDJAR

3.1.   Introduzzjoni

(31)

Skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti tistax x'aktarx twassal għal kontinwazzjoni tas-sussidjar.

(32)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni inkluża fit-talba għal rieżami u fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, ġew investigati l-iskemi li ġejjin, li allegatament kienu jinvolvu l-għoti ta' sussidji:

 

Skemi nazzjonali

(a)

Skema ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (Advance Authorization Scheme, AAS)

(b)

Skema ta' Rifużjoni tad-Dazji (Duty Drawback Scheme, DDS)

(c)

Skema tal-Passbook għall-Intitolament tad-Dazji (Duty Entitlement Passbook Scheme, DEPBS)

(d)

Awtorizzazzjoni tal-Importazzjoni Ħielsa mid-Dazju (Duty Free Import Authorisation, DFIA)

(e)

Eżenzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni minn Taxxi fuq l-Imgħax (Exemption of Export Credit from Interest Taxes)

(f)

Skema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (Export Credit Scheme, ECS)

(g)

Skema ta' Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta' Oġġetti Kapitali (Export Promotion Capital Goods Schem, EPCGS)

(h)

Garanziji ta' self u trasferimenti ta' fondi diretti mill-Gvern tal-Indja

(i)

Skema ta' Esportazzjoni tal-Merkanzija mill-Indja (Merchandise Exports from India Scheme, MEIS)

 

Skemi reġjonali

(j)

Pakkett ta' Skemi ta' Inċentivi (Package Scheme of Incentives, PSI)

(k)

Sussidji reġjonali

(33)

L-iskemi elenkati fil-punti (a), (c), (d), (g) u (i) hawn fuq huma bbażati fuq il-Foreign Trade (Development and Regulation) Act 1992 (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta' Awwissu 1992 (“Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GTI biex joħroġ notifiki dwar il-politika tal-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn huma mogħtija fil-qosor fid-dokumenti msejħa “Foreign Trade Policy”, li jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames (5) snin u jiġu aġġornati regolarment. Żewġ dokumenti tal-Foreign Trade Policy huma rilevanti għall-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami ta' din l-investigazzjoni: Foreign Trade Policy 2009-2014 (“FTP 09-14”) u Foreign Trade Policy 2015-2020 (“FTP 15-20”). Dan tal-aħħar daħal fis-seħħ f'April 2015. Il-GTI jistabbilixxi wkoll il-proċeduri li jirregolaw l-FTP 09-14 u l-FTP 15-20 fil-“Handbook of Procedures, Volume I, 2009-2014” (“HOP I 04-09”) u l-“Handbook of Procedures, Volume I, 2015-2020” (“HOP I 15-20”) rispettivament. Il-Manwali ta' Proċeduri (“Handbooks of Procedures”) huma aġġornati fuq bażi regolari.

(34)

Id-DDS speċifikata taħt il-punt (b) hawn fuq hija bbażata fuq it-Taqsima 75 tal-Att dwar id-Dwana tal-1962, it-Taqsima 37 tal-Att tas-Sisa Ċentrali tal-1944, fuq it-Taqsimiet 93 A u 94 tal-Att Finanzjarju tal-1994 u fuq id-Dwana, Dazji tas-Sisa Ċentrali u Regoli ta' Rifużjoni ta' Taxxa tas-Servizz tal-1995. Ir-rati ta' rifużjoni huma ppubblikati fuq bażi regolari.

(35)

L-Eżenzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni minn Taxxi fuq l-Imgħax taħt il-punt (e) hawn fuq hija bbażata fuq l-Att tat-Taxxa fuq l-Imgħax, 1974.

(36)

L-ECS fil-punt (f) hawn fuq hija bbażata fuq it-Taqsimiet 21 u 35 A tal-Att dwar ir-Regolamentazzjoni Bankarja tal-1949, li jippermetti lir-Reserve Bank of India (“RBI”) jidderieġi l-banek kummerċjali fil-qasam tal-kreditu għall-esportazzjoni.

(37)

Il-Garanziji ta' Self u t-trasferimenti ta' fondi diretti mill-GTI msemmija fil-punt (h) hawn fuq huma rregolati mill-Politika tal-Gvern dwar il-Garanziji.

(38)

Il-PSI fil-punt (j), applikabbli mill-1 ta' April 2013, huwa bbażat fuq Riżoluzzjoni Nru: PSI–2013/(CR–54)/IND–8, maħruġ mill-Government of Maharashtra Industries, Energy and Labour Department.

(39)

L-Iskemi ta' Sussidju Reġjonali msemmija fil-punt (k) huma rregolati mill-gvernijiet reġjonali.

3.2.   Skema ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (Advance Authorization Scheme, AAS)

3.2.1.   Il-bażi ġuridika

(40)

Id-deskrizzjoni ddettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi minn 4.1.1 sa 4.1.14 tal-FTP 09-14 u l-Kapitoli minn 4.1 sa 4.30 tal-HOP I 09-14, kif ukoll fil-paragrafi minn 4.03 sa 4.24 tal-FTP 15-20 u l-Kapitoli minn 4.04 sa 4.52 tal-HOP I 15-20.

3.2.2.   Eliġibbiltà

(41)

L-AAS tikkonsisti f'sitt sottoskemi, kif deskritt f'iktar dettall fil-premessa (42) iktar 'l isfel. Dawn is-sottoskemi huma differenti, inter alia, fl-ambitu tal-eliġibbiltà. Il-manifatturi-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi “marbuta” ma' manifatturi ta' sostenn huma eliġibbli għall-esportazzjonijiet fiżiċi AAS u għall-AAS għal sottoskemi ta' rekwiżit annwali. Il-manifatturi-esportaturi li jfornu lill-esportatur finali huma eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Kuntratturi ewlenin li jfornu lill-kategoriji ta' “esportazzjoni preżunta” msemmija fil-paragrafu 7.02 tal-FTP 15-20, bħal fornituri ta' unità orjentata lejn l-esportazzjoni (export oriented unit, “EOU”), huma eliġibbli għas-sottoskema tal-esportazzjoni preżunta tal-AAS. Eventwalment, il-fornituri intermedji tal-manifatturi-esportaturi huma eliġibbli għall-benefiċċji ta' “esportazzjoni preżunti” skont is-sottoskemi tal-Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (Advance Release Order) u l-ħruġ ta' ittra ta' kreditu interna immedjatament kif tagħlaq dik ta' qabel.

3.2.3.   Implimentazzjoni prattika

(42)

L-AAS tista' tinħareġ għal:

(a)

Esportazzjonijiet fiżiċi: Din hi s-sottoskema ewlenija. Hija tippermetti l-importazzjoni bla dazju ta' materjal meħtieġ għall-produzzjoni li tirriżulta fi prodott ta' esportazzjoni speċifiku. “Fiżiku” f'dan il-kuntest tfisser li l-prodott għall-esportazzjoni jrid iħalli t-territorju Indjan. Konċessjoni għall-importazzjoni u obbligu għall-esportazzjoni inkluż it-tip ta' prodott għall-esportazzjoni jkunu speċifikati fil-liċenzja;

(b)

Rekwiżit annwali: Din l-awtorizzazzjoni mhijiex konnessa ma' prodott ta' esportazzjoni speċifiku, iżda ma' grupp ta' prodotti aktar wiesa' (pereżempju, prodotti kimiċi u dawk relatati). Id-detentur ta' liċenzja jista'– sa ċertu limitu fil-valur iffissat skont kif tkun marret l-esportazzjoni fil-passat — jimporta bla ħlas ta' dazju dak kollu li jkun se jintuża għall-manifattura tal-oġġetti li jaqgħu f'dan il-grupp ta' prodotti. Jista' jagħżel li jesporta kwalunkwe prodott li jirriżulta u li huwa fil-grupp ta' prodotti li juża dan il-materjal eżentat mid-dazju;

(c)

Provvisti intermedji: Din is-sottoskema tkopri l-każijiet meta żewġ manifatturi jkun biħsiebhom jipproduċu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu l-proċess ta' produzzjoni. Il-manifattur-esportatur li jipproduċi l-prodott intermedju jista' jimporta materjal meħtieġ għall-manifattura u jista' jikseb għal dan l-għan AAS għal provvisti intermedji. L-esportatur aħħari jiffinalizza l-produzzjoni u huwa obbligat li jesporta l-prodott lest;

(d)

Esportazzjonijiet preżunti: Din is-sottoskema tippermetti li kuntrattur ewlieni jimporta mingħajr dazju l-materjal meħtieġ għall-manifattura ta' prodotti li jkunu se jinbiegħu bħala “esportazzjonijiet preżunti” lill-kategoriji ta' klijenti msemmija fil-paragrafu 7.02 minn (b) sa (f), (g), (i) u (j) tal-FTP 15-20. Skont il-GTI, esportazzjonijiet preżunti jirreferu għal dawk it-tranżazzjonijiet li fihom il-merkanzija fornuta ma tħallix il-pajjiż. Numru ta' kategoriji ta' provvista huma kkunsidrati bħala oġġetti preżunti esportati sakemm il-prodotti jkunu manifatturati fl-Indja, eż. provvista ta' prodotti lejn EOU jew lejn kumpanija lokalizzata f'żona ekonomika speċjali (“ŻES”);

(e)

Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (“ARO”): Id-detentur tal-AAS li għandu l-intenzjoni li jġib il-materjal meħtieġ għall-manifattura minn sorsi indiġeni, minflok ma jimporta direttament, għandu l-għażla li jġibhom permezz tal-AROs. F'dawn il-każijiet l-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem huma vvalidati bħala AROs u huma pagabbli lill-fornitur indiġenu wara li sseħħ il-kunsinna tal-oġġetti speċifikati fiha. Il-ġira tal-kambjala tal-ARO tintitola lill-fornitur indiġenu għall-benefiċċji ta' esportazzjoni preżunta kif stipulat fil-paragrafu 7.03 tal-FTP 15-20 (jiġifieri AAS għal provvisti intermedji/esportazzjoni preżunta, rifużjoni fuq l-esportazzjoni preżunta u rimborż fuq id-dazju tas-sisa finali). Il-mekkaniżmu ARO jirrimborża t-taxxi u d-dazji lill-fornitur minflok ma jirrifondihom lill-esportatur finali fil-forma ta' rifużjoni/rimborż tad-dazji. Ir-rimborż ta' taxxi/dazji huwa disponibbli kemm għall-materjal meħtieġ għall-manifattura indiġenu kif ukoll dak importat;

(f)

Ittra ta' kreditu interna wara l-oħra: Din is-sottoskema tkopri għal darb'oħra provvisti indiġeni lil detentur tal-Awtorizzazzjoni bil-Quddiem. Id-detentur ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem jista' jkellem lil xi bank biex jiftaħ ittra ta' kreditu interna favur fornitur indiġenu. L-awtorizzazzjoni tiġi vvalidata mill-bank għal importazzjoni diretta, fir-rigward biss tal-valur u l-volum ta' oġġetti miġjuba minn sorsi indiġeni minflok ma jkunu importati. Il-fornitur indiġenu jkun intitolat għall-benefiċċji ta' esportazzjoni preżunta kif stipulat fil-paragrafu 7.03 tal-FTP 15-20 (jiġifieri AAS għall-provvisti intermedji/esportazzjoni preżunta, rifużjoni fuq l-esportazzjoni preżunta u rimborż fuq id-dazju tas-sisa finali).

(43)

Il-Kummissjoni skopriet li l-produtturi esportaturi li kkooperaw li kienu qed jużaw l-iskema kisbu konċessjonijiet taħt l-ewwel sottoskema, jiġifieri l-esportazzjonijiet fiżiċi tal-AAS matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, mhuwiex neċessarju li jkun stabbilit l-ammont ta' kumpens tas-sottoskemi mhux użati li jifdal.

(44)

Għal skopijiet ta' verifika mill-awtoritajiet Indjani, detentur ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem huwa legalment obbligat li jżomm “rendikont veru u proprju tal-konsum u l-utilizzazzjoni ta' prodotti bla dazju importati/akkwistati domestikament” f'format speċifikat (il-Kapitoli 4.47, 4.51 u l-Appendiċi 4H HOP I 15-20), jiġifieri reġistru ta' konsum attwali. Dan ir-reġistru jrid jiġi vverifikat minn kontabilist awtorizzat estern/kontabilist estern tal-ispejjeż u x-xogħlijiet li jiċċertifika li r-reġistri preskritti u r-rekords rilevanti ġew eżaminati u li l-informazzjoni fornuta skont l-Appendiċi 4H hija vera u korretta f'kull aspett.

(45)

Fir-rigward tas-sottoskema użata matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami mill-kumpaniji kkonċernati, jiġifieri l-esportazzjonijiet fiżiċi, il-konċessjoni ta' importazzjoni u l-obbligu ta' esportazzjoni, dawn huma ffissati fil-volum u fil-valur mill-GTI u jiġu ddokumentati fuq l-Awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, fil-ħin tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, it-tranżazzjonijiet korrispondenti għandhom ikunu dokumentati minn uffiċjali tal-Gvern fuq l-Awtorizzazzjoni. Il-volum tal-importazzjonijiet permessi skont l-AAS huwa ddeterminat mill-GTI fuq il-bażi ta' Regoli Standard ta' Input-Output (“SIONs”) li jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti, inkluż il-prodott ikkonċernat.

(46)

Il-materjali importati biex jintużaw għall-manifattura mhumiex trasferibbli u jridu jintużaw biex ikun maħdum il-prodott esportat li jirriżulta. L-obbligu ta' esportazzjoni jrid ikun issodisfat fil-limitu ta' żmien stipulat wara l-ħruġ tal-liċenzja (18-il xahar b'żewġ estensjonijiet possibbli ta' sitt (6) xhur kull waħda).

(47)

Il-Kummissjoni stess stabbilixxiet li ma hemm l-ebda konnessjoni mill-qrib bejn il-materjal meħtieġ għall-manifattura importat u l-prodotti lesti esportati. Il-materjal meħtieġ għall-manifattura eliġibbli huwa wkoll importat u użat għal prodotti oħra minbarra l-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, il-liċenzji għal diversi prodotti jistgħu jinġabru flimkien. Dan ifisser li l-esportazzjonijiet koperti mil-liċenzja AAS ta' prodott wieħed tista' tagħti dritt għal importazzjonijiet mingħajr dazju ta' materjal meħtieġ għall-manifattura koperti minn liċenzja AAS għal prodott ieħor.

(48)

Matul iż-żjara ta' verifika mwettqa mill-Kummissjoni, wieħed mill-produtturi esportaturi kkonferma li minħabba dan in-nuqqas ta' rabta ċara, il-konsum tal-materjal meħtieġ għall-manifattura qed jiġi rrappurtat fuq il-bażi ta' SIONs. Il-produttur esportatur l-ieħor li kien qed juża l-iskema ddikjara li għandu sistema ta' ttraċċar li permezz tagħha materjal meħtieġ għall-manifattura importat taħt l-iskema huwa ttraċċat sal-prodott finali. Madankollu, il-kumpanija ma kinitx f'pożizzjoni li tagħti deskrizzjoni ta' din is-sistema fid-dokumenti interni tagħha. Din is-sistema qatt ma ġiet ivverifikata.

(49)

Wieħed mill-esportaturi produtturi ma setax jippreżenta appendiċi 4H għal-liċenzji AAS tagħhom. Il-produttur esportatur l-ieħor ippreżenta appendiċi 4H wieħed li ma kien juri l-ebda remissjoni eċċessiva. Madankollu, mill-kliem tad-dikjarazzjoni tal-kontabilist awtorizzat f'appendiċi 4H u kkonfermat mill-GTI matul iż-żjara ta' verifika jirriżulta li l-eżami mill-kontabilist awtorizzat huwa limitat għal jekk iċ-ċifri fl-Appendiċi 4H rilevanti jaqblux mar-rekords tal-kumpanija. Barra minn hekk, produttur esportatur partikolari kkonferma li l-kontabilist awtorizzat jiffoka fuq jekk l-obbligu ta' esportazzjoni jaqbilx mal-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni skont is-SION taħt il-liċenzji rilevanti. Ma jistaqsix u lanqas jeżamina jekk il-konsum reali jikkorrispondix mas-SION rilevanti. Konsegwentement, il-kontabilist awtorizzat ma jivverifikax jekk ir-rekords infushom jurux stampa reali u vera tal-konsum u użu tal-merkanzija importata mingħajr dazju/mixtrija lokalment. Għandu jiġi nnotat li matul u wara ż-żjara ta' verifika l-GTI ma kienx f'pożizzjoni li jagħti lill-Kummissjoni kopja waħda tal-appendiċi 4H sottomessi lilu mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. Fil-qosor, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żewġ kumpaniji li kienu qed jużaw l-iskema ma kinux f'pożizzjoni li juru li d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-FTP ġew issodisfati.

3.2.4.   Konklużjoni dwar l-AAS

(50)

L-eżenzjoni mid-dazji ta' importazzjoni hija sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri tikkostitwixxi kontribut finanzjarju tal-Gvern tal-Indja billi tnaqqas id-dħul mid-dazju li kieku kien ikun dovut u tagħti benefiċċju lill-esportatur investigat peress li ttejjeb il-likwidità tiegħu.

(51)

Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet fiżiċi tal-AAS jiddependu fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk preżunti bħala speċifiċi u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn li tesporta, kumpanija ma tistax tikseb benefiċċji minn din l-iskema.

(52)

Is-sottoskema użata fil-każ preżenti ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' rifużjoni ta' dazju jew sistema ta' rifużjoni ta' dazju fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din ma hijiex konformi mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, entrata (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għal rifużjoni b'sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Il-GTI ma applikax sistema jew proċedura ta' verifika b'mod effettiv biex jikkonferma jekk il-materjal meħtieġ għall-manifattura ġiex ikkonsmat fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f'liema ammonti (l-Anness II(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta' skemi ta' rifużjoni b'sostituzzjoni, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Huwa kkunsidra wkoll li l-SIONs għall-prodott ikkonċernat ma kinux preċiżi biżżejjed u li fihom infushom ma jistgħux jikkostitwixxu sistema ta' verifika ta' konsum attwali billi t-tfassil ta' dawk in-normi standard ma jippermettix li l-GTI jivverifika bi preċiżjoni suffiċjenti x'ammonti ta' materjal meħtieġ għall-manifattura ġie kkonsmat fil-produzzjoni tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, il-GTI ma għamilx eżami ulterjuri bbażat fuq il-materjal meħtieġ għall-manifattura effettivament involut, għalkemm dan ikollu jsir fin-nuqqas ta' sistema ta' verifika applikata b'mod effettiv (l-Anness II(5) u l-Anness III(II)(3) għar-Regolament bażiku).

(53)

Is-sottoskema hija għalhekk kumpensabbli.

3.2.5.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(54)

Fin-nuqqas ta' sistemi awtorizzati ta' rifużjoni tad-dazju jew sistemi ta' rifużjoni b'sostituzzjoni, il-benefiċċju kumpensatorju huwa r-remissjoni tad-dazji tal-importazzjoni totali normalment dovuti mal-importazzjoni tal-materjal meħtieġ għall-manifattura. F'dan ir-rigward, huwa osservat li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-ammont kumpensatorju tar-remissjoni “eċċessiva” tad-dazji. Skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) tar-Regolament bażiku hija biss ir-remissjoni eċċessiva ta' dazji li tista' tiġi kkumpensata meta jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Madanakollu, dawn il-kundizzjonijiet ma ġewx issodisfati fil-każ preżenti. Għalhekk, jekk ma jkunx muri proċess ta' sorveljanza adegwat, l-eċċezzjoni msemmija hawn fuq għal skemi ta' rifużjoni mhix applikabbli u tapplika r-regola normali tal-ammont kumpensatorju fuq l-ammont ta'dazji mhux imħallsa (dħul mifluf), pjuttost milli kwalunkwe remissjoni eċċessiva intenzjonata. Kif stabbilit fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku, mhijiex ir-responsabbiltà tal-awtorità tal-investigazzjoni li tikkalkula din ir-remissjoni eċċessiva. Għall-kuntrarju ta' dan, skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku, l-awtorità tal-investigazzjoni għandha tistabbilixxi biss biżżejjed evidenza sabiex tiċħad l-adegwatezza tas-sistema ta' verifika allegata.

(55)

Kif spjegat fil-premessa (47) hawn fuq, l-intitolament għall-benefiċċju (jiġifieri l-esportazzjoni bil-liċenzja) u l-għoti tal-benefiċċju (jiġifieri importazzjoni ħielsa mid-dazju tal-materjal meħtieġ għall-manifattura) mhumiex marbutin mill-qrib ma' xulxin. Ma għandhomx għalfejn iseħħu f'xi ordni jew prossimità ta' żmien partikolari. Huwa għalhekk possibbli li filwaqt li l-intitolament iseħħ matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, l-għoti relatat jista' jseħħ kemm qabel kif ukoll wara l-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, permezz ta' ġbir flimkien, l-intitolament għall-benefiċċji skont liċenzja għal prodott wieħed jista' jiġi ttrasferit sabiex fl-aħħar mill-aħħar ikun ta' benefiċċju għal prodott ieħor.

(56)

Fir-Regolament definittiv l-ammont tas-sussidju mill-AAS kien ikkalkulat abbażi tad-dazji tal-importazzjonijiet mitlufa fuq il-materjal kollu importat għall-prodotti SSB taħt l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. Dan l-ammont ta' sussidju mbagħad ġie allokat fuq l-fatturat tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali.

(57)

Iż-żewġ produtturi esportaturi li kienu jużaw l-AAS qablu mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni kif stabbilita fil-premessa (55) hawn fuq u kkonfermaw li l-esportazzjonijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami tal-prodott ikkonċernat kien jintitolahom għal benefiċċju, li parti minnu kienet ingħatat jew ser tingħata barra mill-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, wieħed mill-produtturi esportaturi kkonferma li, minħabba l-mod ta' kif sar il-proċess tat-tidwib, ma jistax ikun eskluż li importazzjonijiet tal-materjal meħtieġ għall-manifattura taħt liċenzji AAS għal SSB spiċċa fi prodotti oħra u li importazzjonijiet ta' materjal meħtieġ għall-manifattura taħt liċenzji AAS għal prodotti oħra spiċċa f'SSB. Konsegwentement, il-produttur esportatur qabel li jekk tħares biss lejn id-dazju ċedut għall-importazzjonijiet taħt liċenzji AAS għal SSB matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami ma jirriflettix il-benefiċċju reali mogħti lill-esportazzjonijiet ta' SSB matul dak il-perjodu tal-iskema. Minħabba n-nuqqas ta' data adegwata, il-Kummissjoni ma kinitx f'pożizzjoni li tikkalkula l-ammont ta' sussidju fuq il-bażi ta' dazji ta' importazzjoni ċeduti fuq il-materjali kollha importati għal SSB fl-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami bħal fl-investigazzjoni oriġinali.

(58)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, iż-żewġ kumpaniji qablu li jikkalkulaw l-ammont tas-sussidju fuq il-bażi tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni kollha kklerjati matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami skont il-liċenzji tal-AAS relatati mal-prodott ikkonċernat. Kull kumpanija pproponiet metodoloġija adegwata għas-sitwazzjoni partikolari tagħha (f'dan il-każ skont il-firxa ta' materja prima importata għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat). Jew bl-użu tas-SION jew bil-valur miżjud medju taħt il-liċenzji kollha preċedenti miftuħa għall-prodott ikkonċernat, l-ammont ta' dazju mfaddal fuq importazzjonijiet tal-materjal meħtieġ għall-manifattura seta' jiġi kkalkulat b'mod affidabbli. Il-Kummissjoni kkunsidrat dawn il-metodoloġiji bħala adegwati u aċċettatahom.

(59)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dawn l-ammonti ta' sussidju ġew allokati fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami bħala d-denominatur adegwat, għax is-sussidju huwa subordinat għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(60)

Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet li rati ta' sussidju fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami kienu jammontaw għal 0,88 % għal Chandan Steel Limited u 1,56 % għal Isinox Steel Limited.

3.3.   Skema ta' Rifużjoni tad-Dazji (Duty Drawback Scheme, DDS)

3.3.1.   Il-bażi ġuridika

(61)

Id-deskrizzjoni dettaljata tad-DDS tinsab fil-Custom & Central Excise Duties Drawback Rules 1995 kif emendata b'notifiki suċċessivi.

3.3.2.   Eliġibbiltà

(62)

Kull manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

3.3.3.   Implimentazzjoni prattika

(63)

Esportatur eliġibbli jista' japplika għal ammont ta' rifużjoni li jiġi kkalkulat bħala perċentwal tal-valur frank abbord (free-on-board, “FOB”) tal-prodotti esportati taħt din l-iskema. Ir-rati ta' rifużjoni kienu stabbiliti mill-GTI għal numru ta' prodotti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Huma jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-kwantità medja jew il-valur medju tal-materjal użat għall-manifattura ta' prodott u l-ammont medju tad-dazji mħallsa fuq il-materjal użat għall-manifattura. Dawn huma applikabbli irrispettivament minn jekk ikunux tħallsu d-dazji tal-importazzjoni jew le. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, ir-rata DDS kienet 1,9 % sat-22 ta' Novembru 2015, imbagħad 2 % b'limitu massimu ta' 3,2 INR/kg sal-10 ta' Frar 2016, u mbagħad 2 % b'limitu massimu ta' 4,3 INR/kg wara din id-data.

(64)

Biex tibbenefika minn din l-iskema, kumpanija trid tesporta. Fil-mument meta d-dettalji tal-konsenja jiddaħħlu fis-server Doganali (ICEGATE), huwa indikat li l-esportazzjoni qed issir taħt id-DDS u l-ammont DDS huwa ffissat irrevokabbilment. Wara li l-kumpanija tal-konsenja tkun ippreżentat il-Manifest Ġenerali tal-Esportazzjoni (Export General Manifest, EGM) u l-Uffiċċju Doganali jkun qabbel b'mod sodisfaċenti dak id-dokument mad-data fil-polza tat-tagħbija, ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha sabiex jiġi awtorizzat il-ħlas tal-ammont ta' rifużjoni jew permezz ta' ħlas dirett fil-kont bankarju tal-esportatur jew permezz ta' mandat.

(65)

L-esportatur għandu jipproduċi wkoll evidenza ta' realizzazzjoni tar-rikavat mill-esportazzjoni permezz ta' dokumentazzjoni bankarja li tikkonferma l-ħlas mill-esportazzjoni (Bank Realisation Certificate, BRC). Dan id-dokument jista' jiġi pprovdut wara li jkun tħallas l-ammont ta' rifużjoni iżda l-GTI jirkupra l-ammont imħallas jekk l-esportatur jonqos milli jippreżenta l-BRC fi żmien raġonevoli.

(66)

L-ammont ta' rifużjoni jista' jintuża għal kwalunkwe għan.

(67)

Skont l-istandards Indjani tal-kontabilità, l-ammont ta' rifużjoni tad-dazji jista' jiddaħħal fil-kotba fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet kummerċjali, malli jitwettaq l-obbligu ta' esportazzjoni.

(68)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw komplew jibbenefikaw mid-DDS matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

3.3.4.   Konklużjoni dwar id-DDS

(69)

Id-DDS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. L-hekk imsejjaħ ammont ta' rifużjoni tad-dazju huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI minħabba li jieħu l-forma ta' trasferiment dirett tal-fondi mill-GTI. Ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-użu ta' dawn il-fondi. Barra minn hekk, l-ammont ta' rifużjoni tad-dazji jagħti benefiċċju lill-esportatur, peress li jtejjeb il-likwidità tiegħu.

(70)

Ir-rata ta' rifużjoni tad-dazju għall-esportazzjonijiet hija ddeterminata mill-GTI fuq bażi ta' prodott. Madankollu, għalkemm is-sussidju huwa msejjaħ rifużjoni tad-dazju, l-iskema ma għandhiex il-karatteristiċi ta' sistema ta' rifużjoni ta' dazju permissibbli jew sistema ta' rifużjoni b'sostituzzjoni fil-kuntest tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-ħlas f'kontanti lill-esportatur mhuwiex marbut ma' ħlasijiet reali ta' dazji fuq l-importazzjoni fuq il-materja prima, u mhuwiex kreditu fuq id-dazju biex ipatti għad-dazji fuq importazzjoni ta' materja prima fil-passat jew fil-futur.

(71)

Matul iż-żjara ta' verifika, il-GTI ddikjara li kien hemm rabta adegwata bejn ir-rati ta' rifużjoni kif ukoll id-dazji mħallsa fuq il-materja prima. Dan minħabba li l-GTI jqis il-kwantità jew il-valur medji tal-materjal li jintuża għall-manifattura tal-prodott kif ukoll l-ammont medju ta' dazji mħallsa fuq il-materjal li jintuża għall-manifattura fid-determinazzjoni tar-rati ta' rifużjoni fuq id-dazji.

(72)

Madankollu, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li r-rabta allegata bejn ir-rati ta' rifużjoni u d-dazji mħallsa fuq il-materja prima hija biżżejjed sabiex l-iskema tkun tikkonforma mar-regoli stipulati fl-Anness I, l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għas-sistema ta' rifużjoni b'sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari, l-ammont tal-kreditu mhuwiex ikkalkulat skont il-materjal meħtieġ użat għall-manifattura. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema materjal meħtieġ għall-manifattura (inkluż l-ammont u l-oriġini tiegħu) jiġi kkonsmat fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta' dazji tal-importazzjoni fis-sens tal-entrata (I) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, ma sar l-ebda studju ulterjuri mill-GTI fuq il-bażi tal-materjal meħtieġ għall-manifattura u t-tranżazzjonijiet li effettivament intużaw jew saru sabiex jiddetermina jekk kienx hemm ħlas eċċessiv. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

(73)

Konsegwentement, il-ħlas li jieħu l-forma ta' trasferiment dirett tal-fondi mill-GTI sussegwenti għal esportazzjonijiet li jsiru mill-esportaturi għandu jitqies bħala għotja diretta tal-GTI li tiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u għalhekk huwa kkunsidrat bħala speċifiku u kumpensatorju skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

3.3.5.   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(74)

Skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' sussidji kumpensatorji kien ikkalkulat f'termini tal-benefiċċju li jingħata lil min jirċevih, li jinstab li jeżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. F'dan ir-rigward, ġie kkunsidrat li l-benefiċċju huwa mogħti lil min jirċevih fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta' esportazzjoni f'din l-iskema. F'dan il-mument il-GTI jkun obbligat li jħallas l-ammont ta' rifużjoni, xi ħaġa li tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tat-tagħbija tal-esportazzjoni li turi, fost ħwejjeġ oħra, l-ammont ta' rifużjoni li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta' esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, u billi ma hemm l-ebda evidenza kredibbli li turi mod ieħor, huwa meqjus xieraq li l-benefiċċju skont id-DDS jiġi vvalutat bħala t-total tal-ammonti ta' rifużjoni miksuba fuq it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni li jkunu saru taħt din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(75)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dawn l-ammonti ta' sussidju ġew allokati fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami bħala d-denominatur adegwat, għax is-sussidju huwa suġġett għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(76)

Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet li r-rati ta' sussidju fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami kienu jammontaw għal 1,02 % għal Chandan Steel Limited, għal 0,66 % għal Isinox Steel Limited u 1,82 % għall-Venus Group.

3.4.   Skema tal-Passbook għall-Intitolament tad-Dazji (Duty Entitlement Passbook Scheme, DEPBS)

(77)

L-investigazzjoni żvelat li l-iskema twaqqfet u ma tat l-ebda benefiċċju lill-produtturi esportaturi fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, li uriet li ma kinitx meħtieġa evalwazzjoni ulterjuri tal-effett kumpensatorju tagħha għall-finijiet ta' din l-investigazzjoni.

3.5.   Awtorizzazzjoni tal-Importazzjoni Ħielsa mid-Dazju (Duty Free Import Authorisation, DFIA)

(78)

L-investigazzjoni żvelat li l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma kien ibbenefika minn din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, li uriet li ma kinitx meħtieġa evalwazzjoni ulterjuri tal-effett kumpensatorju tagħha għall-finijiet ta' din l-investigazzjoni.

3.6.   Eżenzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni minn Taxxi fuq l-Imgħax (Exemption of Export Credit from Interest Taxes)

(79)

L-investigazzjoni żvelat li l-iskema twaqqfet u ma tat l-ebda benefiċċju lill-produtturi esportaturi fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, li uriet li ma kinitx meħtieġa evalwazzjoni ulterjuri tal-effett kumpensatorju tagħha għall-finijiet ta' din l-investigazzjoni.

3.7.   Skema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (Export Credit Scheme, ECS)

(80)

L-investigazzjoni żvelat li l-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun użaw din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, peress li rriżulta li l-inċentivi li ħadu kienu negliġibbli, ma kinitx meħtieġa evalwazzjoni ulterjuri tal-effett kumpensatorju tagħha għall-finijiet ta' din l-investigazzjoni.

3.8.   L-Iskema ta' Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta' Oġġetti Kapitali (Export Promotion Capital Goods Schem, EPCGS)

(81)

L-investigazzjoni żvelat li l-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun użaw din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, peress li rriżulta li l-inċentivi li ħadu kienu negliġibbli, ma kinitx meħtieġa evalwazzjoni ulterjuri tal-effett kumpensatorju tagħha għall-finijiet ta' din l-investigazzjoni.

3.9.   Garanziji ta' Self u trasferimenti ta' fondi diretti mill-GTI

(82)

L-investigazzjoni żvelat li l-ebda produttur esportatur fil-kampjun ma rċieva garanziji ta' self u trasferimenti ta' fondi diretti mill-GTI, li setgħu jagħtu benefiċċju matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, u għalhekk ma kinitx meħtieġa evalwazzjoni ulterjuri tal-effett kumpensatorju tagħha għall-finijiet ta' din l-investigazzjoni.

3.10.   Skema ta' Esportazzjoni tal-Merkanzija mill-Indja (Merchandise Exports from India Scheme, MEIS)

3.10.1.   Il-bażi ġuridika

(83)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-MEIS tinsab fil-Kapitolu 3 tal-FTP 15-20 u fil-Kapitolu 3 tal-HOP I 15-20.

(84)

L-MEIS hija l-iskema suċċessur ta' ħames (5) skemi oħra (il-Focus Market Scheme, il-Focus Product Scheme, il-Market Linked Focus Product Scheme, l-Agricultural Infrastructure Incentive Scrip u l-VKGUY).

3.10.2.   Eliġibbiltà

(85)

Kull manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

3.10.3.   Implimentazzjoni prattika

(86)

Il-kumpaniji eliġibbli jistgħu jibbenefikaw mill-MEIS billi jesportaw prodotti speċifiċi lejn pajjiżi speċifiċi li huma kkategorizzati fil-Grupp A (“Swieq Tradizzjonali” inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE), fil-Grupp B (“Swieq Emerġenti u Iffokati”) u l-Grupp C (“Swieq oħrajn”). Il-pajjiżi li jaqgħu taħt kull grupp u l-lista ta' prodotti b'rati ta' ppremjar korrispondenti kienu speċifikati fit-Tabella 1 u fit-Tabella 2 rispettivament tal-Appendiċi 3B tal-FTP 15-20. Lejn it-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami id-distinzjoni bejn diversi swieq ġiet abolita u l-iskema saret disponibbli għal kulħadd.

(87)

Il-benefiċċju jieħu l-forma ta' kreditu ta' dazju ekwivalenti għal perċentwal tal-valur FOB tal-esportazzjoni. Fil-każ tal-SSB, fil-bidu tal-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami dan il-perċentwal instab li huwa 2 % għal esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi tal-Grupp B u 0 % għal esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi tal-Grupp A u Ċ. Kif imsemmi fil-premessa (86) hawn fuq, fi tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, id-distinzjoni bejn il-gruppi ta' pajjiżi ġiet abolita u t-2 % ġiet applikabbli għall-pajjiżi kollha. Ċerti tipi ta' esportazzjonijiet huma esklużi mill-iskema, pereżempju, l-esportazzjonijiet ta' prodotti importati jew prodotti ttrasbordati, esportazzjonijiet preżunti, esportazzjonijiet ta' servizzi u l-fatturat tal-esportazzjoni ta' unitajiet li joperaw taħt żoni ekonomiċi speċjali/unitajiet li joperaw fl-esportazzjoni.

(88)

Il-krediti tad-dazju taħt l-MEIS huma trasferibbli liberament u huma validi għal perjodu ta' 18-il xahar mid-data tal-ħruġ. Jistgħu jintużaw għal: (i) ħlas tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet ta' materjal meħtieġ għall-manifattura jew ta' oġġetti inklużi oġġetti kapitali, (ii) ħlas ta' dazji tas-sisa fuq l-akkwist domestiku ta' materjal meħtieġ għall-manifattura jew ta' oġġetti inklużi oġġetti kapitali u, (iii) ħlas tat-taxxa tas-servizzi fuq l-akkwist ta' servizzi.

(89)

Fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ Barrani trid timtela applikazzjoni onlajn għat-talba għall-benefiċċji taħt l-MEIS. Dokumentazzjoni rilevanti (poloz tat-tagħbija, dokumentazzjoni bankarja li tikkonferma l-ħlas mill-esportazzjoni u ċertifikat tal-iżbark) trid tkun mehmuża mal-applikazzjoni onlajn. L-Awtorità Reġjonali (“RA”) rilevanti tal-GTI toħroġ il-kreditu ta' dazju wara li tagħmel skrutinju tad-dokumenti. Sakemm l-esportatur jipprovdi d-dokumentazzjoni rilevanti, l-RA ma għandha ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-krediti tad-dazju.

(90)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkooperaw rċevew benefiċċji taħt l-MEIS matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

3.10.4.   Konklużjoni dwar l-MEIS

(91)

L-MEIS tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta' dazju tal-MEIS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi l-kreditu eventwalment jintuża biex ipaċi d-dazji tal-importazzjoni, u b'hekk inaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI li kieku kien irid jitħallas. Barra minn hekk, il-kreditu ta' dazju tal-MEIS jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li jtejjeb il-likwidità tiegħu.

(92)

Barra dan, l-MEIS hija suġġetta skont il-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk hija meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(93)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' rifużjoni tad-dazji jew sistema ta' rifużjoni b'sostituzzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Mhijiex konformi mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I punt (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni b'sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Esportatur ma għandu l-ebda obbligu li fir-realtà jikkonsma l-prodotti importati mingħajr dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont ta' kreditu ma jiġix ikkalkulat skont il-materjal għall-manifattura li verament jintuża. Ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema materjal meħtieġ għall-manifattura jiġi kkunsmat fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta' dazji tal-importazzjoni fit-tifsira tal-punt (I) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji tal-MEIS irrispettivament minn jekk jimportax xi materjal meħtieġ għall-manifattura jew le. Biex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta l-prodotti mingħajr ma jkollu juri li kien importat xi materjal meħtieġ għall-manifattura. Għalhekk, anki l-esportaturi li jakkwistaw il-materjal għall-manifattura kollu tagħhom lokalment u ma jimportaw l-ebda prodott li jista' jintuża bħala materjal għall-manifattura, xorta huma intitolati li jibbenefikaw mill-MEIS. Barra minn hekk, esportatur jista' juża l-krediti ta' dazju tal-MEIS biex jimporta prodotti kapitali għalkemm il-prodotti kapitali mhumiex koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tas-sistemi permissibbli ta' rifużjoni tad-dazji, kif stabbilit fl-Anness I punt (i) tar-Regolament bażiku, minħabba li ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati. Barra minn hekk, ma sar l-ebda studju ulterjuri mill-GTI fuq il-bażi tal-materjal meħtieġ għall-manifattura i u t-tranżazzjonijiet li effettivament intużaw jew saru sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm ħlas eċċessiv.

3.10.5.   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(94)

Skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' sussidji kompensatorji kien ikkalkulat f'termini tal-benefiċċju li jingħata lil min jirċevih, li jinstab li jeżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. F'dan ir-rigward, ġie kkunsidrat li l-benefiċċju huwa mogħti lil min jirċevih fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta' esportazzjoni f'din l-iskema.

(95)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dawn l-ammonti ta' sussidju ġew allokati fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami bħala d-denominatur adegwat, għax is-sussidju huwa suġġett għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(96)

Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet li r-rati ta' sussidju fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami kienu jammontaw għal 1,31 % għal Chandan Steel Limited, għal 1,33 % għal Isinox Steel Limited u 1,00 % għal Venus Group.

(97)

Wara l-iżvelar, wieħed mill-partijiet argumenta li kien biss il-benefiċċju mogħti fir-rigward tal-bejgħ lill-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami li għandu jiġi kkompensat. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (95) hawn fuq, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont tas-sussidju kien allokat fuq il-fatturat tal-esportazzjoni totali tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami bħala denominatur adegwat. L-ammont tal-benefiċċju allokat għall-fatturat iġġenerat mill-esportazzjonijiet lill-Unjoni kien imbagħad ikkompensat.

3.11.   Pakkett ta' Skemi ta' Inċentivi (PSI) ta' Maharashtra

(98)

L-investigazzjoni żvelat li l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma kien ibbenefika minn din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, li uriet li ma kinitx meħtieġa evalwazzjoni ulterjuri tal-effett kompensatorju tagħha għall-finijiet ta' din l-investigazzjoni.

3.12.   Sussidji reġjonali

(99)

L-investigazzjoni żvelat li l-ebda produttur esportatur fil-kampjun ma bbenefika minn dawn l-iskemi matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, u għalhekk ma kinitx meħtieġa evalwazzjoni ulterjuri tal-effett kompensatorju tagħha għall-finijiet ta' din l-investigazzjoni.

3.13.   Ammonti ta' sussidji kompensabbli

(100)

L-ammonti ta' sussidji kompensabbli skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espressi ad valorem, għall-produttur esportatur li kkoopera kienu kif ġej:

Tabella 1

Sussidji kompensatorji

SKEMI

KUMPANIJI

AAS (%)

DDS (%)

MEIS (%)

Total (%)

Chandan Steel Ltd.

0,88

1,02

1,31

3,21

Isinox Steels Limited

1,56

0,66

1,33

3,55

Venus group

ma japplikax

1,82

1,00

2,82

Sors: Investigazzjoni

(101)

L-ammont totali ta' sussidjar jaqbeż il-limitu de minimis imsemmi fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

3.14.   Konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tas-sussidjar

(102)

Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ tkunx probabbli li twassal għal kontinwazzjoni tas-sussidjar.

(103)

Bħalma ntqal fil-premessi (31) sa (101) hawn fuq, kien stabbilit li matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, l-esportaturi Indjani tal-prodott ikkonċernat komplew igawdu mis-sussidju kompensatorju mill-awtoritajiet Indjani.

(104)

L-iskemi tas-sussidji jagħtu benefiċċji rikorrenti u ma hemm l-ebda indikazzjoni li dawn il-benefiċċji se jintemmu fil-futur prevedibbli. Tabilħaqq, is-sussidjar taħt id-DDS u l-MEIS żdied matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Ir-rata u l-limitu taħt id-DDS żdiedu filwaqt li l-MEIS, li kienet disponibbli għall-esportazzjonijiet lejn grupp ta' pajjiżi fil-bidu tal-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami (l-Istati Membri esklużi), saret disponibbli għall-pajjiżi kollha lejn it-tmiem tagħha. L-aħħar bidla għamlet l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni iktar attraenti.

(105)

Minkejja li l-prezzijiet tal-SSB lejn l-Unjoni huma simili għal dawk lejn swieq terzi, il-produtturi esportaturi fil-kampjun kollha għandhom kapaċitajiet sinifikattivi żejda li jvarjaw minn 14 % sa 66 %. L-użu tal-kapaċitajiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kollha (li jirrapreżentaw madwar 46 % tal-importazzjonijiet totali tal-SSB tal-Unjoni mill-Indja) hija ta' madwar 42 %. Il-kapaċità żejda ta' dawk il-produtturi biss hija ta' madwar 156 000 tunnellaġġ metriku, jiġifieri 50 % tal-konsum kollu tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzoni tar-rieżami. Ikkunsidrat li ċ-ċifra ma tinkludix il-kapaċità żejda tal-produtturi esportaturi li jirrapreżetaw lill-kumplament tal-54 % tal-importazzjonijiet totali tal-SSB tal-Unjoni mill-Indja kif ukoll dawk il-produtturi Indjani li ma jesportawx lejn l-Unjoni, din hija stima konservattiva fi-rigward tal-kapaċità żejda totali fl-Indja.

(106)

Skont l-abbozz tal-Politika Nazzjonali dwar l-Azzar fl-Indja għall-2017, fl-2015, l-Indja kienet l-unika ekonomija kbira fid-dinja fejn id-domanda għall-azzar kompliet turi tkabbir pożittiv ta' 5,3 %. Filwaqt li l-produzzjoni għall-konsum domestiku fost il-produtturi esportaturi fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami kienet tvarja minn 1 sa 17 % tal-produzzjoni totali, il-kapaċità żejda tal-produtturi esportaturi li kkooperaw hi ta' madwar 58 %. Konsegwentement, anki jekk it-tkabbir tal-konsum domestiku baqa' fil-livell tal-2015, għandu jieħu numru ta' snin biex ikun kapaċi jassorbi l-kapaċità żejda.

(107)

Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti, minkejja l-miżuri. Il-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw huma orjentati lejn l-esportazzjoni, u jesportaw bejn 83 % u 99 % tal-produzzjoni tal-SSB kollha tagħhom. Minkejja l-miżuri fis-seħħ, l-Unjoni baqgħet destinazzjoni importanti għall-esportazzjoni għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, li jirrapreżentaw minn 35 % sa 53 % tal-esportazzjonijiet tal-SSB kollha tagħhom matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Jekk il-miżuri jitneħħew, huwa probabbli li l-volumi tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, li diġà huma sinifikattivi matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, jiżdiedu. Tabilħaqq, kif diskuss diġà fil-premessa (183) iktar 'l isfel, dan jidher ċar mill-eżempju ta' produttur esportatur wieħed, li d-dazju tiegħu kien imnaqqas għal 0 % wara r-rieżami ta' nofs it-terminu fl-2013.

(108)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni tas-sussidjar.

4.   PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW TA' RIKORRENZA TA' ĦSARA

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(109)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, il-prodott simili kien prodott minn 25 produttur. Huma jikkostitwixxu “l-industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.

4.2.   Kummenti preliminari

(110)

Il-ħsara ġiet stmata fuq il-bażi tat-tendenzi fir-rigward tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività u t-tkabbir miġbur fuq il-livell tal-industrija totali tal-Unjoni u tendenzi li jikkonċernaw il-prezzijiet, il-profittabbiltà, il-likwidità, l-abbiltà li jżidu l-kapital u investimenti, stokks, redditu fuq l-investiment u pagi miġburin fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(111)

Matul il-perjodu kkunsidrat, minbarra l-2013, kien hemm kundizzjonijiet tas-suq pożittivi b'żieda fil-konsum tal-SSB fl-Unjoni. Kif imsemmi fil-premessa (3) hawn fuq, fl-2013, rieżami ta' nofs terminu naqqas id-dazju applikabbli għal Viraj għal 0 %.

4.3.   Il-konsum tal-Unjoni

(112)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni billi għaddet flimkien:

(a)

il-bejgħ ivverifikat fl-Unjoni tat-tliet produtturi esportaturi tal-Unjoni fil-kampjun;

(b)

il-bejgħ fl-Unjoni tal-produtturi fl-Unjoni li kkooperaw li ma kinux inklużi fil-kampjun, li nkiseb mit-talba għar-rieżami u wara verifika ta' data mogħtija mill-Eurofer; kif ukoll

(c)

importazzjonijiet kif irrappurtati mill-Eurostat.

(113)

Il-konsum tal-SSB fl-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Il-konsum tal-Unjoni (TM)

 

2012

2013

2014

2015

PIR

Konsum totali fl-Unjoni (MT)

270 254

259 213

301 309

310 418

314 305

Indiċi (2012 = 100)

100

96

111

115

116

Sors: Eurostat, Eurofer u tweġibiet għall-kwestjonarju

(114)

Il-konsum tal-Unjoni żdied b'16 % matul il-perjodu kkunsidrat. Analiżi sena b'sena turi tnaqqis inizjali ta' 4 % bejn l-2012 u l-2013, u żieda gradwali sussegwenti ta' 20 punt perċentwali jew iktar minn 55 elf tunnellata matul il-perjodu mill-2014 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

4.4.   Importazzjonijiet mill-Indja

4.4.1.   Volum u sehem mis-suq ta' importazzjonijiet mill-Indja

(115)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum ta' importazzjonijiet ta' SSB mill-Indja fl-Unjoni fuq il-bażi ta' data tal-Eurostat u l-ishma tas-suq tal-importazzjonijiet billi qabblet dawn il-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif muri fit-Tabella 2.

(116)

Importazzjonijiet ta' SSB mill-Indja lejn l-Unjoni żviluppaw kif kif ġej:

Tabella 3

Volum ta' importazzjonijiet mill-Indja (MT) u ishma mis-suq

 

2012

2013

2014

2015

PIR

Volum ta' importazzjonijiet mill-Indja (MT)

27 138

27 053

42 631

44 494

44 636

Indiċi (2012 = 100)

100

100

157

164

164

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja (%)

10

10

14

14

14

Indiċi (2012 = 100)

100

102

140

141

140

Sors: Eurostat

(117)

Il-volum ta' importazzjoni mill-Indja lejn l-Unjoni żdied b'mod sinifikattiv b'64 % bi kważi 18 000 tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat. Analiżi sena b'sena turi tnaqqis inizjali fl-2013, u żieda gradwali sussegwenti ta' 57 punti perċentwali fl-2014, żieda oħra ta' 7 punti perċentwali sal-2015 u l-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(118)

Inizjalment, bejn l-2012 u l-2013, l-importazzjonijiet mill-Indja kienu stabbli filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 3 %. Bejn l-2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami l-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu b'64 % filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied b'20 %. Peress li ż-żieda tal-importazzjonijiet mill-Indja kienet ogħla miż-żieda tal-konsum tal-Unjoni, is-sehem tas-suq ta' dawk l-importazzjonijiet żdied minn 10 % għal 14 %.

4.4.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja

(119)

Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja rrappurtati mill-Eurostat.

(120)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet ta' SSB lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjoni mill-Indja

 

2012

2013

2014

2015

PIR

Prezzijiet tal-importazzjoni mill-Indja

(EUR għal kull TM)

2 509

2 233

2 095

2 225

2 165

Indiċi (2012 = 100)

100

89

84

89

86

Sors: Eurostat

(121)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja naqsu b'14 % matul il-perjodu kkunsidrat bl-iktar tnaqqis iseħħ bejn l-2012 u l-2013. Naqsu b'11 % fl-2013 u b'5 punti perċentwali iktar fl-2014, biex żiedu 5 punti perċentwali fl-2015 u tnaqqis ieħor ta' 3 punti perċentwali fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(122)

Għalkemm dan it-tnaqqis segwa t-tendenza 'l isfel tal-prezzijiet tal-materja prima, il-Kummissjoni nnotat li matul il-perjodu kollu kkunsidrat, il-prezz medju tal-importazzjoni għal kull unità mill-Indja kien ferm inqas kemm mill-prezz medju tal-bejgħ ta' kull unità u mill-prezz medju tal-ispiża ta' produzzjoni ta' kull unità tal-industrija tal-Unjoni kif irrappurtat fit-tabella 9, u dan irriżulta fi pressjoni qawwija fuq il-prezz fir-rigward tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni.

4.4.3.   Twaqqigħ tal-prezz

(123)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:

(a)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li ġew iddebitati lill-konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika; kif ukoll

(b)

il-prezzijiet medji ponderati li kkorrispondew għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet mill-prodotturi Indjani fil-kampjun lill-ewwel konsumatur indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbilit fuq il-bażi ta' kost, assigurazzjoni, ġarr (“CIF”), b'aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta' wara l-importazzjoni.

(124)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, aġġustati kif xieraq meta meħtieġ, u wara tnaqqis tar-roħs u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-industrija tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(125)

It-tqabbil wera, għal produtturi esportaturi li kkooperaw, marġni ta' twaqqigħ tal-prezz medju ponderat ta' 12 % fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reieżami.

4.5.   Importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn

(126)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum ta' importazzjonijiet minn pajjiżi oħra minbarra l-Indja fuq il-bażi ta' data tal-Eurostat u l-ishma tas-suq ta' dawn l-importazzjonijiet billi qabblet il-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif muri fit-Tabella 2.

(127)

L-importazzjonijiet ta' SSB fl-Unjoni minn pajjiżi oħra żviluppaw kif ġej:

Tabella 5

Importazzjonijiet ta' SSB minn pajjiżi oħra

 

2012

2013

2014

2015

PIR

Total ta' pajjiżi oħra

Volum ta' importazzjonijiet (TM)

22 035

19 243

20 326

20 367

20 262

Indiċi (2012 = 100)

100

87

92

92

92

Sehem mis-suq (%)

8

7

7

7

6

Prezz medju (EUR/TM)

4 395

4 171

4 178

4 236

4 145

Indiċi (2012 = 100)

100

95

95

96

94

L-Iżvizzera

Volum ta' importazzjonijiet (TM)

9 911

10 122

10 921

10 268

10 578

Indiċi (2012 = 100)

100

102

110

104

107

Sehem mis-suq (%)

4

4

4

3

3

Prezz medju (EUR/TM)

4 364

4 080

4 013

3 960

3 866

Indiċi (2012 = 100)

100

93

92

91

89

L-Ukrajna

Volum ta' importazzjonijiet (TM)

4 276

3 344

2 891

3 773

3 573

Indiċi (2012 = 100)

100

78

68

88

84

Sehem mis-suq (%)

2

1

1

1

1

Prezz medju (EUR/MT)

3 174

2 834

2 805

2 612

2 406

Indiċi (2012 = 100)

100

89

88

82

76

Il-kumplament tal-pajjiżi l-oħra

Volum ta' importazzjonijiet (MT)

7 849

5 777

6 514

6 327

6 111

Indiċi (2012 = 100)

100

74

83

81

78

Sehem mis-suq (%)

3

2

2

2

2

Prezz medju (EUR/MT)

5 099

5 103

5 065

5 651

5 646

Indiċi (2012 = 100)

100

100

99

111

111

Sors: Eurostat

(128)

Il-volum ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra l-Indja naqas b'8 % meta mqabbel maż-żieda ta' 64 % tal-volum tal-importazzjonijiet mill-Indja.

(129)

Matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem tas-suq ta' importazzjonijiet minn pajjiżi oħra minbarra l-Indja naqas minn 8 % għal 6 % filwaqt li s-sehem tas-suq ta' importazzjonijiet mill-Indja żdied minn 10 % għal 14 %.

(130)

L-ishma tas-suq tal-iktar żewġ pajjiżi importaturi importanti wara l-Indja naqsu matul il-perjodu kkunsidrat. Għall-Iżvizzera s-sehem tas-suq naqas minn 4 % għal 3 % u għall-Ukrajna minn 2 % għal 1 %.

(131)

Fil-kuntest tal-konsum tal-Unjoni li żdied b'16 % u sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni li naqas b'3 % matul il-perjodu kkunsidrat, dan ifisser li l-importazzjonijiet mill-Indja iggwadanjaw is-suq mhux mill-industrija tal-Unjoni biss iżda wkoll minn importazzjonijiet oħra.

(132)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn naqas b'rata ferm inqas mgħaġġla mill-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Indja. Naqsu bi 6 % filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Indja naqsu b'14 %.

(133)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Iżvizzera u mill-Ukrajna huma bħala medja ogħla b'mod sinifikattiv mill-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Indja matul il-perjodu kkunsidrat kollu. Madankollu, dawn il-prezzijiet mhux bilfors huma direttament komparabbli, peress li l-prezz medju huwa affettwat minn taħlita ta' prodotti differenti.

(134)

Barra minn hekk, il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Iżvizzera (+ 7 %) u mill-Ukrajna (– 16 %) b'mod partikolari, jew mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha (– 8 %) b'mod ġenerali ma kellhomx daqstant żidiet qawwija bħal dawk mill-Indja (+ 64 %).

(135)

Filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet mill-Indja żdied bi kważi 17 000 tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna naqas b'madwar 700 tunnellata, dak mill-Iżvizzera żdied b'madwar 700 tunnellata u dak mill-pajjiżi terzi kollha l-oħrajn (inklużi l-Iżvizzera u l-Ukrajna) b'madwar 1 700 tunnellata.

(136)

Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq u fid-dawl tal-volumi ta' importazzjoni ferm iżgħar mill-Iżvizzera u mill-Ukrajna meta mqabblin ma' dawk mill-Indja, ma hemm ebda indikazzjoni li l-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi kienu qegħdin jikkaġunaw ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

(137)

Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra minbarra l-Indja (inklużi l-Iżvizzera u l-Ukrajna) għandhom — bħala medja — prezzijiet ogħla mill-importazzjonijiet mill-Indja u kellhom telf ta' sehem mis-suq ta' 2 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.6.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.6.1.   Rimarki ġenerali

(138)

B'konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat l-effett tal-importazzjonijiet sussidjati fuq l-industrija tal-Unjoni billi evalwat l-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(139)

Kif imsemmi fil-premessa (12) hawn fuq, intuża t-teħid ta' kampjuni sabiex jiġi stabbilit il-ħsara li setgħet sofriet l-industrija tal-Unjoni.

(140)

Għad-determinazzjoni tal-ħsara, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi ta' ħsara makroekonomiċi u mikroekonomiċi.

(141)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi ta' data fit-talba għal rieżami, data sottomessa mill-Eurofer u fit-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Id-data kienet tirrigwarda lill-produtturi tal-Unjoni kollha.

(142)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(143)

Irriżulta li ż-żewġ settijiet ta' data jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(144)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-ammont ta' sussidji kompensatorji, u l-irkupru mis-sussidjar ta' qabel.

(145)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' unità, il-kost ta' unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-kapital.

4.6.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.6.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità

(146)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni

 

2012

2013

2014

2015

PIR

Volum ta' produzzjoni (MT)

285 000

269 000

314 000

325 000

326 000

Indiċi (2012 = 100)

100

94

110

114

114

Kapaċità tal-produzzjoni (MT)

475 000

470 000

491 000

494 000

493 500

Indiċi (2012 = 100)

100

99

103

104

104

Użu tal-kapaċità (%)

60

57

64

66

66

Indiċi (2012 = 100)

100

95

107

110

110

Sors: Eurostat, Eurofer u tweġibiet għall-kwestjonarju

(147)

Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Analiżi sena b'sena turi li l-ewwel naqas b'6 % fl-2013 u mbagħad żdied bil-mod b'16-il punt perċentwali fl-2014 u b'4 punti perċentwali oħra fl-2015 sabiex baqa' fl-istess livell fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(148)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b'4 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(149)

Bħala riżultat taż-żieda fil-volum tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità mill-industrija tal-Unjoni żdied b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.6.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(150)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw hekk matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni

 

2012

2013

2014

2015

PIR

Volum tal-bejgħ fl-Unjoni (MT)

221 081

212 917

238 352

245 557

249 407

Indiċi (2012 = 100)

100

96

108

111

113

Sehem mis-suq (%)

82

82

79

79

79

Indiċi (2012 = 100)

100

99

96

96

96

Sors: Eurostat, Eurofer u tweġibiet għall-kwestjonarju

(151)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied matul il-perjodu kkunsidrat b'13 % jew b'iktar minn 28 000 tunnellata, li huwa inqas mit-tkabbir tas-suq ta' 16 %, kif irrappurtat fit-Tabella 2.

(152)

Analiżi sena b'sena turi tnaqqis inizjali ta' 4 % bejn l-2012 u l-2013, u żidiet gradwali sussegwenti ta' 12-il punt perċentwali fl-2014, 3 punti fl-2015 u żewġ punti oħra fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(153)

Is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn 82 % fl-2012 u fl-2013 għal 79 % matul il-perjodu bejn l-2014 u l-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

4.6.2.3.   Tkabbir

(154)

Il-konsum tal-Unjoni żdied matul il-perjodu kkunsidrat b'16 % jew b'44 000 tunnellata. Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied b'13 % jew iktar minn 23 000 tunnellata li, madankollu, issarraf f'telf tal-industrija tal-Unjoni fis-sehem mis-suq ta' 4 punti perċentwali.

4.6.2.4.   Impjiegi u produttività

(155)

L-impjiegi u l-produttività tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 8

L-impjiegi u l-produttività tal-produtturi tal-Unjoni

 

2012

2013

2014

2015

PIR

Numru ta' impjegati

2 150

2 150

2 150

2 150

2 150

Indiċi (2012 = 100)

100

100

100

100

100

Produttività (TM/impjegat)

133

125

146

151

152

Indiċi (2012 = 100)

100

94

110

114

114

Sors: Eurostat, Eurofer u tweġibiet għall-kwestjonarju

(156)

L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni baqgħu fl-istess livell matul il-perjodu kkunsidrat.

(157)

Minħabba ż-żieda fil-produzzjoni ta' 14 % matul il-perjodu kkunsidrat, il-produttività żdiedet ukoll b'14 % matul l-istess perjodu. Analiżi sena b'sena turi tnaqqis inizjali ta' 6 % bejn l-2012 u l-2013, u żidiet sussegwenti ta' 16-il punt perċentwali fl-2014, 4 punti oħra fl-2015 sabiex inżamm l-istess livell fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

4.6.2.5.   Id-daqs tal-marġni tas-sussidju u tal-irkupru mis-sussidjar fl-imgħoddi

(158)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-importazzjonijiet ta' SSB mill-Indja komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet sussidjati. Il-marġni tas-sussidju stabbilit għall-Indja matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami kien ferm ogħla mil-livell de minimis kif deskritt fil-premessa (100) hawn fuq.

(159)

Dan kien jikkoinċidi mat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja ta' 14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bħala riżultat ta' dan l-Unjoni ma setgħetx tibbenefika b'mod sħiħ mill-miżuri kompensatorji fis-seħħ peress li s-sehem tas-suq tagħhom naqas b'4 % u l-profittabbiltà naqset bi kważi 5 punti perċentwali.

4.6.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.6.3.1.   Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(160)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Prezzijiet tal-bejgħ medji fl-Unjoni u l-kost għal kull unità

 

2012

2013

2014

2015

PIR

Prezz tal-bejgħ medju ta' unità fl-Unjoni (EUR/TM)

3 190

2 832

2 804

2 680

2 482

Indiċi (2012 = 100)

100

89

88

84

78

Kost tal-produzzjoni ta' unità (EUR/TM)

3 012

2 772

2 681

2 561

2 459

Indiċi (2012 = 100)

100

92

89

85

82

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(161)

Il-prezz tal-bejgħ unitarju medju tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas b'mod konsistenti b'22 % matul il-perjodu kkunsidrat biex laħaq EUR 2 482/tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. L-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas il-prezzijiet tagħha sabiex jirriflettu t-tnaqqis ġenerali tal-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-SVA.

(162)

L-ispiża medja tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset ftit inqas, bi 18 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-fattur qawwi li influwenza t-tnaqqis fl-ispiża tal-produzzjoni ta' unità kien it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima, iżda wkoll iż-żieda tal-produttività.

4.6.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(163)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2012

2013

2014

2015

PIR

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR/impjegat)

51 304

52 672

54 130

54 393

52 462

Indiċi (2012 = 100)

100

103

106

107

103

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(164)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu tul il-perjodu kkunsidrat b'żieda marġinali ta' 3 %.

4.6.3.3.   L-istokks

(165)

Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej:

Tabella 11

Stokks

 

2012

2013

2014

2015

PIR

Stokkijiet tal-għeluq (TM)

6 857

9 336

8 493

6 331

5 778

Indiċi (2012 = 100)

100

136

124

92

84

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwali tal-produzzjoni (%)

6

8

7

5

5

Indiċi (2012 = 100)

100

134

114

85

77

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(166)

Il-livell ta' stokkijiet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni naqas b'16 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, il-livell ta' stokkijiet kien jirrappreżenta madwar 5 % tal-produzzjoni tagħhom.

4.6.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital

(167)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ.

(168)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2012

2013

2014

2015

PIR

Profittabbiltà tal-bejgħ tal-KE lil konsumaturi mhux relatati (% tal- fatturat mill-bejgħ)

8,1

3,8

6,4

6,1

3,3

Indiċi (2012 = 100)

100

47

79

76

41

Fluss tal-flus (miljuni ta' EUR)

28,4

9,6

26,8

28,4

16,5

Indiċi (2012 = 100)

100

34

94

100

58

Investimenti (miljuni ta' EUR)

7,7

6,9

6,8

7,1

7,0

Indiċi (2012 = 100)

100

90

88

92

91

Redditu fuq l-investmenti (%)

44

20

34

38

23

Indiċi (2012 = 100)

100

46

78

86

53

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(169)

Il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni naqset b'mod gradwali minn 8,1 % fl-2012 għal 3,3 % fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, jiġifieri tnaqqis ta' 59 %. Analiżi sena b'sena turi tnaqqis drammatiku inizjali ta' 53 % bejn l-2012 u l-2013 u żidiet sussegwenti ta' 32 punt perċentwali fl-2014, iktar tnaqqis żgħir ta' 3 punti perċentwali fl-2015 u iktar tnaqqis drammatiku b'35 punt perċentwali fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(170)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja waħidha l-attivitajiet tagħha. Il-fluss tal-flus nett naqas b'42 % matul il-perjodu kkunsidrat. Analiżi sena b'sea juri żvilupp erratiku ta' dan l-indikatur. Kien hemm tnaqqis drammatiku ta' 66 % bejn l-2012 u l-2013 u żidiet sussegwenti ta' 60 punti perċentwali fl-2014, b'iktar żidiet żgħar ta' 6 punti perċentwali fl-2015 segwiti minn tnaqqis drammatiku ta' 42 punti perċentwali fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(171)

It-tnaqqis sostanzjali fil-fluss tal-flus tal-industrija tal-Unjoni huwa prinċipalment spjegat minn tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà, kif spjegat fil-premessa (169) hawn fuq.

(172)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-investimenti annwali fil-prodott simili li għamlet l-industrija tal-Unjoni naqsu b'9 %, minn EUR 7,7 miljuni fl-2012 għal EUR 7,0 miljuni fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(173)

Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt bħala perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment tal-Unjoni mill-produzzoni u l-bejgħ tal-prodott simili naqas b'47 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.6.4.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(174)

L-investigazzjoni uriet li minkejja l-miżuri fis-seħħ, ħafna mill-indikaturi ta' ħsara żviluppaw b'mod negattiv u li s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar matul il-perjodu kkunsidrat.

(175)

L-industrija tal-Unjoni tilfet is-sehem tas-suq tagħha b'4 % u kisbet b'mod konsistenti inqas profitti, u inqas fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti.

(176)

Dawn l-iżviluppi negattivi seħħew b'mod parallel maż-żieda sinifikattiva fil-konsum tal-Unjoni b'16 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet mill-Indja kienu qed iżiedu b'mod kostanti l-volum u s-sehem tas-suq tal-Unjoni.

(177)

Dawn l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja waqqgħu il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'12 % fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, u għamlu pressjoni fuq il-prezz. Fil-fatt, il-pressjoni fuq il-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami kienet ikbar minn dik fl-investigazzjoni oriġinali meta t-twaqqigħ tal-prezz kien ta' inqas minn 2 %.

(178)

L-industrija tal-Unjoni kellha għalhekk tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tipprova tilllimita t-telf tas-sehem tas-suq. B'konsegwenza ta' dan, il-profitt tagħha, minkejja li baqa' pożittiv (3,3 %) fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, kien taħt il-profitt fil-mira ta' 9,5 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

(179)

Fl-istess waqt, kif indikat fil-premessa (133) hawn fuq, l-importazzjonijiet ta' SSB minn pajjiżi oħra minbarra l-Indja kienu ogħla mill-importazzjonijiet mill-Indja u t-telf tas-sehem tas-suq ta' 2 % fil-perjodu kkunsidrat.

(180)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni kompliet issofri ħsara matul il-perjodu kkunsidrat u matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

4.7.   Probabbiltà ta' kontinwazzjoni taż ħsara

(181)

Sabiex tiġi stabbilita l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' ħsara li kieku jitħassru l-miżuri kontra l-Indja, il-Kummissjoni analizzat il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità żejda fl-Indja, esportazzjonijiet mill-Indja lejn pajjiżi oħra u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

(182)

Kif spjegat fil-premessa (105) hawn fuq, il-kapaċità żejda fl-Indja hija stmata b'mod konservattiv bħala iktar minn 156 000 tunnelletta fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, li diġà tirrapreżenta 50 % tal-konsum tal-Unjoni matul l-istess perjodu.

(183)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li wara t-tnaqqis tar-rata tad-dazju ta' Viraj għal 0 % fl-2013, bħala riżultat tar-rieżami li sar riferiment għalih fil-premessa (3) hawn fuq, dan il-produttur żied il-preżenza tiegħu fis-suq tal-Unjoni b'mod sinifikattiv.

(184)

Fil-fatt, bejn l-2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, Viraj akkwistat sehem maġġoritarju fl-importazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni. L-importazzjonijiet ta' Viraj kważi ttriplikaw matul dan il-perjodu, u żiedu s-sehem tagħhom b'aktar minn 60 %.

(185)

Matul l-istess perjodu, il-volum tal-importazzjonijiet mill-Indja żdied b'64 % u s-sehem tagħhom fis-suq tal-Unjoni żdied b'40 %. Il-maġġoranza kbira ta' din iż-żieda kienet dovuta għaż-żieda sinifikattiva ta' importazzjonijiet ta' Viraj. Dan jindika l-attraenza dejjem tiżdied tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi Indjani. Matul l-istess perjodu l-industrija tal-Unjoni tilfet 3 punti perċentwali tas-sehem tas-suq u kważi 5 punti perċentwali ta' profittabbiltà, li wassal għal deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni.

(186)

Il-livell ta' prezz tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi oħra kien komparabbli ma' dak tal-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni.

(187)

Bħala konsegwenza tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni deskritta fil-premessi (105), (182) u (183) hawn fuq, jekk il-miżuri jitħassru, mill-inqas parti mill-kapaċità żejda aktarx tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessa (107) hawn fuq, il-produtturi Indjani huma orjentati ferm lejn l-esportazzjoni.

(188)

L-importazzjonijiet mill-Indja waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni bi 12 %. Din hija indikazzjoni ta' kif x'aktarx ikun il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja li kieku jitħassru l-miżuri. Fuq il-bażi ta' dan, aktarx li l-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni se tiżdied b'mod sinifikattiv jekk titħassar il-miżura u b'hekk tkompli tiġġenera s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(189)

Fuq din il-bażi, fin-nuqqas ta' miżuri, il-produtturi esportaturi Indjani aktarx li jżidu l-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni, kemm f'termini tal-volumi ta' importazzjoni u tal-ishma mis-suq, bi prezzijiet issussidjati li jwaqqgħu b'mod sinifikattiv il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(190)

Dan ser joħloq pressjoni akbar fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni b'impatt negattiv fuq il-profittabbiltà u s-sitwazzjoni finanzjarja, li tkompli tiġġenera is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(191)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li hemm probabbiltà kbira ta' kontinwazzjoni ta' ħsara f'każ li l-miżuri jiġu mħassra.

5.   INTERESS TAL-UNJONI

(192)

Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri kompensatorji eżistenti kontra l-Indja tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali.

(193)

Il-Kummissjoni bbażat il-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni abbażi ta' evalwazzjoni tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 31(2) tar-Regolament bażiku.

(194)

Fuq din il-bażi l-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' ssussidjar u ta' kontinwazzjoni ta' ħsara, kienx hemm raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

5.1.   L-interessi tal-industrija tal-Unjoni

(195)

Kif spjegat fil-premessa (153) hawn fuq, il-miżuri ma pprekludewx lill-industrija tal-Unjoni milli titlef 4 % tas-sehem fis-suq matul il-perjodu kkunsidrat.

(196)

Fl-istess waqt, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll fil-premessa (188) hawn fuq, li l-industrija tal-Unjoni aktarx tesperjenza deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha fil-każ li l-miżuri kompensatorji fir-rigward tal-Indja jitħallew jiskadu.

(197)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tkomplija tal-miżuri kontra l-Indja tkun ta' benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni.

5.2.   L-interess tal-importaturi

(198)

Il-Kummissjoni bagħtet żewġ kwestjonarji liż-żewġ importaturi li kkooperaw. Kif spjegat fil-premessa (23) hawn fuq l-ebda wieħed minnhom ma rrisponda jew ikkoopera b'xi mod ieħor f'din l-investigazzjoni. L-ebda importatur ieħor ma ppreżenta ruħu.

(199)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq l-importaturi li jisboq l-impatt pożittiv tal-miżuri.

5.3.   L-interessi tal-utenti

(200)

Kif spjegat fil-premessa (20) hawn fuq l-ebda utent tal-Unjoni ma ppreżenta ruħu wara l-bidu jew b'xi mod ikkoopera f'din l-investigazzjoni.

(201)

SVA huma użati f'varjetà ta' applikazzjonijiet inklużi l-industrija tal-karrozzi, apparat domestiku, strumenti mediċi u tal-laboratorju, eċċ.

(202)

Madankollu, kif il-Kummissjoni sabet fl-investigazzjoni oriġinali, l-utenti huma sempliċement intermedjarji li jipproduċu u jissupplixxu l-elementi għall-applikazzjonijiet hawn fuq imsemmija.

(203)

Fil-fatt dawn l-utenti jkunu f'pożizzjoni li jgħaddu ż-żieda fil-prezzijiet kollha jew kważi kollha li tirriżulta mid-dazju kompensatorju lill-utenti finali, filwaqt li jitfakkar li għal dawn tal-aħħar, l-impatt ta' miżuri bħal dawn ikun negliġibbli.

(204)

Dawn il-konstatazzjonijiet kienu kkonfermati f'dan ir-rieżami peress li l-investigazzjoni ma tatx xi indikazzjoni li tannulla l-konstatazzjoni oriġinali għall-perjodu wara l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ.

(205)

Barra minn hekk, minkejja li l-miżuri ilhom fis-seħħ mill-2011, l-utenti fl-Unjoni komplew jakkwistaw il-provvisti tagħhom, fost l-oħrajn, mill-Indja. L-utenti ma ppreżentaw l-ebda informazzjoni li turi li kien hemm diffikultajiet biex jinstabu sorsi oħrajn ta' provvista u l-investigazzjoni lanqas ma żvelat tali informazzjoni.

(206)

Abbażi ta' dan, u skont il-konklużjonijiet mill-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri mhux ser ikollha impatt negattiv sinifikattiv fuq l-utenti.

5.4.   Konklużjoni dwar l-interessi tal-Unjoni

(207)

Abbażi tad-dikjarazzjonijiet magħmula hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet serji biex jiġi konkluż li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li l-miżuri kompensatorji eżistenti jiġu estiżi fuq l-importazzjonijiet ta' SVA li joriġinaw mill-Indja.

6.   MIŻURI KOMPENSATORJI

(208)

Il-partijiet kollha interessati ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jinżammu l-miżuri kompensatorji li huma fis-seħħ. Ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jippreżentaw kummenti wara din il-konstatazzjoni u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tal-kummerċ. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta.

(209)

Mill-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq isegwi li, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-miżuri kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' SSB li joriġinaw mill-Indja imposti bir-Regolament definittiv, kif emendat bir-Regolament li jemenda, għandhom jinżammu.

(210)

Ir-rati tad-dazju kompensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament huma applikabbli biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat magħmul minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kull kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu suġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(211)

Kull dikjarazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju kompensatorju individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (7) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u esportat assoċjat, pereżempju, ma' dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entità tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament wara għandu jiġi emendat skont dan bl-aġġornament tal-lista tal-kumpaniji li jkunu qegħdin jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali.

(212)

Il-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B'dan qed jiġi impost dazju kompensatorju fuq importazzjonijiet ta' staneg u vireg tal-azzar li ma jsaddadx, mhux maħduma aktar milli safejn iffurmati fil-kesħa jew irfinuti fil-kesħa, minbarra staneg u vireg ta' taqsima trasversali ċirkulari ta' dijametru ta' 80 mm jew aktar, li fil-preżent jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7222 20 21, 7222 20 29, 7222 20 31, 7222 20 39, 7222 20 81 u 7222 20 89 u li joriġinaw fl-Indja.

2.   Ir-rati tad-dazju kompensatorju definittivi applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt ikunu kif ġej:

Kumpanija:

Dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Chandan Steel Ltd, Mumbai

3,4

B002

Venus Wire Industries Pvt. Ltd, Mumbai;

Precision Metals, Mumbai;

Hindustan Inox Ltd, Mumbai;

Sieves Manufacturer India Pvt. Ltd, Mumbai

3,3

B003

Viraj Profiles Limited, Palghar, Maharashtra u Mumbai, Maharashtra

0

B004

Kumpaniji elenkati fl-Anness

4,0

B005

Kumpaniji l-oħrajn kollha

4,0

B999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 405/2011 tad-19 ta' April 2011 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti staneg u vireg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 108, 28.4.2011, p. 3).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 721/2013 tat-22 ta' Lulju 2013 li jamenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 405/2011 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti staneg u vireg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 202, 27.7.2013, p. 2).

(4)  ĠU C 248, 29.7.2015, p. 4.

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93). Dan ir-Regolament ġie kkodifikat mir-Regolament bażiku.

(6)  ĠU C 148, 27.4.2016, p. 8.

(7)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, 1049 Brussell, il-Belġju.

(8)  Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).


ANNESS

Rodutturi esportaturi indjani li kkooperaw li mhumiex parti mill-kampjun

Kodiċi addizzjonali TARIC B005

Isem il-kumpanija

Belt

Ambica Steel Ltd

New Delhi

Bhansali Bright Bars Pvt. Ltd

Navi Mumbai

Chase Bright Steel Ltd

Navi Mumbai

D.H. Exports Pvt. Ltd

Mumbai

Facor Steels Ltd

Nagpur

Global Smelters Ltd

Kanpur

Indian Steel Works Ltd

Navi Mumbai

Jyoti Steel Industries Ltd

Mumbai

Laxcon Steels Ltd

Ahmedabad

Meltroll Engineering Pvt. Ltd

Mumbai

Mukand Ltd

Thane

Nevatia Steel & Alloys Pvt.

Mumbai

Panchmahal Steel Ltd

Kalol

Raajratna Metal Industries Ltd

Ahmedabad

Rimjhim Ispat Ltd

Kanpur

Sindia Steels Ltd

Mumbai

Sindia Steels Ltd

Mumbai

Parekh Bright Bars Pvt. Ltd

Thane

Shah Alloys Ltd

Gandhinagar


Az oldal tetejére