Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0005

    Deċiżjoni (UE) 2017/468 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/10 dwar nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għar-rappurtar tal-istatistika (BĊE/2017/5)

    ĠU L 77, 22.3.2017, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/01/2023; Impliċitament imħassar minn 32022R1917

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/468/oj

    22.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 77/1


    DEĊIŻJONI (UE) 2017/468 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tas-26 ta’ Jannar 2017

    li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/10 dwar nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għar-rappurtar tal-istatistika (BĊE/2017/5)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 5.1 u 34.1 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta’ Novembru 1998, dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (2), u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2157/1999 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta’ Settembru 1999 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/1999/4) (3),

    Billi:

    (1)

    Il-proċedura għal-ġbir tat-tagħrif fuq ksur u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2010/10 (4) instabet li hija għodda effettiva fit-trattazzjoni ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar statistiku u għalhekk għandha tiġi estiża għall-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li jistgħu jirriżultaw skont ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/48) (5).

    (2)

    Għandu jiġi kkjarifikat l-obbligu tal-aġenti li jirrapportaw biex jirrispondu domandi mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-bank ċentrali nazzjonali dwar każijiet possibbli ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar tagħhom.

    (3)

    Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Emendi

    Id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 hija emendata kif ġej:

    1.

    L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (2) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    “2.

    ‘istituzzjoni monetarja finanzjarja’ (IMF) għandha l-istess tifsira kif hemm fil-punt (a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (*1); u fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Banek Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/48) (*2) għandu jinqara sabiex jinkludi l-friegħi kollha tal-IFM li jinsabu fl-Unjoni Ewropea u tal-EFTA, sakemm ma jiġix pprovdut mod ieħor fi kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dak ir-Regolament;

    (b)

    il-punt (6) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    “6.

    ‘skadenza tal-BĊN’ tfisser id-data stabbilita minn kull BĊN sabiex jirċievi dejta mingħand l-aġenti li jirrapportaw.”

    (c)

    Għandu jiddaħħal l-Kapitolu 10 li ġej:

    “10.

    ‘fergħa’ tfisser post tan-negozju li jifforma parti legalment dipendenti ta’ istituzzjoni u li twettaq b’mod dirett it-tranżazzjonijiet kollha jew uħud minnhom inerenti fin-negozju ta’ istituzzjonijiet;”;

    (d)

    għandu jiddaħħal il-punt 11 li ġej:

    “11.

    ‘fergħa li tinsab fl-Unjoni u l-EFTA’ tfisser fergħa li tinsab u hija rreġistrata fi Stat Membru tal-Unjoni jew f’pajjiż tal-EFTA.”;

    2.

    L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Il-BĊE u l-BĊNi għandhom jimmonitorjaw il-konformità tal-aġenti li jirrapportaw mal-istandards minimi meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi ta’ rapportar tagħhom, kif stipulat fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/2013), l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) (*3) l-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38), l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1074/2013 (BĊE/2013/39), l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (ECB/2013/40) u l-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1333/2013 (BĊE/2014/48). F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, il-BĊE u l-BĊN kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jwettqu fażi ta’ valutazzjoni u/jew jibdew proċedura ta’ ksur kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) u (2). Wara proċedura ta’ ksur, il-BĊE jista’ jimponi sanzjonijiet skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98.

    (b)

    il-paragrafu 3 li ġej huwa miżjud:

    “3.   Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-BĊE li jimponi sanzjonijiet bis-saħħa tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 2533/98.”;

    3.

    fl-Artikolu 3(1), il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    il-BĊE jew il-BĊN kompetenti jista’, fejn ikun irreġistra nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-rappurtar, jagħti twissija lill-aġent li jirrapporta kkonċernat biex jinfurmah dwar in-natura tan-nuqqas ta’ konformità rreġistrata, u jirrakkomanda miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu sabiex tiġi evitata ripetizzjoni tan-nonkonformità;”;

    4.

    fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa mibdul b’li ġej:

    “2.   F’każ ta’ ksur marbut mat-tempenstività, is-serjetà tal-ksur għandha tiddependi fuq in-numru ta’ jiem ta’ xogħol jew sigħat ta’ dewmien fil-konfront tal-iskadenza tal-BĊN jew tal-iskadenza tal-BĊN.”

    5.

    l-Artikolu 4a li ġej huwa mdaħħal:

    “Artikolu 4a

    Risposti għad-domandi

    L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrispondu domandi li jirrigwardaw każijiet possibbli ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-rappurtar tal-istatistika fil-perijodu ta’ żmien li jistabbilixxi l-BĊE jew il-BĊN rilevanti.”.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2017. Għandha tapplika mill-perjodu ta’ referenza tal-31 ta’ Marzu 2017 għar-rekwiżiti tar-rappurtar ta’ kuljum, mill-perijodu ta’ referenza ta’ Marzu 2017 għal rekwiżiti ta’ rappurtar ta’ kull xahar u annwali, u mill-ewwel trimestru tal-2017 għar-rekwiżiti tar-rappurtar trimestrali.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ Jannar 2017.

    Il-President tal-BĊE

    Mario DRAGHI


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3, p. 23.

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3, p. 19.

    (3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3, p. 139.

    (4)  Deċiżjoni BĊE/2010/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Awwissu 2010 dwar nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għar-rapportar tal-istatistika (ĠU L 226, 28.8.2010, p. 48).

    (5)  Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (BĊE/2014/48) (ĠU L 359, 16.12.2012, p. 97).

    (*1)  Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).

    (*2)  Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (BĊE/2014/48) (ĠU L 359, 16.12.2012, p. 97).”;

    (*3)  Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta’ imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51).”;


    Top