Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0074

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/74 tal-25 ta' Novembru 2016 li tistabbilixxi indikatur fiskali komuni għaż-żjut tal-gass u għall-pitrolju (notifikata bid-dokument C(2016) 7546)

    C/2016/7546

    ĠU L 10, 14.1.2017, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/02/2022; Imħassar b' 32022D0197 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/74/oj

    14.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 10/7


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/74

    tal-25 ta' Novembru 2016

    li tistabbilixxi indikatur fiskali komuni għaż-żjut tal-gass u għall-pitrolju

    (notifikata bid-dokument C(2016) 7546)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE tas-27 ta' Novembru 1995 dwar l-immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Biex is-suq intern jiffunzjona sewwa, u b'mod partikolari biex ma jkunx hemm evażjoni ta' taxxa, id-Direttiva 95/60/KE tipprevedi sistema ta' indikaturi komuni għall-identifikazzjoni taż-zjut tal-gass, li jinsab fil-kodiċi 2710 00 69 tan-Nomenklatura Magħquda (NM), u tal-pitrolju, li jinsab fil-kodiċi NM 2710 00 55, li nħarġu għall-konsum eżenti mid-dazju tas-sisa, jew suġġetti għal rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa. L-ewwel kodiċi nqasam fil-kodiċijiet NM 2710 19 43, 2710 19 46, 2710 19 47, 2710 19 48, 2710 20 11, 2710 20 15, 2710 20 17 u 2710 20 19, sabiex jiġi kopert il-kontenut tal-kubrit u l-preżenza tal-bijodiżil fiż-żejt tal-gass, u t-tieni kodiċi ġie traspost għall-kodiċi NM 2710 19 25 (2).

    (2)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/544/UE (3) stabbiliet il-prodott identifikat bl-isem xjentifiku ta' N-etil-N-[2-(1-isobjutossietossi)etil]-4-(fenilażo)anilina (Solvent Yellow 124) bħala l-indikatur fiskali komuni stipulat bid-Direttiva 95/60/KE, għall-immarkar taż-żjut tal-gass u tal-pitrolju li ma tħallasx id-dazju fuqhom bir-rata sħiħa applikabbli għal dawn il-prodotti tal-enerġija li jintużaw bħala propellanti.

    (3)

    L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/544/UE jeżiġi li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tiġi riveduta sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016, fid-dawl tal-iżviluppi tekniċi fil-qasam tas-sistemi ta' indikaturi u billi titqies il-ħtieġa li jiġi miġġieled l-użu frodulenti taż-żjut minerali li huma eżentati mid-dazju tas-sisa, jew li huma suġġetti għal rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa.

    (4)

    Bħala parti mill-proċess ta' reviżjoni, il-Kummissjoni nediet sejħa għall-espressjonijiet ta' interess biex jitressqu l-prodotti addattati biex jintużaw bħala indikatur fiskali għaż-żjut tal-gass u għall-pitrolju (4). Il-Kummissjoni tixtieq tidentifika sustanza bħala indikatur li tkun taħdem aħjar fir-rigward ta' sett ta' kriterji predefiniti, meta mqabbla mas-sustanza li qed tintuża fil-preżent.

    (5)

    Billi r-reviżjoni għadha ma ntemmitx is-Solvent Yellow 124 għandu jibqa' jintuża bħala l-indikatur fiskali komuni fit-tifsira tad-Direttiva 95/60/KE u suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dik id-Direttiva.

    (6)

    Din id-Deċiżjoni ma tħoll lill-ebda impriża mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 102 tat-Trattat.

    (7)

    L-opportunitajiet li joffru żviluppi futuri fix-xjenza għandhom jitqiesu billi jiġi stabbilit limitu ta' żmien għar-reviżjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    (8)

    Għandha ssir reviżjoni ta' din id-Deċiżjoni fi kwalunkwe ħin qabel din l-iskadenza jekk is-Solvent Yellow 124 jinstab li qed jikkawża żieda fl-evażjoni fiskali jew ħsara addizzjonali fuq is-saħħa jew fuq l-ambjent, jew jekk il-Kummissjoni ssib sustanza li tkun taħdem aħjar mis-Solvent Yellow 124.

    (9)

    Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/544/UE għandha titħassar.

    (10)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-indikatur fiskali komuni stipulat bid-Direttiva 95/60/KE, għall-immarkar taż-żjut tal gass kollha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2710 19 43, 2710 19 46, 2710 19 47, 2710 19 48, 2710 20 11, 2710 20 15, 2710 20 17 u 2710 20 19, kif ukoll tal-pitrolju li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 19 25, għandu jkun is-Solvent Yellow 124, kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    L-Istati Membri għandhom jiffissaw livell ta' indikatur ta' mill-anqas 6 mg u mhux aktar minn 9 mg ta' indikatur għal kull litru ta' żejt minerali.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2021, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fil-qasam tas-sistemi ta' indikaturi u l-ħtieġa li jiġi miġġieled l-użu frodulenti taż-żjut minerali li huma eżentati mid-dazju s-sisa, jew li huma suġġetti għal rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa.

    Għandha ssir reviżjoni ta' din id-Deċiżjoni qabel jekk is-Solvent Yellow 124 jinstab li qed jikkawża żieda fl-evażjoni fiskali jew ħsara addizzjonali fuq is-saħħa jew fuq l-ambjent, jew jekk il-Kummissjoni ssib sustanza li tkun taħdem aħjar mis-Solvent Yellow 124.

    Artikolu 3

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/544/UE tħassret.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, il-25 ta' Novembru 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Pierre MOSCOVICI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 291, 6.12.1995, p. 46.

    (2)  Il-kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda għandhom ikunu dawk tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1754 tas-6 ta' Ottubru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 285, 30.10.2015, p. 1).

    (3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/544/UE tas-16 ta' Settembru 2011 li tistabbilixxi indikatur fiskali komuni għall-gażolji u l-kerosin (ĠU L 241, 17.9.2011, p. 31).

    (4)  ĠU C 299, 11.9.2015, p. 28.


    ANNESS

    1.

    Identifikazzjoni skont l-Indiċi tal-Kulur: Solvent Yellow 124

    2.

    L-isem xjentifiku: N-Etil-N-[2-(1-isobutossietossi)etil]-4-(fenilażo)anilina.


    Top