Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1715

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1715 tat-23 ta' Settembru 2016 dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Settembru 2016 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

    ĠU L 258, 24.9.2016, p. 12–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1715/oj

    24.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 258/12


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1715

    tat-23 ta' Settembru 2016

    dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Settembru 2016 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 (2) fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur, li jinqasmu skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness I tal-istess Regolament ta' Implimentazzjoni.

    (2)

    Settembru huwa r-raba' subperjodu għall-kwota pprovduta skont l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, it-tielet subperjodu għall-kwota pprovduta skont l-Artikolu 1(1)(d) tal-istess Regolament ta' Implimentazzjoni u l-ewwel subperjodu għall-kwota pprovduta skont l-Artikolu 1(1)(e) tal-istess Regolament ta' Implimentazzjoni.

    (3)

    In-notifiki mibgħuta skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 juru li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4117 — 09.4118 u 09.4168, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel 10 ijiem ta' xogħol ta' Settembru 2016, skont l-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, ikopru kwantità li taqbeż dik disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġu stabbiliti l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni li għandhom jiġu applikati għall-kwantitajiet mitluba skont il-kwota/i kkonċernata/i, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

    (4)

    Dawk in-notifiki juru wkoll li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 — 09.4112 u 09.4119, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel 10 ijiem ta' xogħol ta' Settembru 2016, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, ikopru kwantità li hija inqas minn dik disponibbli.

    (5)

    Il-kwantità mhux użata għas-subperjodu ta' Settembru tal-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 u 09.4130 hija trasferita għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4138 għas-subperjodu sussegwenti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011.

    (6)

    Huwa xieraq li tiġi stabbilita wkoll il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu sussegwenti għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4138 u 09.4168, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011.

    (7)

    Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   L-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4117 — 09.4118 u 09.4168, imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 u mressqa matul l-ewwel 10 ijiem ta' xogħol ta' Settembru 2016, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantità mitluba, immultiplikata bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    2.   Il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu sussegwenti taħt il-kwoti bin-numri tal-ordni 09.4138 u 09.4168 imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, hija stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Settembru 2016.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta' Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (ĠU L 325, 8.12.2011, p. 6).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


    ANNESS

    Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu tax-xahar ta' Settembru 2016 u kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

    (a)

    Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif stipulat bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

    Oriġini

    Numru tal-ordni

    Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2016

    Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' Ottubru 2016 (kg)

    L-Istati Uniti

    09.4127

     (1)

     

    It-Tajlandja

    09.4128

     (1)

     

    L-Awstralja

    09.4129

     (1)

     

    Oriġini oħra

    09.4130

     (2)

     

    Il-pajjiżi kollha

    09.4138

     

    2 388 075

    (b)

    Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif stipulat bl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

    Oriġini

    Numru tal-ordni

    Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2016

    It-Tajlandja

    09.4112

     (3)

    L-Istati Uniti

    09.4116

     (4)

    L-Indja

    09.4117

    19,777775 %

    Il-Pakistan

    09.4118

    22,796412 %

    Oriġini oħra

    09.4119

     (3)

    Il-pajjiżi kollha

    09.4166

     (4)

    (c)

    Kwota ta' ross miksur kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 00 kif stipulat fl-Artikolu 1(1)(e) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

    Oriġini

    Numru tal-ordni

    Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2016

    Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' Ottubru 2016 (kg)

    Il-pajjiżi kollha

    09.4168

    1,050522 %

    0


    (1)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.

    (2)  L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.

    (3)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.

    (4)  L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.


    Top