Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0443

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/443 tas-6 ta' Marzu 2017 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Regolamenti tan-NU Nru 3, 4, 6, 7, 13, 19, 23, 27, 28, 38, 39, 43, 45, 50, 69, 70, 73, 75, 77, 79, 83, 87, 91, 98, 99, 101, 104, 107, 109, 110, 112, 118, 119, 123 u 138, u proposta waħda għall-emendar tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) permezz ta' linji gwida dwar iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-dejta

ĠU L 67, 14.3.2017, p. 82–86 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/443/oj

14.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/82


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/443

tas-6 ta' Marzu 2017

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Regolamenti tan-NU Nru 3, 4, 6, 7, 13, 19, 23, 27, 28, 38, 39, 43, 45, 50, 69, 70, 73, 75, 77, 79, 83, 87, 91, 98, 99, 101, 104, 107, 109, 110, 112, 118, 119, 123 u 138, u proposta waħda għall-emendar tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) permezz ta' linji gwida dwar iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-dejta

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (il-“Ftehim Rivedut tal-1958”).

(2)

Taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim fir-rigward tal-istabbiliment ta' regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (il-“Ftehim Parallel”).

(3)

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) issostitwixxiet is-sistemi tal-approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura tal-approvazzjoni tal-Unjoni u stabbilixxiet qafas armonizzat li fih dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat Regolamenti tan-NU adottati taħt il-Ftehim Rivedut tal-1958 fis-sistema tal-UE tal-approvazzjoni tat-tip, jew bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Minn meta ġiet adottata dik id-Direttiva, tali Regolamenti tan-NU ġew inkorporati dejjem aktar fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

(4)

Fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti relatati ma' ċerti elementi jew karatteristiċi koperti mir-Regolamenti tan-NU Nru 3, 4, 6, 7, 13, 19, 23, 27, 28, 38, 39, 43, 45, 50, 69, 70, 73, 75, 77, 79, 83, 87, 91, 98, 99, 101, 104, 107, 109, 110, 112, 118, 119, 123 u 138 jeħtieġu li jiġu adattati skont il-progress tekniku.

(5)

Sabiex jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi dwar il-kostruzzjoni tal-vetturi, jenħtieġ li r-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) tiġi emendata permezz ta' linji gwida dwar iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-dejta, mingħajr ma jixxekkel l-iżvilupp kontinwu li sar fil-livell tal-Unjoni fil-qafas ta' sewqan kooperattiv, konness u awtomizzat.

(6)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitati rilevanti tan-NU/KEE, jiġifieri l-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel, fir-rigward tal-adozzjoni ta' dawk l-atti tan-NU,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel matul il-perjodu mit-13 sas-17 ta' Marzu 2017 għandha tkun ta' vot favur il-proposti elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Marzu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

R. GALDES


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) ( ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).

(3)  Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


ANNESS

Titolu tal-punt tal-aġenda

Referenza tad-dokument

Proposta għas-Suppliment 17 tas-serje ta' emendi 02 tar-Regolament Nru 3 (Tagħmir retro-riflettiv)

ECE/TRANS/WP.29/2017/19

Proposta għas-Suppliment 18 tar-Regolament Nru 4 (Illuminazzjoni tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara)

ECE/TRANS/WP.29/2017/20

Proposta għas-Suppliment 27 tas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament Nru 6 (Indikaturi tad-direzzjoni)

ECE/TRANS/WP.29/2017/21

Proposta għas-Suppliment 26 tas-serje ta' emendi 02 tar-Regolament Nru 7(Fanali tal-pożizzjoni, tal-waqfien u tax-xifer aħħari)

ECE/TRANS/WP.29/2017/22

Proposta għar-Rettifika 2 tar-Reviżjoni 8 tar-Regolament Nru 13 (Ibbrejkjar ta' Vetturi Tqal)

ECE/TRANS/WP.29/2017/45

Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje ta' emendi 04 tar-Regolament Nru 19 (Fanali taċ-ċpar ta' quddiem)

ECE/TRANS/WP.29/2017/23

Proposta għas-Suppliment 21 tar-Regolament Nru 23 (Fanali tar-rivers)

ECE/TRANS/WP.29/2017/24

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 04 tar-Regolament Nru 27 (Triangoli tat-twissija avvanzata)

ECE/TRANS/WP.29/2017/25

Proposta għas-Suppliment 5 tar-Regolament Nru 28 (Apparat ta' twissija li jinstema')

ECE/TRANS/WP.29/2017/3

Proposta għas-Suppliment 18 tar-Regolament Nru 38 (Fanali taċ-ċpar ta' wara)

ECE/TRANS/WP.29/2017/26

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament Nru 39 (Spidometru u odometru)

ECE/TRANS/WP.29/2017/11

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament Nru 43 (Ħġieġ tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/2017/12

Proposta għas-Suppliment 11 tas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament Nru 45 (Naddafa tal-fanali ta' quddiem)

ECE/TRANS/WP.29/2017/27

Proposta għas-Suppliment 19 tar-Regolament Nru 50 (Fanali tal-pożizzjoni, tal-waqfien, ta' indikazzjoni tad-direzzjoni għall-mopeds u l-muturi)

ECE/TRANS/WP.29/2017/28

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament Nru 69 (Pjanċi li jimmarkaw wara għall-vetturi li jimxu bil-mod)

ECE/TRANS/WP.29/2017/30

Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament Nru 70 (Pjanċi li jimmarkaw wara għall-vetturi tqal u twal)

ECE/TRANS/WP.29/2017/31

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament Nru 73 (Apparat ta' protezzjoni laterali)

ECE/TRANS/WP.29/2017/17

Proposta għas-Suppliment 16 tar-Regolament Nru 75 (Tajers għall-vetturi tal-kategorija L)

ECE/TRANS/WP.29/2017/8

Proposta għas-Suppliment 17 tar-Regolament Nru 77 (Fanali tal-ipparkjar)

ECE/TRANS/WP.29/2017/32

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament Nru 79 (Tagħmir tat-tmun)

ECE/TRANS/WP.29/2017/10 + GRRF-83-08-Rev.3

Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje ta' emendi 06 tar-Regolament Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2017/42

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje ta' emendi 07 tar-Regolament Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2017/43

Proposta għas-Suppliment 19 tar-Regolament Nru 87 (Fanali tas-sewqan ta' bi nhar)

ECE/TRANS/WP.29/2017/33

Proposta għas-Suppliment 16 tar-Regolament Nru 91 (Fanali tal-immarkar tal-ġenb)

ECE/TRANS/WP.29/2017/34

Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament Nru 98 (Fanali ta' quddiem b'sorsi tad-dawl li jarmu l-gass)

ECE/TRANS/WP.29/2017/35

Proposta għas-Suppliment 13 tar-Regolament Nru 99 (Sorsi tad-dawl li jarmu l-gass)

ECE/TRANS/WP.29/2017/36

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament Nru 101 (Emissjonijiet tad-CO2/konsum tal-fjuwil)

ECE/TRANS/WP.29/2017/44

Proposta għas-Suppliment 9 tar-Regolament Nru 104 (Marki retroriflettivi)

ECE/TRANS/WP.29/2017/37

Proposta għar-Rettifika 2 tas-serje ta' emendi 06 tar-Regolament Nru 107 (Vetturi tal-kategoriji M2 u M3)

ECE/TRANS/WP.29/2017/13

Proposta għar-Rettifika 1 tas-serje ta' emendi 07 tar-Regolament Nru 107 (Vetturi tal-kategoriji M2 u M3)

ECE/TRANS/WP.29/2017/14

Proposta għas-Suppliment 8 tar-Regolament Nru 109 (Tajers b'wiċċ ġdid għal vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom)

ECE/TRANS/WP.29/2017/9

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament Nru 110 (Vetturi CNG u LNG)

ECE/TRANS/WP.29/2017/15

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament Nru 112 (Fanali ta' quddiem li jitfgħu raġġ baxx asimmetriku)

ECE/TRANS/WP.29/2017/38

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje ta' emendi 02 tar-Regolament Nru 118 (Għaġir ta' ħruq tal-materjali)

ECE/TRANS/WP.29/2017/16

Proposta għas-serje ta' emendi 03 tar-Regolament Nru 118 (Għaġir ta' ħruq tal-materjali)

ECE/TRANS/WP.29/2017/18

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament Nru 119 (Fanali għall-kantunieri)

ECE/TRANS/WP.29/2017/40

Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament Nru 123 (Sistemi adattivi tad-dawl ta' quddiem (AFS))

ECE/TRANS/WP.29/2017/41

Proposta għas-Suppliment 1 tar-Regolament Nru 138 (Vetturi tat-Trasport bit-Triq li ma Jagħmlux Storbju (QRTV))

ECE/TRANS/WP.29/2017/6

Proposta għas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament Nru 138 (Vetturi tat-Trasport bit-Triq li ma Jagħmlux Storbju (QRTV))

ECE/TRANS/WP.29/2017/7

Proposta għal abbozz ta' linji gwida dwar iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-dejta

ECE/TRANS/WP.29/2017/46


Top