Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0114(01)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Jannar 2017 dwar il-ħatra ta’ ċerti membri tal-Kunsill Xjentifiku tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka

C/2017/0003

ĠU C 13, 14.1.2017, p. 2–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force

14.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/2


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Jannar 2017

dwar il-ħatra ta’ ċerti membri tal-Kunsill Xjentifiku tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka

(2017/C 13/02)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni waqqfet il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (“ERC”) bid-Deċiżjoni C(2013) 8915 (2) (kif modifikata sussegwentement bid-Deċiżjoni C(2015) 58 (3)) għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 bħala l-mezz ta’ implimentazzjoni tal-azzjonijiet skont il-Parti I “Xjenza Eċċellenti” marbuta mal-għan speċifiku “Il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC)”, imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2013/743/UE,

(2)

L-ERC huwa magħmul mill-Kunsill Xjentifiku indipendenti previst fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2013/743/UE u mill-istruttura ta’ implimentazzjoni ddedikata prevista fl-Artikolu 8 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni C(2013) 8915, il-Kunsill Xjentifiku huwa magħmul mill-President tal-ERC u minn 21 membru,

(4)

Skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 2013/743/UE, il-membri tal-Kunsill Xjentifiku jinħatru għal mandat ta’ mhux iżjed minn erba’ snin, li jista’ jiġġedded darba. Dawn jenħtieġ li jinħatru b’mod li jiżgura l-kontinwità tal-ħidma tal-Kunsill Xjentifiku.

(5)

It-tieni mandat ta’ membru wieħed tal-Kunsill Xjentifiku se jintemm,

(6)

L-ewwel mandat ta’ seba’ membri tal-Kunsill Xjentifiku se jintemm u tlieta mhux se jiġġeddu,

(7)

Skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 2013/743/UE, il-membri tal-Kunsill Xjentifiku jinħatru mill-Kummissjoni, wara li ssir proċedura indipendenti u trasparenti għall-identifikazzjoni tagħhom bi qbil mal-Kunsill Xjentifiku, li tinkludi konsultazzjoni mal-komunità xjentifika u rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Għal dan l-għan, twaqqaf Kumitat ta’ Identifikazzjoni permanenti għall-għażla tal-membri futuri tal-Kunsill Xjentifiku tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka. Il-Kumitat għamel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni għall-ħatra ta’ erba’ membri ġodda tal-Kunsill Xjentifiku u għat-tiġdid tal-ewwel mandati ta’ erba’ membri tal-Kunsill Xjentifiku, li ġew aċċettati,

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Professur Paola BOVOLENTA maħtura bħala membru tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC għall-ewwel mandat li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020.

Il-Professur Eveline CRONE maħtura bħala membru tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC għall-ewwel mandat li jibda fl-1 ta’ April 2017 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020.

Il-Professur Andrzej JAJSZCZYK maħtur bħala membru tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC għall-ewwel mandat li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020.

Il-Professur Giulio SUPERTI-FURGA maħtur bħala membru tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC għall-ewwel mandat li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020.

Il-Professur Klaus BOCK maħtur bħala membru tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC għat-tieni mandat li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2018.

Il-Professur Athene DONALD maħtura bħala membru tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC għat-tieni mandat li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2018.

Il-Professur Eva KONDOROSI maħtura bħala membru tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC għat-tieni mandat li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2018.

Il-Professur Reinhilde VEUGELERS maħtura bħala membru tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC għat-tieni mandat li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2018.

Artikolu 2

Il-membri tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC huma mniżżla fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2017.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Carlos MOEDAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8915 tat-12 ta’ Diċembru 2013 li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 23).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 58 tas-17 ta’ Frar 2015 li temenda d-Deċiżjoni C(2013) 8915 li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ĠU C 58, 18.2.2015, p. 3).


ANNESS

Membri tal-Kunsill Xjentiiku tal-ERC

Isem u Istitut

Tmiem il-mandat

Klaus BOCK, il-Fondazzjoni Nazzjonali Daniża tar-Riċerka

il-31 ta’ Diċembru 2018

Paola BOVOLENTA, l-Università Awtonoma ta’ Madrid

il-31 ta’ Diċembru 2020

Margaret BUCKINGHAM, l-Istitut Pasteur, Pariġi

it-30 ta’ Ġunju 2019

Christopher CLARK, l-Università ta’ Cambridge

il-31 ta’ Diċembru 2019

Eveline CRONE, l-Università ta’ Leiden

il-31 ta’ Diċembru 2020

Athene DONALD, l-Università ta’ Cambridge

il-31 ta’ Diċembru 2018

Andrzej JAJSZCZYK, l-Università tax-Xjenza u t-Teknoloġija AGH, Krakow

il-31 ta’ Diċembru 2020

Tomas JUNGWIRTH, l-Akkademja tax-Xjenzi tar-Repubblika Ċeka

il-31 ta’ Diċembru 2018

Eva KONDOROSI, l-Akkademja Ungeriża tax-Xjenzi

il-31 ta’ Diċembru 2018

Michael KRAMER, l-Istitut Max Planck tar-Radjoastronomija, Bonn

it-30 ta’ Ġunju 2019

Kurt MEHLHORN, l-Istitut Max Planck tal-Informatika, Saarbrücken

it-30 ta’ Ġunju 2020

Barbara ROMANOWICZ, il-Laboratorju Sesmoloġiku ta’ Berkeley

il-31 ta’ Diċembru 2019

Nils Christian STENSETH, l-Università ta’ Oslo

il-31 ta’ Diċembru 2017

Martin STOKHOF, l-Università ta’ Amsterdam

il-31 ta’ Diċembru 2017

Giulio SUPERTI-FURGA, iċ-Ċentru tar-Riċerka tal-Mediċina Mollekulari tal-Akkademja Awstrijaka tax-Xjenzi

il-31 ta’ Diċembru 2020

Nektarios TAVERNARAKIS, l-Istitut tal-Bijoloġija Molekulari u tal-Bijoteknoloġija, il-Fondazzjoni tar-Riċerka u tat-Teknoloġija — Hellas

it-30 ta’ Ġunju 2020

Janet THORNTON, il-Laboratorju Ewropew tal-Bijoloġija Molekolari tal-Istitut Ewropew tal-Bijoinformatika (EMBL-EBI)

il-31 ta’ Diċembru 2018

Isabelle VERNOS, l-Istitut Katalan tar-Riċerka u l-Istudji Avvanzati, Barċellona

it-30 ta’ Ġunju 2019

Reinhilde VEUGELERS, l-Università Kattolika ta’ Leuven

il-31 ta’ Diċembru 2018

Michel WIEVIORKA, iċ-Ċentru għall-Analiżi u għall-Intervent Soċjoloġiċi, Pariġi

il-31 ta’ Diċembru 2017

Fabio ZWIRNER, l-Università ta’ Padova

il-31 ta’ Diċembru 2018


Top