Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0322

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/322 tat-22 ta' Frar 2017 dwar eżenzjonijiet mid-dazju antidumping estiż fuq ċerti partijiet tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (notifikata bid-dokument C(2017) 1129)

    C/2017/1129

    ĠU L 47, 24.2.2017, p. 13–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/322/oj

    24.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 47/13


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/322

    tat-22 ta' Frar 2017

    dwar eżenzjonijiet mid-dazju antidumping estiż fuq ċerti partijiet tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97

    (notifikata bid-dokument C(2017) 1129)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta' Jannar 1997 li jestendi d-dazju definittiv antidumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' ċerti partijiet ta' roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u li jimponi d-dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet irreġistrati fir-Regolament (KE) Nru 703/96 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta' Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta' wħud mill-partijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tad-dazju antidumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (3), u b'mod partikolari l-Artikoli 4 sa 7 tiegħu,

    Wara li infurmat lill-Istati Membri,

    Billi:

    (1)

    Dazju antidumping bħalissa japplika fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta' partijiet essenzjali ta' roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“id-dazju estiż”) bħala riżultat tal-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 (“ir-Regolament ta' estensjoni”) tad-dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”).

    (2)

    Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-estensjoni, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) tingħata s-setgħa biex tadotta l-miżuri meħtieġa biex tawtorizza l-eżenzjoni tal-importazzjonijiet ta' partijiet essenzjali tar-rota li ma humiex ċirkomvenzjoni tad-dazju antidumping.

    (3)

    Dawn il-miżuri ta' implimentazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 88/97 (“ir-Regolament ta' eżenzjoni”) li jistabbilixxi s-sistema ta' eżenzjoni speċifika.

    (4)

    Fuq din il-bażi l-Kummissjoni eżentat għadd ta' persuni li jarmaw ir-roti mid-dazju estiż (“il-partijiet eżentati”).

    (5)

    Kif previst fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament ta' eżenzjoni, il-Kummissjoni ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea listi suċċessivi tal-partijiet eżentati (4).

    (6)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni l-aktar reċenti dwar l-eżenzjonijiet skont ir-Regolament ta' eżenzjoni kienet adottata fil-15 ta' Diċembru 2015 (5).

    1.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI

    (7)

    Il-Kummissjoni rċeviet mill-partijiet elenkati fit-tabelli 1 sa 3 hawn taħt it-talbiet għal eżenzjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiddetermina li dawn kienu ammissibbli skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' eżenzjoni.

    (8)

    Dawn il-partijiet ingħataw possibbiltà li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-ammissibbiltà tat-talbiet tagħhom.

    (9)

    Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta' eżenzjoni sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet minn dawn il-partijiet, il-pagament tad-dazju estiż fir-rigward ta' kull importazzjoni ta' partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn dawn il-partijiet ġie sospiż mid-data li fiha l-Kummissjoni rċeviet it-talbiet tagħhom.

    2.   AWTORIZZAZZJONI TAL-EŻENZJONIJIET

    (10)

    L-eżaminazzjoni tal-mertu tat-talbiet mill-partijiet elenkati fit-tabella 1 ġiet konkluża.

    Tabella 1

    Kodiċi TARIC addizzjonali

    Isem

    Indirizz

    B963

    PANEX DINAMIC d.o.o.

    Dr. Tome Bratkovića 1, HR-40000 Čakovec, Croatia

    C001

    CICLI EUROPA s.r.l.

    34 Via portella Bifuto, IT-93017 San Cataldo (CL), Italy

    C002

    OLYMPIQUE SARL

    ZA Les Epalits, FR-42610 Saint-Romain-le-Puy, France

    C021

    Kuisle & Kuisle GmbH

    Füssener Straße 22 a, DE-87675 Stötten, Germany

    B960

    In Cycles — Montagem e Comércio de Bicicletas Lda.

    Zona Industrial De Barrô Norte/Sul, N.o 976, Fracçao A/B e D, AP. 52, PT-3750-353 Barrô Águeda, Portugal

    C053

    Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna “Trans-Rower” Roman Tylec

    Dąbie 47, PL-39-311 Zdziarzec, Poland

    (11)

    Matul l-eżaminazzjoni l-Kummissjoni stabbiliet li l-valur tal-partijiet li joriġinaw fiċ-Ċina jikkostitwixxu inqas minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet tar-roti assemblati minn dawn il-partijiet.

    (12)

    Konsegwentement, l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ tagħhom jaqa' barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

    (13)

    Għal din ir-raġuni, u skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta' eżenzjoni, il-partijiet elenkati fit-tabella 1 jenħtieġ li jiġu eżentati mid-dazju estiż.

    (14)

    Skont l-Artikolu 7(2), l-eżenzjonijiet tagħhom jenħtieġ li jibdew jgħoddu mid-data tal-wasla tat-talbiet tagħhom u, barra minn hekk, id-dejn doganali tagħhom fir-rigward tad-dazju estiż jenħtieġ li jitqies null mill-istess data.

    (15)

    Dawn il-partijiet ġew infurmati bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-merti tat-talbiet tagħhom u ngħataw opportunità biex jikkummentaw fuqhom.

    (16)

    Billi l-eżenzjonijiet se japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-tabella 1 bl-ismijiet u l-indirizzi tagħhom, jenħtieġ li l-partijiet eżentati jinnotifikaw lill-Kummissjoni (6) minnufih, dwar kwalunkwe bidliet għal dawn (pereżempju wara bidla fl-isem, fil-forma ġuridika jew fl-indirizz jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda ta' assemblaġġ).

    (17)

    F'każ bħal dan, il-parti jenħtieġ li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari dwar kull modifika fl-attivitajiet tagħha marbuta ma' operazzjonijiet ta' assemblaġġ. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi għal tali parti.

    3.   AĠĠORNAMENT TA' REFERENZI GĦAL PARTIJIET EŻENTATI

    (18)

    Il-partijiet eżentati elenkati fit-tabella 2 innotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-bidliet fir-referenzi tagħhom (l-ismijiet, il-foromoli legali jew l-indirizzi). Il-Kummissjoni, wara li eżaminat l-informazzjoni mressqa, ikkonkludiet li dawn il-bidliet bl-ebda mod ma jaffettwaw l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' eżenzjoni stabbiliti fir-Regolament ta' eżenzjoni.

    (19)

    Filwaqt li l-eżenzjoni ta' dawn il-partijiet mid-dazju estiż awtorizzata skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta' eżenzjoni tibqa' mhux affettwata, ir-referenzi għal dawn il-partijiet jenħtieġ li jiġu aġġornati.

    Tabella 2

    Kodiċi TARIC addizzjonali

    Ir-referenza ta' qabel

    Il-bidla

    A662

    Credat Industries a.s.,

    V. Palkovicha 19

    SK-946 03 Kolárovo, is-Slovakkja

    L-indirizz tal-kumpanija nbidel għal:

    “Priemyselný areál 3415

    SK-946 03 Kolárovo, Slovakia”

    A247

    AT Zweirad GmbH,

    Boschstrasse 18, DE-48341 Altenberge, Germany

    L-indirizz tal-kumpanija nbidel għal:

    “Zur Steinkuhle 2, DE-48341 Altenberge, Germany”

    A995

    Planet X Ltd,

    Unit 6, Ignite Business Park, Magna Way, Rotherham GB-S60 1FD, United Kingdom

    L-indirizz tal-kumpanija nbidel għal:

    “Unit 38-41, Aldwarke Wharfe Business Park, Waddington Way, Rotherham, South Yorkshire GB-S65 3SH, United Kingdom”

    A542

    Biuro Ekonomiczno-Handlowe Jan Zasada,

    ul. Fabryczna 6, PL-98-300 Wieluń, Poland

    L-isem u l-forma ġuridika tal-kumpanija nbidlu għal:

    “Biuro Ekonomiczno-Handlowe Jan Zasada Sp. z o.o.”

    8983

    Mara Cicli SRL,

    Via della Pergola 5, IT-21052 Busto Arsizio (VA), Italy

    L-isem, il-forma ġuridika u l-indirizz tal-kumpanija nbidlu għal:

    “Mandelli SPA

    Via Tommaso Grossi 5, IT-20841 Carate Brianza (MB), Italy”

    A605

    Bohemia Bike a.s.,

    Okružní 697, CZ-370 01 České Budějovice, Czech Republic

    L-indirizz tal-kumpanija nbidel għal

    “Na Pankráci 1724/129 Nusle

    CZ-140 00 Praha 4,

    Czech Republic”

    4.   SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI TAD-DAZJI GĦAL PARTIJIET LI QED JIĠU EŻAMINATI

    (20)

    L-eżaminazzjoni tal-mertu tat-talba mill-partijiet elenkati fit-tabella 3 tinsab għaddejja. Sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet mingħand dawn il-partijiet il-pagament tad-dazju estiż huwa sospiż.

    (21)

    Billi l-eżenzjonijiet japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-tabella 3 bl-ismijiet u l-indirizzi tagħhom, jenħtieġ li li dawn il-partijiet jinnotifikaw lill-Kummissjoni (7) minnufih, dwar kwalunkwe bidla għal dawn (pereżempju wara bidla fl-isem, fil-forma ġuridika jew fl-indirizz jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda ta' assemblaġġ).

    (22)

    F'każ bħal dan, il-parti jenħtieġ li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari dwar kull modifika fl-attivitajiet tagħha marbuta ma' operazzjonijiet ta' assemblaġġ. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi għal tali parti.

    Tabella 3

    Kodiċi TARIC addizzjonali

    Isem

    Indirizz

    C003

    Interbike Spółka z o.o.

    ul. Śląska 6/5, PL-42-200 Częstochowa, Poland

    C049

    Cycles Sport North Ltd

    363 Leach Place, Walton Summit Center, Preston, GB-PR5 8AS, United Kingdom

    C170

    Hermann Hartje KG

    Deichstrasse 120-122, DE-27318 Hoya, Germany

    C102

    Uno Bike B.V.

    Bovendijk 213, NL-3045 PD Rotterdam, The Netherlands

    C128

    VELOSPRINT S

    Trnavská 40, SK-949 01 Nitra, Slovakia

    C169

    Pelago MFG oy

    Tyynenmerenkatu 6 L3, FI-00220 Helsinki, Finland

    C202

    VANMOOF B.V.

    Mauritskade 55, NL-1092 AD Amsterdam, The Netherlands

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 88/97.

    Artikolu 2

    Il-partijiet elenkatati fit-tabella 1 hawn taħt huma b'dan eżentati mill-estensjoni bir-Regolament (KE) Nru 71/97 tad-dazju antidumping definittiv fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 (8) fuq importazzjonijiet ta' ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

    F'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, l-eżenzjonijiet tagħhom għandhom jidħlu fis-seħħ mid-dati tal-wasla tat-talbiet ta' dawn il-partijiet. Dawn id-dati huma previsti fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

    L-eżenzjonijiet għandhom japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-tabella 1 bl-ismijiet u l-indirizzi tagħhom.

    Il-partijiet eżentati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih, b'kull bidla f'dawn, waqt li jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment dwar kull modifika fl-attivitajiet tal-parti marbuta mal-operazzjonijiet ta' assemblaġġ fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' eżenzjoni.

    Tabella 1

    Partijiet Eżentati

    Kodiċi TARIC addizzjonali

    Isem

    Indirizz

    Data tad-dħul fis-seħħ

    B960

    In Cycles — Montagem e Comércio de Bicicletas Lda.

    Zona Industrial De Barrô Norte/Sul, N.o 976, Fracçao A/B e D, AP. 52, PT-3750-353 Barrô Águeda, Portugal

    2.5.2014

    B963

    PANEX DINAMIC d.o.o.

    Dr. Tome Bratkovića 1, HR-40000 Čakovec, Croatia

    13.8.2014

    C002

    OLYMPIQUE SARL

    ZA Les Epalits, FR-42610 Saint-Romain-le-Puy, France

    28.10.2014

    C001

    CICLI EUROPA s.r.l.

    34 Via portella Bifuto, IT-93017 San Cataldo (CL), Italy

    10.11.2014

    C021

    Kuisle & Kuisle GmbH

    Füssener Straße 22 a, DE-87675 Stötten, Germany

    17.2.2015

    C053

    Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna “Trans-Rower” Roman Tylec

    Dąbie 47, PL-39-311 Zdziarzec, Poland

    1.7.2015

    Artikolu 3

    Ir-referenzi aġġornati għall-partijiet eżentati elenkati fit-Tabella 2 hawn taħt huma previsti fil-kolonna intitolata “Referenza ġdida”. Dawn l-aġġornamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fid-dati previsti fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

    Il-kodiċijiet addizzjonali TARIC korrispondenti li qabel kienu attribwiti lil dawn il-partijiet eżentati kif stipulat fil-kolonna intitolata “Kodiċi addizzjonali TARIC” jibqgħu l-istess.

    Tabella 2

    Partijiet eżentati li għalihom għandha tiġi aġġornata r-referenza

    Kodiċi TARIC addizzjonali

    Referenza ta' qabel

    Referenza ġdida

    Data tad-dħul fis-seħħ

    A662

    Credat Industries a.s.,

    V. Palkovicha 19,

    SK-946 03 Kolárovo, Slovakia

    Credat Industries a.s.,

    Priemyselný areál 3415,

    SK-946 03 Kolárovo, Slovakia

    21.3.2016

    A247

    AT Zweirad GmbH,

    Boschstrasse 18,

    DE-48341 Altenberge, Germany

    AT Zweirad GmbH,

    Zur Steinkuhle 2,

    DE-48341 Altenberge, Germany

    17.2.2016

    A995

    Planet X Ltd,

    Unit 6, Ignite Business Park, Magna Way,

    Rotherham GB-S60 1FD, United Kingdom

    Planet X Ltd,

    Unit 38-41, Aldwarke Wharfe Business Park, Waddington Way, Rotherham, South Yorkshire GB-S65 3SH, United Kingdom

    17.11.2016

    8983

    Mara Cicli SRL,

    Via della Pergola 5,

    IT-21052 Busto Arsizio (VA), Italy

    Mandelli SPA,

    Via Tommaso Grossi 5,

    IT-20841 Carate Brianza (MB), Italy

    1.1.2017

    A605

    Bohemia Bike a.s.,

    Okružní 697,

    CZ-370 01 České Budějovice, Czech Republic

    Bohemia Bike a.s.,

    Na Pankráci 1724/129 Nusle

    CZ-140 00 Praha 4, Czech Republic

    25.1.2017

    A542

    Biuro Ekonomiczno-Handlowe Jan Zasada

    ul. Fabryczna 6, PL-98-300 Wieluń, Poland

    Biuro Ekonomiczno-Handlowe Jan Zasada Sp. z o.o.

    ul. Fabryczna 6, PL-98-300 Wieluń, Poland

    2.1.2017

    Artikolu 4

    Il-partijiet elenkati fit-tabella 3 hawn taħt qed jiġu eżaminati skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 88/97.

    Is-sospensjonijiet tal-pagament tad-dazju antidumping estiż skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 għandhom jidħlu fis-seħħ mid-dati tal-wasla tat-talbiet ta' dawn il-partijiet. Dawn id-dati huma previsti fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

    Dawn is-sospensjonijiet għandhom japplikaw biss għall-partijiet eżaminati speċifikament imsemmija fit-tabella 3 bl-ismijiet u l-indirizzi tagħhom.

    Il-partijiet li qed jiġu eżaminati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih, b'kull bidla f'dawn, waqt li jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment dwar kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-parti marbuta mal-operazzjonijiet ta' assemblaġġ fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' sospensjoni.

    Tabella 3

    Partijiet li qed jiġu eżaminati

    Kodiċi TARIC addizzjonali

    Isem

    Indirizz

    Data tad-dħul fis-seħħ

    C003

    Interbike Spółka z o.o.

    ul. Śląska 6/5, PL-42-200 Częstochowa, Poland

    18.12.2014

    C049

    Cycles Sport North Ltd

    363 Leach Place, Walton Summit Center, Preston, GB-PR5 8AS, United Kingdom

    27.4.2015

    C102

    Uno Bike B.V.

    Bovendijk 213, NL-3045 PD Rotterdam, The Netherlands

    24.11.2015

    C170

    Hermann Hartje KG

    Deichstrasse 120-122, DE-27318 Hoya, Germany

    29.9.2016

    C128

    VELOSPRINT S

    Trnavská 40, SK-949 01 Nitra, Slovakia

    14.4.2016

    C169

    Pelago MFG oy

    Tyynenmerenkatu 6 L3, FI-00220 Helsinki, Finland

    23.9.2016

    C202

    VANMOOF B.V.

    Mauritskade 55, NL-1092 AD Amsterdam, The Netherlands

    19.12.2016

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati fl-Artikoli 2, 3 u 4. Hija wkoll ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Frar 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Cecilia MALMSTRÖM

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

    (2)  ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.

    (3)  ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

    (4)  ĠU C 45, 13.2.1997, p. 3, ĠU C 112, 10.4.1997, p. 9, ĠU C 220, 19.7.1997, p. 6, ĠU C 378, 13.12.1997, p. 2, ĠU C 217, 11.7.1998, p. 9, ĠU C 37, 11.2.1999, p. 3, OJ C 186, 2.7.1999, p. 6, ĠU C 216, 28.7.2000, p. 8, ĠU C 170, 14.6.2001, p. 5, ĠU C 103, 30.4.2002, p. 2, ĠU C 35, 14.2.2003, p. 3, ĠU C 43, 22.2.2003, p. 5, ĠU C 54, 2.3.2004, p. 2, ĠU C 299, 4.12.2004, p. 4, ĠU L 17, 21.1.2006, p. 16 and ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5, ĠU L 81, 20.3.2008, p. 73, ĠU C 310, 5.12.2008, p. 19, ĠU L 19, 23.1.2009, p. 62, ĠU L 314, 1.12.2009, p. 106, ĠU L 136, 24.5.2011, p. 99, ĠU L 343, 23.12.2011, p. 86, ĠU L 119, 23.4.2014, p. 67, ĠU L 132, 29.5.2015, p. 32, ĠU L 331, 17.12.2015, p. 30.

    (5)  ĠU L 331, 17.12.2015, p. 30.

    (6)  Il-partijiet huma mogħtija l-parir li jużaw l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu

    (7)  Il-partijiet huma mogħtija l-pariri li jużaw l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu

    (8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 tat-8 ta' Settembru 1993 li jimponi dazju definittiv anti-dumping lejn il-Komunità ta' biċikletti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju anti-dumping (ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1).


    Top