Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0540

Regolament (UE) 2017/540 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 19/2013 li jimplimenta l-klawsola ta’ salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u l-Kolombja u l-Perù fuq in-naħa l-oħra, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 20/2013 li jimplimenta l-klawsola ta’ salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra

ĠU L 88, 31.3.2017, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/540/oj

31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/1


REGOLAMENT (UE) 2017/540 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Marzu 2017

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 19/2013 li jimplimenta l-klawsola ta’ salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u l-Kolombja u l-Perù fuq in-naħa l-oħra, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 20/2013 li jimplimenta l-klawsola ta’ salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 329 tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq waħda, u l-Kolombja u l-Perù, fuq in-naħa l-oħra (2) (il-“Ftehim”), iffirmat fis-26 ta’ Ġunju 2012 jipprevedi l-possibilità tal-adeżjoni ta’ Pajjiżi Oħra Membri tal-Komunità Andina mal-Ftehim. L-Ekwador ilu Pajjiż Membru tal-Komunità Andina mill-fondazzjoni tiegħu fl-1969.

(2)

L-Unjoni u l-Ekwador ikkonkludew in-negozjati għall-adeżjoni tal-Ekwador mal-Ftehim fis-17 ta’ Lulju 2014. Il-Protokoll ta’ Adeżjoni għall-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador (3) (il-“Protokoll ta’ Adeżjoni”) ġie ffirmat fil-11 ta’ Novembru 2016 u qed jiġi applikat b’mod provviżorju f’konformità mal-Artikolu 27(4) tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2017.

(3)

Wara l-iffirmar tal-Protokoll ta’ Adeżjoni, huwa meħtieġ li jiggarantixxu, fir-rigward tal-Ekwador, l-applikazzjoni effettiva tal-klawsola ta’ salvagwardja bilaterali u tal-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana, kif previst fil-Ftehim.

(4)

Barra minn hekk, il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) għall-banana użat fl-Anness I tal-Ftehim (l-Iskeda għat-Tneħħija tat-Tariffi) jirreferi għall-kodiċi tan-NM tal-2007. L-istess kodiċi jintuża fir-Regolament (UE) Nru 19/2013tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (UE) Nru 20/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Madankollu, il-kodiċi rilevanti għall-banana ġie mibdul mill-1 ta’ Jannar 2012 minn 0803 00 19 għal 0803 90 10 biex jirrifletti l-emendi obbligatorji tas-Sistema Armonizzata (SA). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, dik il-bidla għandha tiġi introdotta fir-Regolament (UE) Nru 19/2013 u r-Regolament (UE) Nru 20/2013 fil-parti rilevanti dwar il-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana.

(5)

L-Ekwador huwa wieħed mill-produtturi u fornituri ewlenin tal-banana għall-Unjoni, flimkien mal-Kolombja. Għaldaqstant jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni attwali għall-banana jiġi estiż għall-Ekwador.

(6)

Il-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni ilu fis-seħħ mill-2013 u jidher li, abbażi tal-esperjenza tal-passat, il-fluss ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew jenħtieġ jintjieb, b’mod partikolari permezz tal-inklużjoni ta’ twissija bikrija meta volumi ta’ importazzjoni jilħqu 80 % tal-volumi ta’ importazzjoni ta’ skattament.

(7)

Minħabba l-interrelazzjoni mill-qrib mal-Ftehim, huwa xieraq li dan ir-Regolament jiġi applikat mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll ta’ Adeżjoni.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 19/2013 u r-Regolament (UE) Nru 20/2013 jiġu emendati skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 19/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ir-Regolament (UE) Nru 19/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 li jimplimenta l-klawsola ta’ salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Kolombja, il-Perù u l-Ekwador, min-naħa l-oħra”.

(2)

Fil-punt (a) tal-Artikolu 1, fl-Artikolu 2(1), fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 5(6) u (11), fl-Artikolu 6(1), fl-Artikolu 7(1), fl-Artikolu 9(1) u fl-Artikolu 11, il-kliem “il-Kolombja jew il-Perù” huma sostitwiti bi “il-Kolombja, l-Ekwador jew il-Perù”.

(3)

Fl-Artikolu 1, il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(h)

‘perijodu ta’ tranżizzjoni’ tfisser għaxar snin mid-data rispettiva tal-applikazzjoni tal-Ftehim, għal prodotti li għalihom l-Iskedi ta’ Tneħħija tat-Tariffi għal oġġetti li joriġinaw fil-Kolombja, fl-Ekwador jew fil-Perù, kif stipulat fis-Sottotaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima B tal-Appendiċi 1 (Tneħħija ta’ Dazji Doganali) tal-Anness I tal-Ftehim (l-Iskedi ta’ Tneħħija tat-Tariffi), jipprevedu perijodu ta’ tneħħija tat-tariffi ta’ inqas minn 10 snin, jew il-perijodu ta’ tneħħija tat-tariffi u tliet snin miżjuda miegħu għal prodotti li għalihom dawk l-Iskedi ta’ Tneħħija tat-Tariffi tipprevedi perijodu ta’ tneħħija tat-tariffi ta’ 10 snin jew iżjed; il-perijodu ta’ tranżizzjoni għandu jkun applikabbli għall-Ekwador mid-data ta’ applikazzjoni tal-Ftehim.”.

(4)

Fl-Artikolu 3(1), (3) u (4) u l-Artikolu 13(4), il-kliem “il-Kolombja u l-Perù” huma sostitwiti b’“il-Kolombja, l-Ekwador u l-Perù”.

(5)

Fl-Artikolu 15, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Għall-banana li toriġina mill-Kolombja, mill-Ekwador jew mill-Perù li taqa’ taħt l-intestatura 0803 90 10 tan-Nomenklatura Magħquda (Banana friska, minbarra pjantaġġini) u elenkata taħt il-kategorija ‘BA’ ta’ tneħħija progressiva fl-Iskeda ta’ Tneħħija tat-Tariffi fil-każ tal-Kolombja u l-Perù u l-kategorija ‘SP1’ ta’ tneħħija progressiva fl-Iskeda għat-Tneħħija tat-Tariffi fil-każ tal-Ekwador taħt l-intestatura 0803 00 19, għandu japplika mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2019.

2.   Volum ta’ importazzjoni annwali ta’ skattament huwa stabbilit għall-importazzjonijiet tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1, kif indikat fit-tieni, fit-tielet u fir-raba’ kolonni tat-tabella fl-Anness. Malli l-volum ta’ skattament għall-Kolombja, għall-Ekwador jew għall-Perù jintlaħaq matul is-sena kalendarja korrispondenti, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 14(4), tadotta att ta’ implimentazzjoni li permezz tiegħu hi għandha jew tissospendi temporanjament id-dazju doganali preferenzjali li jiġi applikat għall-prodotti oriġinarji korrispondenti matul l-istess sena għal perijodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur u li ma jaqbiżx tmiem is-sena kalendarja jew inkella tiddetermina li tali sospensjoni mhijiex xierqa.

2a.   Meta l-volumi tal-importazzjonijiet jilħqu 80 % tal-volum ta’ importazzjoni ta’ skattament, kif indikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għal waħda jew aktar mill-partijiet tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha formalment tiġbed l-attenzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bil-miktub. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-informazzjoni rilevanti dwar ix-xejriet fil-qasam tal-banana u tal-istatistika dwar l-importazzjoni dwar l-importazzjonijiet mill-pajjiżi soġġetti għall-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni u l-limiti massimi rilevanti tagħhom, sabiex jiġu antiċipati x-xejriet tal-importazzjoni matul il-bqija tas-sena kalendarja.”.

(6)

L-Anness huwa sostitwit bit-test ippreżentat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 20/2013, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Għall-banana li toriġina fl-Amerika Ċentrali li taqa’ taħt l-intestatura 0803 90 10 tan-Nomenklatura Magħquda (Banana friska, minbarra pjantaġġini) u elenkata fil-kategorija ‘ST’ fl-Iskeda għat-Tneħħija tat-Tariffi, taħt l-intestatura 0803 00 19 għandu japplika mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2019.

2.   Volum ta’ importazzjoni annwali separat ta’ skattament huwa stabbilit għall-importazzjonijiet tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1, kif indikat fit-tabella fl-Anness. L-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 bir-rata tad-dazju doganali preferenzjali għandha, flimkien mal-prova tal-oriġini stabbilita fl-Anness II (Dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ ‘prodotti oriġinarji’ u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva) tal-Ftehim mal-Amerika Ċentrali, tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ esportazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-Amerika Ċentrali minn fejn jiġu esportati l-prodotti. Malli jintlaħaq il-volum tal-iskattament għal pajjiż tal-Amerika Ċentrali matul is-sena kalendarja korrispondenti, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 14(4), tadotta att ta’ implimentazzjoni li permezz tiegħu għandha jew tissospendi temporanjament id-dazju doganali preferenzjali li jiġi applikat għall-prodotti oriġinarji korrispondenti matul l-istess sena għal perijodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur u li ma jaqbiżx tmiem is-sena kalendarja, jew tiddetermina li tali sospensjoni mhijiex xierqa.

2a.   Meta l-volumi tal-importazzjonijiet jilħqu 80 % tal-volum ta’ importazzjoni ta’ skattament, kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament, għal waħda jew aktar mill-partijiet tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha formalment tiġbed l-attenzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bil-miktub. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-informazzjoni rilevanti dwar ix-xejriet fil-qasam tal-banana u tal-istatistika dwar l-importazzjoni dwar l-importazzjonijiet mill-pajjiżi soġġetti għall-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni u l-limiti massimi rilevanti tagħhom sabiex jiġu antiċipati x-xejriet tal-importazzjoni matul il-bqija tas-sena kalendarja.”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta’ Marzu 2017.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

I. BORG


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Frar 2017 (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2017.

(2)  ĠU L 354, 21.12.2012, p. 3.

(3)  ĠU L 356, 24.12.2016, p. 3.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 19/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 17, 19.1.2013, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 20/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (ĠU L 17, 19.1.2013, p. 13).


ANNESS

Tabella li tirrigwarda l-volumi ta’ importazzjonijiet ta’ skattament għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana stipulata fit-Taqsima B tal-Appendiċi 1 tal-Anness I tal-Ftehim: għall-Kolombja, is-Sottotaqsima 1; għall-Perù, is-Sottotaqsima 2; u għall-Ekwador, is-Sottotaqsima 3

Sena

Volum ta’ importazzjoni ta’ skattament għall-Kolombja, f’tunnellati metriċi

Volum ta’ importazzjoni ta’ skattament għall-Perù, f’tunnellati metriċi

Volum ta’ importazzjoni ta’ skattament għall-Ekwador, f’tunnellati metriċi

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2017

1 822 500

93 750

1 801 788

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2018

1 890 000

97 500

1 880 127

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2019

1 957 500

101 250

1 957 500

Mill-1 ta’ Jannar 2020

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli


Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu dwar l-importanza tal-kooperazzjoni mill-qrib fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (1) kif emendat mill-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador (2), ir-Regolament (UE) Nru 19/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, fuq in-naħa l-oħra (3) u r-Regolament (UE) Nru 20/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerka Ċentrali, min-naħa l-oħra (4). Għaldaqstant jaqblu dwar dan li ġej:

Fuq talba mill-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapportalu kwalunkwe tħassib speċifiku relatat mal-implimentazzjoni, mill-Kolombja, mill-Ekwador jew mill-Perù, tal-impenji tagħhom fil-qasam tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli.

Jekk il-Parlament Ewropew jadotta rakkomandazzjoni biex tinbeda investigazzjoni ta' salvagwardja, il-Kummissjoni għandha teżamina bir-reqqa jekk humiex sodisfati l-kondizzjonijiet taħt ir-Regolament (UE) Nru 19/2013 jew taħt ir-Regolament (UE) Nru 20/2013 għal inizjazzjoni ex officio. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-kondizzjonijiet ma ġewx sodisfati, hi ser tippreżenta rapport lill-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew li jkun jinkludi spjegazzjoni tal-fatturi kollha rilevanti għall-inizjazzjoni ta' tali investigazzjoni.

Il-Kummissjoni, sal-1 ta' Jannar 2019, ser tivvaluta s-sitwazzjoni tal-produtturi tal-banana tal-Unjoni. Jekk jinstab li jkun seħħ deterjorament serju fl-istat tas-suq jew fis-sitwazzjoni tal-produtturi tal-banana tal-Unjoni, tista' tiġi kkunsidrata estensjoni fil-perjodu ta' validità tal-mekkaniżmu, bil-qbil tal-partijiet ta' dan il-Ftehim.

Il-Kummissjoni ser tkompli twettaq analiżijiet regolari tal-istat tas-suq u tas-sitwazzjoni tal-produtturi tal-banana tal-Unjoni wara l-iskadenza tal-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni. Jekk jinstab li jkun seħħ deterjorament serju fl-istat tas-suq jew fis-sitwazzjoni tal-produtturi tal-banana tal-Unjoni, minħabba l-importanza tas-settur tal-banana għar-reġjuni ultraperiferiċi, il-Kummissjoni ser teżamina s-sitwazzjoni, flimkien mal-Istati Membri u l-persuni interessati, u tiddeċiedi għandhomx jiġu kkunsidrati miżuri xierqa. Il-Kummissjoni tista' wkoll issejjaħ laqgħat regolari ta' monitoraġġ mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati.

Il-Kummissjoni żviluppat għodod ta' statistika li jippermettu l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tat-tendenzi fl-importazzjonijiet tal-banana u tas-sitwazzjoni tas-suq tal-banana tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ser tagħti attenzjoni speċjali lir-rieżami tal-format tad-data tas-sorveljanza tal-importazzjoni sabiex tagħmel informazzjoni aġġornata regolarment disponibbli b'mod li jkun aktar faċli għall-utent.


(1)  ĠU L 354, 21.12.2012, p. 3.

(2)  ĠU L 356, 24.12.2016, p. 3.

(3)  ĠU L 17, 19.1.2013, p. 1.

(4)  ĠU L 17, 19.1.2013, p. 13.


Top