Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0403

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/403 tas-7 ta' Marzu 2017 li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

ĠU L 63, 9.3.2017, p. 15–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/403/oj

9.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/403

tas-7 ta' Marzu 2017

li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 tat-3 ta' Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-3 ta' Mejju 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 377/2012.

(2)

Il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2048 (2012) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti aġġorna l-informazzjoni rigward 11-il persuna soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

L. GRECH


(1)  ĠU L 119, 4.5.2012, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012, l-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport/karta tal-identità, eċċ.)

Raġunijiet għall-inklużjoni

Data tan-nomina

1.

António INJAI

(magħruf ukoll bħala “António INDJAI”)

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

d.t.t.: 20.1.1955

p.t.t.: Encheia, Sector de Bissorá, Região de Oio, Guiné-Bissau

Ġenituri: Wasna Injai (isem il-missier) u Quiritche Cofte (isem l-omm)

Deżinjazzjoni: a) Logutenent Ġeneral b) Kap tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati

Passaport: Passaport Diplomatiku AAID00435

Data tal-ħruġ: 18.2.2010

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 18.2.2013

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782445

António Injai kien personalment involut fl-ippjanar u t-tmexxija tar-rewwixta tal-1 ta' April 2010, li laħqet il-qofol bil-ħtif illegali tal-Prim Ministru, Carlo Gomes Junior, u dak li dak iż-żmien kien il-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati, José Zamora Induta; matul il-perijodu elettorali tal-2012, fil-kapaċità tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati, Injai għamel dikjarazzjonijiet u hedded li jwaqqa' l-awtoritajiet eletti u li jtemm il-proċess elettorali; Antonio Injai kien involut fl-ippjanar operattiv tal-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Wara l-kolp ta' stat, l-ewwel komunikazzjoni mill-“Kmand Militari” inħareġ mill-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati, li huwa mmexxi mill-Ġeneral Injai.

3.5.2012

2.

Mamadu TURE (magħruf ukoll bħala “N'Krumah”)

Nazzjonalità — Guinea-Bissau

d.t.t. 26.4.1947

Deżinjazzjoni: a) Maġġur Ġeneral b) Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati

Passaport Diplomatiku Nru DA0002186

Data tal-ħruġ: 30.3.2007

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 26.8.2013

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782456

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

3.

Estêvão NA MENA

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

d.t.t. 7.3.1956

Deżinjazzjoni: Spettur Ġenerali tal-Forzi Armati

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782449

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

4.

Ibraima CAMARÁ

(magħruf ukoll bħala “Papa Camará”)

Nazzjonalità — Guinea-Bissau

d.t.t. 11.5.1964

Ġenituri: Suareba Camará (isem il-missier) u Sale Queita (isem l-omm)

Deżinjazzjoni: a) Brigadier Ġenerali b) Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru

Passaport Diplomatiku Nru AAID00437

Data tal-Ħruġ: 18.2.2010

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 18.2.2013

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5781782

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

5.

Daba NAUALNA

(magħruf bħala “Daba Na Walna”)

Nazzjonalità — Guinea-Bissau

d.t.t. 6.6.1966

Ġenituri: Samba Naualna (Isem il-missier) u In-Uasne Nanfafe (Isem l-omm)

Deżinjazzjoni: a) Logutenent Kurunell b) Kelliem tal-“Kmand Militari”

Passaport nru SA 0000417

Data tal-ħruġ: 29.10.2003

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 10.3.2013

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782452

Kelliem tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

9.

Cranha DANFÁ

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

D.t.t.: 5.3.1957

Deżinjazzjoni: a) Kurunell b) Kap tal-Operazzjonijiet tal-Persunal Konġunt tal-Forzi Armati

Passaport: AAIN29392

Data tal-ħruġ: 29.9.2011

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 29.9.2016

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782442

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Konsulent qrib tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati António Injai.

1.6.2012

11.

Sanha CLUSSÉ

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

D.t.t.: 28.9.1965

Ġenituri: Clusse Mutcha (Isem il-missier) u Dalu Imbungue (Isem l-omm)

Deżinjazzjoni: a) Kaptan (Forza Navali) b) Aġent Kap tal-Persunal tal-Forza Navali

Passaport: SA 0000515

Data tal-ħruġ: 8.12.2003

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 29.8.2013

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782435

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Qrib ħafna ta' António Injai. Sanha Clussé integra d-delegazzjoni tal- “Kmand Militari” li ltaqgħet mal-ECOWAS f'Abidjan fis-26 ta' April 2012.

1.6.2012

12.

Júlio NHATE

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

D.t.t.: 28.9.1965

Deżinjazzjoni: a) Logutenent Kurunell b) Kmandant tar-Reġiment tal-Paratruppi

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782454

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Alleat leali ta' António Injai, il-Logutenent-kurunell Júlio Nhate għandu r-responsabbiltà materjali għall-kolp tat-12 ta' April 2012, billi mexxa l-operazzjoni militari.

1.6.2012

13.

Tchipa NA BIDON

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

D.t.t.: 28.5.1954

Ġenituri: “Nabidom”

Deżinjazzjoni: a) Logutenent Kurunell b) Kap tal-Intelligence

Passaport: Passaport Diplomatiku DA0001564

Data tal-ħruġ: 30.11.2005

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 15.5.2011

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782446

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

14.

Tcham NA MAN (magħruf ukoll bħala Namam)

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

D.t.t.: 27.2.1953

Ġenituri: Biute Naman (Isem il-missier) u Ndjade Na Noa (Isem l-omm)

Deżinjazzjoni: a) Logutenent Kurunell b) Kap tal-Isptar Militari tal-Forzi Armati

Passaport: SA0002264

Data tal-ħruġ: 24.7.2006

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 23.7.2009

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782448

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Ukoll membru tal-Kmand Militari Għoli (l-ogħla ġerarkija tal-Forzi Armati tal-Guinea-Bissau).

1.6.2012

16.

Idrissa DJALÓ (magħruf ukoll bħala: Idriça Djaló)

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

D.t.t.: 18 ta' Diċembru 1954

Deżinjazzjoni: a) Maġġur b) Konsulent ta' protokoll għall-Kap Kmandant tal-Forzi Armati c) Kurunell d) Kap tal-Protokoll tal-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi Armati (sussegwentement)

Passaport: AAISO40158

Data tal-ħruġ: 12.10.2012

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 2.10.2015

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782443

Punt ta' Kuntatt għall-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012 u wieħed mill-aktar membri attivi tiegħu. Kien wieħed mill-ewwel uffiċjali li assumew pubblikament l-affiljazzjoni tagħhom mal-“Kmand Militari”, billi ffirma waħda mill-ewwel communiqués tiegħu (nru 5, datata 13 ta' April 2012). Il-Maġġur Djaló jappartjeni wkoll għall-Intelligence Militari.

18.7.2012


Top