Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1839

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1839 tad-9 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta' dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE (notifikata bid-dokument C(2017) 6672) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/6672

    ĠU L 261, 11.10.2017, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/1839/oj

    11.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 261/22


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1839

    tad-9 ta' Ottubru 2017

    li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta' dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE

    (notifikata bid-dokument C(2017) 6672)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa infezzjoni li tittieħed ħafna u fatali tal-ħnieżer domestiċi u taċ-ċingjali, li kapaċi tinfirex malajr, l-aktar minn prodotti miksuba minn annimali infettati u oġġetti inanimati li jkunu kkontaminati.

    (2)

    Minħabba s-sitwazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-Russja u fil-Belarussja, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE (2), li tistabbilixxi miżuri li jipprevedu fost l-oħrajn it-tindif u d-diżinfezzjoni xierqa tal-“vetturi tal-bhejjem” wara li jkunu ttrasportaw annimali ħajjin u li jidħlu fl-Unjoni minn dawk iż-żewġ pajjiżi. L-istess miżuri ġew estiżi għall-Ukrajna bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1752 (3).

    (3)

    Wara notifiki riċenti ta' tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Moldova, il-miżuri eżistenti ta' tindif u diżinfezzjoni previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE għandhom jiġu estiżi wkoll għall-vetturi li jidħlu fl-Unjoni mill-Moldova.

    (4)

    Għaldaqstant, kif previst fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE, il-lista tal-pajjiżi terzi u tal-partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi fejn il-preżenza tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer hija kkonfermata għandha tiġi emendata skont dan.

    (5)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-fehma tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE, il-kelma “il-Moldova” tiddaħħal wara l-kelma “il-Belarussja”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ottubru 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

    (2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/426/UE tal-5 ta' Awwissu 2013 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta' dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE (ĠU L 211, 7.8.2013, p. 5).

    (3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1752 tad-29 ta' Settembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta' dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE (ĠU L 256, 1.10.2015, p. 17).


    Top