Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1733

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1733 tat-28 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji tal-importazzjoni addizzjonali għal għasel iswed fis-settur taz-zokkor applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2016

    ĠU L 262, 29.9.2016, p. 27–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1733/oj

    29.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 262/27


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1733

    tat-28 ta' Settembru 2016

    li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji tal-importazzjoni addizzjonali għal għasel iswed fis-settur taz-zokkor applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2016

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 (2) jistipula li l-prezz cif tal-importazzjoni għall-melassa (għasel iswed) tal-kwalità standard definita fl-Artikolu 27 tar-Regolament imsemmi huwa kkunsidrat bħala “prezz rappreżentattiv”.

    (2)

    Biex il-prezzijiet rappreżentattivi jiġu stabbiliti, għandha titqies l-informazzjoni kollha stipulata fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, għajr fil-każi pprovduti fl-Artikolu 30 tar-Regolament imsemmi u, skont il-każ, dawk il-prezzijiet għandhom jiġu stabbiliti jsir skont il-metodu stipulat fl-Artikolu 33 tar-Regolament imsemmi.

    (3)

    Għall-aġġustament tal-prezz li ma jikkonċernax il-kwalità standard, skont il-kwalità tal-melassa (għasel iswed) offruta, huwa xieraq li jitnaqqsu jew jiżdiedu l-prezzijet skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

    (4)

    Fejn ikun hemm differenza bejn il-prezz inizjali għall-prodott ikkonċernat u l-prezz rappreżentattiv, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dazji tal-importazzjoni addizzjonali, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. Fil-każ li d-dazji tal-importazzjoni jiġu sospiżi skont l-Artikolu 40 tar-Regolament imsemmi, jeħtieġ li jiġu ffissati l-ammonti partikolari għal dawk id-dazji.

    (5)

    Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji tal-importazzjoni addizzjonali għall-melassa (għasel iswed), b'rabta mal-kodiċijiet tan-NM 1703 10 00 u 1703 90 00, skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

    (6)

    Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji tal-importazzjoni addizzjonali għal għasel iswed tal-kodiċjiet tan-Nomenklatura Magħquda 1703 10 00 u 1703 90 00 huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2016.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24).


    ANNESS

    Il-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji tal-importazzjoni addizzjonali għal għasel iswed fis-settur taz-zokkor, applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2016

    (f'EUR)

    Il-kodiċi tan-NM:

    L-ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

    L-ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

    L-ammont tad-dazju li għandu jiġi applikat fuq l-importazzjoni b'riżultat tas-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat (1)

    1703 10 00  (2)

    13,90

    0

    1703 90 00  (2)

    14,21

    0


    (1)  Skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, dan l-ammont jissostitwixxi r-rata tad-Dazju Doganali Komuni ffissata għal dawn il-prodotti.

    (2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.


    Top