EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1647

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647 tat-13 ta' Settembru 2016 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fil-Vjetnam u li huma prodotti minn Best Royal Co. Ltd, Lac Cuong Footwear Co., Ltd, Lac Ty Co., Ltd, Saoviet Joint Stock Company (Megastar Joint Stock Company), VMC Royal Co. Ltd, Freetrend Industrial Ltd u l-kumpanija relatata magħha Freetrend Industrial A (Vietnam) Co., Ltd, Fulgent Sun Footwear Co., Ltd, General Shoes Ltd, Golden Star Co., Ltd, Golden Top Company Co., Ltd, Kingmaker Footwear Co. Ltd, Tripos Enterprise Inc., Vietnam Shoe Majesty Co., Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14

C/2016/5757

ĠU L 245, 14.9.2016, p. 16–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/09/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1647/oj

14.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1647

tat-13 ta' Settembru 2016

li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fil-Vjetnam u li huma prodotti minn Best Royal Co. Ltd, Lac Cuong Footwear Co., Ltd, Lac Ty Co., Ltd, Saoviet Joint Stock Company (Megastar Joint Stock Company), VMC Royal Co. Ltd, Freetrend Industrial Ltd u l-kumpanija relatata magħha Freetrend Industrial A (Vietnam) Co., Ltd, Fulgent Sun Footwear Co., Ltd, General Shoes Ltd, Golden Star Co., Ltd, Golden Top Company Co., Ltd, Kingmaker Footwear Co. Ltd, Tripos Enterprise Inc., Vietnam Shoe Majesty Co., Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u b'mod partikolari l-Artikolu 266 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea(“ir-Regolament bażiku”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 u 14 tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Fit-23 ta' Marzu 2006, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 553/2006 (2) (“ir-Regolament proviżorju”).

(2)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 (3), il-Kunsill impona dazji antidumping definittivi li jvarjaw minn 9,7 % għal 16,5 % fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda, li joriġina fil-Vjetnam u fir-RPĊ għal sentejn (“ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006” jew “ir-Regolament ikkontestat”).

(3)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 388/2008 (4) il-Kunsill estenda l-miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-RPĊ għal importazzjonijiet ikkunsinjati mir-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Macao (Special Administrative Region, “SAR”), kemm jekk iddikjarati li joriġinaw fl-SAR tal-Macao kif ukoll jekk le.

(4)

Wara rieżami tal-iskadenza mibdi fit-3 ta' Ottubru 2008 (5), il-Kunsill estenda aktar il-miżuri antidumping għal 15-il xahar permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 (6), jiġifieri sal-31 ta' Marzu 2011, meta l-miżuri skadew.

(5)

Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd u Risen Footwear (HK) Co. Ltd, kif ukoll Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd (“l-applikanti”) ikkontestaw ir-Regolament ikkontestat fil-Qorti tal-Prim'Istanza (issa: il-Qorti Ġenerali). Bis-sentenzi tal-4 ta' Marzu 2010 fil-Kawża T-401/06 Brosmann Footwear (HK) u Oħrajn v il-Kunsill [2010] Ġabra II-671 u tal-4 ta' Marzu 2010 fil-Kawżi Magħquda T-407/06 u T-408/06 Zhejiang Aokang Shoes u Wenzhou Taima Shoes v il-Kunsill [2010] Ġabra II-747, il-Qorti Ġenerali rrifjutat dawk il-kontestazzjonijiet.

(6)

L-applikanti appellaw dawn is-sentenzi. Fis-sentenzi tagħha tat-2 ta' Frar 2012 fil-Kawża C-249/10 P Brosmann et al u tal-15 ta' Novembru 2012 fil-Kawża C-247/10P Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd (“is-sentenzi Brosmann u Aokang”), il-Qorti tal-Ġustizzja warrbet dawn is-sentenzi. Hija ddeċidiet li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta' liġi meta hija ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kinitx meħtieġa li teżamina talbiet għal trattament ta' ekonomija tas-suq (“TES”) skont l-Artikolu 2(7)(b) u (c) tar-Regolament bażiku minn negozjanti mhux inklużi fil-kampjun (il-paragrafu 36 tas-sentenza fil-Kawża C-249/10 P u l-paragrafu 29 u 32 tas-sentenza fil-Kawża C-247/10 P).

(7)

Il-Qorti tal-Ġustizzja mbagħad tat sentenza hi stess dwar il-kwistjoni. Hija ddeċidiet li: “[…] jirriżulta li l-Kummissjoni kellha teżamina t-talbiet dokumentati li l-appellanti ppreżentawlha fuq il-bażi tal-Artikolu 2(7)(b) u (c) tar-Regolament bażiku sabiex jibbenefikaw minn SES fil-kuntest tal-proċedura antidumping prevista mir-Regolament kontenzjuż. Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li ma huwiex eskluż li eżami bħal dan kien iwassal għall-impożizzjoni, fir-rigward tagħhom, ta' dazju antidumping definittiv differenti mid-dazju ta' 16,5 % li huwa applikabbli fir-rigward tagħhom bis-saħħa tal-Artikolu 1(3) tar-regolament ikkontestat. Fil-fatt, minn din l-istess dispożizzjoni jirriżulta li dazju antidumping definittiv ta' 9,7 % ġie impost fir-rigward tal-operatur uniku taċ-Ċina li jidher fil-kampjun li kiseb l-SES. Issa, hekk kif jirriżulta mill-punt 38 tas-sentenza preżenti, jekk il-Kummissjoni kienet ikkonstatat li l-kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq kienu jipprevalu wkoll għall-appellanti, dawn tal-aħħar, meta l-kalkolu ta' marġni individwali ma kienx possibbli, kellhom jibbenefikaw ukoll minn din l-aħħar imsemmija rata” (il-paragrafu 42 tas-sentenza fil-Kawża C-249/10 P u l-paragrafu 36 tas-sentenza fil-Kawża C-247/10 P).

(8)

Bħala konsegwenza, hija annullat ir-Regolament ikkontestat, sa fejn jirrigwarda l-applikanti kkonċernati.

(9)

F'Ottubru 2013, il-Kummissjoni, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (7) ħabbret li hija kienet iddeċidiet li tkompli l-proċediment antidumping fil-punt eżatt li fih saret l-illegalità, u li teżamina jekk il-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq ipprevalewx għall-applikanti għall-perjodu mill-1 ta' April 2004 sal-31 ta' Marzu 2005 u stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw ruħhom.

(10)

F'Marzu 2014, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE (8), irrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni li jiġi adottat Regolament ta' Implimentazzjoni li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co. Ltd u Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd u temm il-proċedimenti fir-rigward ta' dawn il-produtturi. Il-Kunsill kien tal-fehma li l-importaturi li jkunu xtraw żraben minn dawk il-produtturi esportaturi, li għalihom id-dazji doganali rilevanti kienu ġew rimborżati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fuq il-bażi tal-Artikolu 236 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (9) (il-“Kodiċi Doganali tal-Komunità”), kienu kisbu aspettattivi leġittimi fuq il-bażi tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament ikkontestat, li kien għamel id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali Komunitarju (10), u b'mod partikolari l-Artikolu 221 tiegħu, applikabbli għall-ġbir tad-dazji.

(11)

Tliet importaturi tal-prodott ikkonċernat, C&J Clark International Ltd (“Clark”), Puma SE (“Puma”), u Timberland Europe B.V. (“Timberland”) (“l-importaturi kkonċernati”) ikkontestaw il-miżuri antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti lbies għar-riġlejn miċ-Ċina u mill-Vjetnam u invokaw il-ġurisprudenza msemmija fil-premessi minn (5) sa (7) quddiem il-Qrati nazzjonali tagħhom, li rreferew il-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari.

(12)

Fil-Kawżi Magħquda C-659/13 C&J Clark International Limited u C-34/14 Puma SE, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat ir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 bħala invalidi sa fejn il-Kummissjoni Ewropea ma eżaminatx it-talbiet għal TES u għal trattament individwali (“TI”) ippreżentati mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u l-Vjetnam mhux inklużi fil-kampjun (“is-sentenzi”), kuntrarjament għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 2(7)(b) u 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (11).

(13)

Rigward it-tielet Kawża C-571/14, Timberland Europe B.V. kontra Inspecteur van de Belastingdienst, kantoor Rotterdam Rijnmond, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-11 ta' April 2016 li tħassar il-kawża mir-reġistru wara talba tal-qorti nazzjonali tar-rinviju.

(14)

L-Artikolu 266 TFUE jipprevedi li l-Istituzzjonijiet iridu jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jimxu b'konformità mas-sentenzi tal-Qorti. Fil-każ ta' annullament ta' att adottat mill-Istituzzjonijiet fil-kuntest ta' proċedura amministrattiva, bħall-antidumping, il-konformità mas-sentenza tal-Qorti tikkonsisti fil-bdil tal-att annullat b'att ġdid, li fih l-illegalità identifikata mill-Qorti tiġi eliminata (12).

(15)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti, il-proċedura ta' sostituzzjoni tal-att annullat tista' titkompla fil-punt innifsu li fih tkun saret l-illegalità (13). Dan jimplika b'mod partikolari li f'sitwazzjoni fejn att li jikkonkludi proċedura amministrattiva jiġi annullat, l-annullament mhux neċessarjament jaffettwa l-atti preparatorji, bħall-bidu tal-proċedura antidumping. F'sitwazzjoni fejn Regolament li jimponi miżuri antidumping definittivi jiġi annullat, li jkun ifisser li wara l-annullament, il-proċediment antidumping tkun għadha miftuħa, għaliex l-att li jikkonkludi l-proċediment antidumping jgħib mill-ordni legali tal-Unjoni (14), ħlief jekk l-illegalità tkun saret fl-istadju tal-bidu.

(16)

Minbarra li l-Istituzzjonijiet ma eżaminawx it-talbiet għal TES u TI provenjenti minn produtturi esportaturi fir-RPĊ u l-Vjetnam mhux inklużi fil-kampjun, is-sejbiet l-oħra kollha magħmula fir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 jibqgħu validi.

(17)

F'dan il-każ, l-illegalità saret wara l-bidu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċidiet li terġa' tibda l-proċediment antidumping preżenti li kien għadu miftuħ wara s-sentenzi fil-punt stess li fih saret l-illegalità u li teżamina jekk kinux jipprevalu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq għall-produtturi esportaturi kkonċernati għall-perjodu mill-1 ta' April 2004 sal-31 ta' Marzu 2005, li kien il-perjodu ta' investigazzjoni fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta' dazji definittivi msemmija fil-premessi (1) u (2) (“l-investigazzjoni oriġinali”). Il-Kummissjoni eżaminat ukoll, fejn xieraq, jekk il-produtturi esportaturi kkonċernati jikkwalifikawx għal TI skont 9(5) tar-Regolament bażiku fil-forma tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 765/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-KUnsill (15) (“ir-Regolament bażiku qabel ma ġie emendat”) (16).

(18)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395 (17), il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid dazju antidumping definittiv u ġabret b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet minn Clark u Puma ta' ċerti lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġina fir-RPĊ u li huwa prodott minn tlettax-il produttur esportatur Ċiniż li ppreżentaw talbiet għal TES u TI fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta' dazji definittivi (“l-investigazzjoni oriġinali”) iżda li ma ġewx inklużi fil-kampjun f'din l-investigazzjoni.

(19)

Għall-importazzjonijiet ta' Puma, Clark u Timberland mill-Vjetnam, il-Kummissjoni vvalutat it-talbiet għal TES u TI pprovduti mill-produtturi esportaturi li ma kinux inklużi fil-kampjun li ppreżentaw tali talbiet fl-investigazzjoni oriġinali.

(20)

Rigward l-importazzjonijiet ta' Timberland, wieħed miż-żewġ fornituri Ċiniżi identifikati fil-Kawża C-571/14, General Shoes Ltd, kien stabbilit fil-Vjetnam u ġie vvalutat bħala tali fl-eżerċizzju preżenti. Kif imsemmi fil-premessa (144) hawn taħt, dan ġie kkontestat mill-Federation of the European Sporting Goods Industry (“FESI”) li ddikjarat li General Shoes Ltd kienet fornitur Ċiniż.

B.   IMPLIMENTAZZJONI TAS-SENTENZI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA FIL-KAWŻI MAGĦQUDA C-659/13 U C-34/14 GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET MILL-VJETNAM

(21)

Il-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li tirrimedja l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li wasslu għall-annullament tiegħu, filwaqt li ma tbiddilx il-partijiet tal-valutazzjoni li ma kinux milquta mis-sentenza (18).

(22)

Dan ir-Regolament ifittex li jirrimedja l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li nstabu li huma inkonsistenti mar-Regolament bażiku, u li għaldaqstant wasslu għad-dikjarazzjoni ta' invalidità f'dak li jirrigwarda ċerti produtturi esportaturi mill-Vjetnam.

(23)

Is-sejbiet l-oħra kollha li saru fir-Regolament ikkontestat, li ma ġewx iddikjarati bħala invalidi mill-Qorti tal-Ġustizzja, jibqgħu validi u huma hawnhekk inkoporati fir-Regolament preżenti.

(24)

Għalhekk, il-premessi li ġejjin huma limitati għall-valutazzjoni l-ġdida neċessarja għall-konformità mas-sentenzi.

(25)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kinux jipprevalu t-TES u t-TI għall-produtturi esportaturi Vjetnamiżi, il-fornituri ta' Clark, Puma u Timberland, li kienu ppreżentaw talbiet għal TES u/jew TI f'din l-investigazzjoni, matul il-perjodu mill-1 ta' April 2004 sal-31 ta' Marzu 2005. L-iskop ta' din id-determinazzjoni huwa li jiġi aċċertat il-grad li fih it-tliet importaturi konċernati huma intitolati li jirċievu ħlas mill-ġdid ta' dazju antidumping imħallas fir-rigward ta' dazji antidumping imħallsa fuq esportazzjonijiet mingħand il-fornituri Vjetnamiżi tagħhom li talbu TES u/jew TI.

(26)

Jekk l-analiżi tiżvela li kellu jingħata TES jew TI lill-produttur esportatur Vjetnamiż li l-esportazzjonijiet tiegħu kienu suġġetti għad-dazju antidumping imħallas minn wieħed mit-tliet importaturi kkonċernati, rata ta' dazju individwali jkollha tkun attribwita lill-produtturi esportaturi kkonċernati u l-ħlas lura ta' dazju jkun limitat għal ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn it-taxxa mħallsa, jiġifieri 10 %, u r-rata ta' dazju individwali kkalkulata għall-produttur esportatur ikkonċernat, jekk ikun hemm.

(27)

Min-naħa l-oħra, f'każ li l-analiżi ta' tali talbiet tat-TES u tat-TI jiżvelaw li kemm it-TES kif ukoll it-TI għandhom jiġu miċħuda, ma jista' jingħata l-ebda ħlas lura ta' dazji antidumping.

(28)

Kif spjegat fil-premessa (12), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat ir-Regolament ikkontestat u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 fir-rigward ta' esportazzjonijiet ta' ċerti lbies għar-riġlejn minn erbatax-il produttur esportatur Vjetnamiż, jiġifieri Best Royal Co. Ltd, Lac Cuong Footwear Co., Ltd, Lac Ty Co., Ltd, Saoviet Joint Stock Company (Megastar Joint Stock Company), VMC Royal Co. Ltd, Freetrend Industrial Ltd. u l-kumpanija relatata tagħha Freetrend Industrial A (Vietnam) Co., Fulgent Sun Footwear Co., Ltd, General Shoes Ltd, Golden Star Co., Ltd, Golden Top Company Co., Ltd, Kingmaker Footwear Co. Ltd, Tripos Enterprise Inc., Vietnam Shoe Majesty Co., Ltd, (“il-produtturi esportaturi kkonċernati”) lejn l-Unjoni u importati minn C&J Clark International Ltd, Puma SE u Timberland Europe B.V. sa fejn jikkonċernaw il-fatt li l-Kummissjoni ma eżaminatx it-talbiet għal TES, u TI ppreżentati minn, fost l-oħrajn, il-produtturi esportaturi fil-Vjetnam.

(29)

Il-Kummissjoni għalhekk bħala l-ewwel pass eżaminat it-talbiet għal TES u TI ta' dawn l-erbatax-il produttur esportatur sabiex tiġi stabbilita r-rata tad-dazju applikabbli għall-esportazzjonijiet tagħhom. Il-valutazzjoni wriet li l-informazzjoni pprovduta ma kinitx biżżejjed biex turi li l-produtturi esportaturi kkonċernati operaw f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq jew li huma kwalifikati għal trattament individwali (ara l-premessi (30) et sequitur hawn taħt għal spjegazzjoni dettaljata).

1.   Valutazzjoni tat-talbiet għal TES

(30)

Huwa meħtieġ li jiġi indikat li l-oneru tal-prova jaqa' fuq il-produttur li jixtieq jibbenefika mit-TES bis-saħħa tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) jipprovdi li t-talba ppreżentata minn produttur bħal dan trid tikkontjeni provi suffiċjenti, hekk kif stabbiliti f'din id-dispożizzjoni, li l-produttur jopera f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq. B'hekk, ma hemm l-ebda obbligu fuq l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jippruvaw li l-produttur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti biex wieħed jibbenefika mill-imsemmi status. Għall-kuntrarju, huma l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni li għandhom jevalwaw jekk il-provi fornuti mill-produttur humiex biżżejjed sabiex juru li l-kriterji stabbiliti mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) huma sodisfati biex jingħata TES, u hija l-ġudikatura tal-Unjoni li għandha tivverifika jekk din il-valutazzjoni hijiex ivvizzjata bi żball manifest (il-paragrafu 32 tas-sentenza fil-Kawża C-249/10 P u l-paragrafu 24 tas-sentenza fil-Kawża C-247/10 P).

(31)

F'konformità mal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku l-ħames kriterji elenkati f'dan l-Artikolu jinħtieġ li jiġu ssodisfati biex produttur esportatur ikun jista' jingħata TES. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li jekk jonqos li jiġi ssodisfat imqar kriterju wieħed, dan ikun biżżejjed biex tiġi miċħuda t-talba għal TES.

(32)

L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi kkonċernati ma kien kapaċi juri li ssodisfa l-kriterju 1 (Deċiżjonijiet tan-negozju). B'mod iktar speċifiku, l-informazzjoni mogħtija minn tmien produtturi esportaturi (V1, V2, V4, V7, V8, V9, V13, V14) uriet li l-Istat kellu influwenza sinifikanti fid-deċiżjonijiet kummerċjali. F'dak li jirrigwarda s-sitt produtturi esportaturi li jifdal, dawn naqsu milli jipprovdu informazzjoni essenzjali u sħiħa (pereżempju evidenza rigward l-istruttura u l-kapital tal-kumpanija, evidenza dwar il-bejgħ domestiku, evidenza dwar il-ħatra ta' diretturi, eċċ.) biex juru li d-deċiżjonijiet kummerċjali tagħhom ittieħdu skont is-sinjali mis-suq u mingħajr interferenza sinifikanti min-naħa tal-Istat.

(33)

F'dak li jirrigwarda l-kriterju 2 (Kontabilità), għaxar kumpaniji (V1, V2, V3, V5, V6, V7, V9, V10, V11, V12) ma ssodisfawx dan il-kriterju minħabba li ma ppreżentawx sett ċar ta' rekords kontabilistiċi bażiċi. In-nuqqasijiet osservati kienu l-assenza ta' kontijiet awditjati jew opinjonijiet tal-awdituri, kwistjonijiet serji enfasizzati mill-awdituri skont l-opinjoni tagħhom (bħal nuqqas ta' konformità ma standard internazzjonali tal-kontabilità) u kontradizzjonijiet rigward self bejn ċerti dikjarazzjonijiet magħmulin fil-formola għat-talba għal TES u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Għall-erba' kumpaniji li jifdal, il-kriterju 2 ma ġiex ivvalutat għar-raġunijiet stipulati fil-premessa (31).

(34)

Rigward il-kriterju 3 (Assi u riport), tmien produtturi esportaturi kkonċernati (V2, V4, V5, V7, V8, V10, V11, V12) naqsu li jipprovdu informazzjoni kompluta (pereżempju evidenza dwar l-assi li jkunu proprjetà tal-kumpanija u d-dritt tal-użu tal-art, spjegazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas tat-taxxa fuq l-introjtu) biex juru li ebda distorsjonijiet ma ntirtu mis-sistema ta' ekonomija mhux tas-suq. Għas-sitt kumpaniji li jifdal, il-kriterju 3 ma ġiex ivvalutat għar-raġunijiet stipulati fil-premessa (31).

(35)

Għar-raġunijiet elenkati fil-premessa (31), l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi kkonċernati ma ġie vvalutat għall-kriterji 4 (Liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà) u 5 (Konverżjonijiet tar-rata tal-kambju).

(36)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ebda wieħed mill-erbatax-il produttur esportatur Vjetnamiż ikkonċernati ma jinħtiġx li jingħataw TES u infurmat lill-produtturi esportaturi kkonċernati b'dan, li ġew mistiedna jipprovdu kummenti. L-ebda kummenti ma kienu rċevuti mill-erbatax-il produttur esportatur Ċiniż ikkonċernat.

(37)

Għaldaqstant, l-ebda wieħed mill-erbatax-il produttur esportatur Vjetnamiż ikkonċernat ma ssodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u għalhekk it-TES huwa miċħud lilhom kollha.

2.   Valutazzjoni tat-talbiet għal TI

(38)

Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel ġie emendat, fejn japplika l-Artikolu 2(7)(a) tal-istess Regolament, għandu madankollu jiġi speċifikat dazju individwali għall-esportaturi li jistgħu juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel ġie emendat.

(39)

Kif imsemmi fil-premessa (30) huwa meħtieġ li jiġi indikat li l-oneru tal-prova jaqa' fuq il-produttur li jixtieq jibbenefika mit-TI skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel ġie emendat. Għal dan il-għan, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(5) jipprovdi li t-talba ppreżentata trid tiġi sostanzjata kif xieraq. B'hekk, ma hemm l-ebda obbligu fuq l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jippruvaw li l-esportatur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti biex wieħed jibbenefika mill-imsemmi status. Għall-kuntrarju, huwa f'idejn l-istituzzjonijiet tal-UE li jevalwaw jekk il-provi fornuti mill-esportatur konċernat humiex biżżejjed biex juru li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emenda tiegħu huma ssodisfati biex jingħata t-TI.

(40)

Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, qabel ma ġie emendat, jinħtieġ li l-esportaturi juru fuq il-bażi ta' talba sostanzjata kif xieraq li l-ħames kriterji kollha elenkati f'dan l-Artikolu huma ssodisfati sabiex ikun jista' jingħata t-TI.

(41)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li n-nuqqas li jiġi ssodisfat imqar kriterju wieħed kien biżżejjed sabiex tiġi miċħuda t-talba għal TI.

(42)

Il-ħames kriterji huma dawn li ġejjin:

(a)

fil-każ ta' ditti jew impriżi konġunti li jappartjenu bis-sħiħ jew parzjalment lill-barranin, l-esportaturi jkunu liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti;

(b)

il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjoni, u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ jiġu determinati liberament;

(c)

il-parti l-kbira tal-ishma jappartjenu lill-persuni privati; uffiċjali tal-istat li jidhru fil-bord tad-diretturi jew li għandhom pożizzjonijiet ta' maniġment ewlenin għandhom jew ikunu f'minoranza jew irid jintwera li l-kumpanija hija madankollu indipendenti biżżejjed minn interferenza mill-Istat;

(d)

il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rata tas-suq; kif ukoll

(e)

L-interferenza mill-Istat mhijiex tali li tippermetti ċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħataw rati differenti ta' dazju.

(43)

L-erbatax-il produttur esportatur Vjetnamiżi kollha li talbu t-TES talbu wkoll it-TI fil-każ li ma jingħatawx it-TES.

(44)

Erba' produtturi esportaturi (il-kumpaniji V6, V12, V13, V14) naqsu milli jissodisfaw il-Kriterju 1 (Ripatrijazzjoni tal-kapital) minħabba li naqsu milli jipprovudi provi sostanzjati li r-ripatrijazzjoni kienet permessa.

(45)

L-ebda wieħed mill-erbatax-il produttur esportatur ikkonċernati ma seta' juri li jissodisfa l-Kriterju 2 (Bejgħ u prezzijiet għall-esportazzjoni stabbiliti liberament). B'mod aktar speċifiku, għal disa' produtturi esportaturi (il-kumpaniji V1, V2, V4, V7, V8, V9, V10, V13, V14) l-Artikoli ta' Assoċjazzjoni, il-Liċenzja għall-Investiment jew il-Liċenzja għan-negozju stipulaw limitu ta' produzzjoni u għalhekk huma naqsu milli juru li d-deċiżjonijiet kummerċjali, bħalma huma l-kwantitajiet tal-esportazzjonijiet, isiru skont is-sinjali tas-suq li jirriflettu l-provvista u d-domanda. Il-produtturi esportaturi kkonċernati li kien fadal ma bigħux fis-suq domestiku u ma pprovdew l-ebda spjegazzjoni oħra sabiex dawn ma jurux li dan ma kienx minħabba l-intervent mill-Istat.

(46)

Fir-rigward tal-Kriterju 3 (Il-persunal maniġerjali ewlieni u l-ishma tal-kumpanija huma suffiċjentement indipendenti mill-interferenza Statali), instab li żewġ produtturi esportaturi (il-Kumpaniji V2, V8) kellhom sjieda parzjali minn azzjonisti proprjetà tal-Istat. Il-maġġoranza tal-ishma ta' produttur esportatur minnhom (il-Kumpanija V2) ma kienx jappartjeni għal persuni privati kif jitlob il-Kriterju 3. Barra minn hekk, instab li l-membri tal-bord maħtura mill-azzjonisti bi sjieda statali taż-żewġ produtturi esportaturi kellhom il-kapaċità li jibblukkaw kull deċiżjoni tal-bordijiet rispettivi tagħhom. Għaldaqstant, iż-żewġ produtturi esportaturi naqsu milli juru li kienu suffiċjentement indipendenti mill-interferenza statali.

(47)

Għaldaqstant, l-ebda wieħed mill-erbatax-il produttur esportatur Vjetnamiż ikkonċernat ma ssodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emenda tiegħu u b'riżultat it-TI ġie miċħud lilhom kollha.

(48)

Id-dazju tal-antidumping residwu li japplika għall-Vjetnam jinħtieġ li għalhekk jiġi impost għal dawn il-produtturi esportaturi għall-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006. Il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament inizjalment kien mis-7 ta' Ottubru 2006 sas-7 ta' Ottubru 2008. Wara l-bidu ta' rieżami tal-iskadenza, dan ġie estiż fit-30 ta' Diċembru 2009 sal-31 ta' Marzu 2011. L-illegalità identifikata fis-sentenzi hija li l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni naqsu milli jistabbilixxu jekk il-prodotti manifatturati mill-produtturi esportaturi kkonċernati jinħtiġux li jkunu soġġetti għad-dazju residwu jew għal dazju indvidwali. Fuq il-bażi tal-illegalità identifikata mill-Qorti, ma hemmx raġuni ġuridika biex il-prodotti magħmula mill-produtturi esportaturi kkonċernati jiġu eżentati għalkollox milli jħallsu d-dazju antidumping. Att ġdid li jirrimedja l-illegalità identifikata mill-Qorti għalhekk jeħtieġ biss li jivvaluta mill-ġdid ir-rata ta' dazju antidumping applikabbli, u mhux il-miżuri stess.

(49)

Billi ġie konkluż li d-dazju residwu jinħtieġ li jkun impost mill-ġdid fir-rigward tal-produtturi esportaturi kkonċernati bl-istess rata li kienet ġiet oriġinarjament imposta bir-Regolament ikkontestat u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009, l-ebda bidliet ma huma meħtieġa għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 388/2008. Dan ir-Regolament jibqa' validu.

C.   KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI WARA D-DIVULGAZZJJONI

(50)

Is-sejbiet u l-konklużjonijiet ta' hawn fuq ġew divulgati lill-partijiet interessati li ngħataw perjodu ta' żmien biex jikkummentaw. Il-FESI u importatur partikolari ppreżentaw lilhom infushom u kkummentaw. Il-kummenti tal-FESI kienu ppreżentati wkoll f'isem PUMA SE u Timberland Europe BV.

L-allegati irregolaritajiet fil-proċedura

(51)

Il-FESI allegat li kien hemm għadd ta' żbalji proċedurali fl-implimentazzjoni attwali. Il-FESI ippuntat lejn il-fatt li t-talbiet għal TES mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kkonċernati kienu diġà ġew eżaminati u divulgati qabel is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 C & J Clark International Limited u C-34/14 Puma SE, jiġifieri fit-3 ta' Diċembru 2015, kif ukoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni li timponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-ilbies għar-riġlejn ta' 16,5 %. Dawn il-valutazzjonijiet għaldaqstant ikunu saru mingħajr bażi ġuridika u kienu qegħdin jipprelataw is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li kienet għadha ġejja.

(52)

Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' din id-dikjarazzjoni billi hija ħejjiet biss l-implimentazzjoni ta' sentenza futura possibbli. Din il-preparazzjoni kienet biex tiżgura amministrazzjoni soda, għar-raġunijiet li ġejjin: L-ewwel nett, mhuwiex qed jiġi kontestat li l-Kummissjoni kellha teżamina t-talbiet għal TES/TI. L-unika kwistjoni li kienet implikata fil-proċeduri tal-Qorti li kienu għadhom pendenti kienet jekk importatur mhux relatat bħal Clark, Puma u Timberland jistax jistrieħ fuq dik l-illegalità. Bħala riżultat ta' din l-għażla binarja iva/le, il-Kummissjoni tista' eċċezzjonalment perfettament tħejji għall-eventwalità ta' deċiżjoni negattiva dwar din il-kwistjoni. It-tieni, l-implimentazzjoni rapida hija meħtieġa biex tippermetti lill-awtoritajiet doganali nazzjonali biex jittrattaw b'mod rapidu talbiet pendenti għal rimborż, u biex jipprovdu ċertezza legali għall-operaturi kollha. Kull influwenza fuq is-sentenza tal-Qorti ġiet eskluża, billi din is-sentenza tirrigwarda suġġett differenti (jiġifieri jekk l-importaturi jkunux jistgħu jserrħu fuq id-dritt li jkollhom talbiet għal TES/IT ivvalutati f'idejn il-produtturi esportaturi).

(53)

Il-FESI qalet ukoll li l-Avviż dwar l-implimentazzjoni tas-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 C&J Clark International Limited u Puma SE ippubblikat aktar tard fis-17 ta' Marzu 2016 (19) ma setax jirregolarizza l-iżbalji proċedurali ta' hawn fuq billi ma jipprovdi l-ebda opportunità sinifikanti għall-partijiet interessati biex jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

(54)

Il-FESI qalet ukoll li huma jmisshom ingħataw aċċess għall-fajl ta' investigazzjoni kollu kemm hu tal-investigazzjoni oriġinali u li l-ismijiet tal-produtturi esportaturi inkwistjoni ma kellhomx jiġu anonimizzati fid-dokumenti ta' divulgazzjoni.

(55)

Fil-konklużjonijiet, FESI argumentat li fuq il-bażi tal-iżbalji proċedurali msemmijin fuq, il-Kummissjoni kisret il-qafas legali bażiku tal-UE u b'hekk eżerċitat abbuż tas-setgħat tagħha.

(56)

L-Avviż dwar l-implimentazzjoni tas-sentenza ġie ppubblikat biex tiżdied it-trasparenza, konformi mal-politika tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza fl-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ u wara talba tal-uffiċjal tas-seduta, wara seduta ta' smigħ ma' waħda mill-partijiet li qajmet il-kwistjoni. Il-Kummissjoni tibqa' tal-fehma li din il-pubblikazzjoni ma kinitx, strettament, legalment meħtieġa. F'kull każ, anki jekk kien meħtieġ, quod non, sabiex jiġi żgurat proċess ġust u d-dritt għal smigħ, dawn ir-rekwiżiti ġew sodisfatti permezz tal-pubblikazzjoni tagħha u l-fatt li jagħti lill-partijiet il-possibbiltà li jikkummentaw.

(57)

L-aċċess għall-fajl kollu tal-investigazzjoni oriġinali ngħata, minkejja l-fatt il-Kummissjoni ma tistax tara kif kwalunkwe informazzjoni oħra għajr it-talbiet għat-TES/TI tal-produtturi-esportaturi kkonċernati jistgħu possibbilment ikunu relevanti għall-proċedimenti preżenti. L-anonimizzazzjoni tal-ismijiet tal-produtturi esportaturi kienet meħtieġa biex jiġi żgurat li tiġi mħarsa d-data kunfidenzjali tan-negozju tagħhom; madankollu, wara talba tagħhom, il-partijiet interessati li impurtaw ġew infurmati min mill-importaturi kienu l-importaturi tagħhom.

(58)

Għal dawn ir-raġunijiet, kull allegazzjoni dwar irregolaritajiet proċedurali għandha tiġi miċħuda.

Bażi ġuridika għat-tkomplija tal-proċediment antidumping

(59)

Il-FESI qalet li ma kien hemm l-ebda bażi ġuridika għall-implimentazzjoni kurrenti. B'mod partikolari, huma qalu li l-Artikolu 266 TFUE mhuwiex applikabbli minħabba li l-miżuri definittivi fuq ilbies tar-riġlejn skadew fil-31 ta' Marzu 2011 u li għaldaqstant ma hemmx effetti persistenti li jirriżultaw mill-illegalità ta' dawn il-miżuri. Il-partijiet argumentaw li l-Artikolu 266 KE mhuwiex intiż sabiex jikkoreġi retroattivament illegalitajiet ta' miżuri skaduti. Din l-opinjoni se tissaħħaħ permezz tal-Artikoli 263 u 265 tat-TFUE li jistabbilixxu limiti ta' żmien għall-preżentata ta' rikors kontra atti illegali u nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-UE. L-approċċ attwali ma għandu l-ebda preċedent u l-Kummissjoni lanqas ma pprovdiet xi raġunament jew ġurisprudenza preċedenti li jsostnu l-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 266 TFUE.

(60)

Il-FESI sostniet ukoll li, f'dan il-każ, l-investigazzjoni ma tistax titkompla mill-punt preċiż fejn seħħet l-illegalità skont l-Artikolu 266 TFUE, minħabba li l-Qorti tal-Ġustizzja mhux biss stabbilixxiet nuqqas ta' raġunament iżda l-illegalità kienet tirrigwarda dispożizzjoni legali ewlenija tar-Regolament bażiku li taffettwa l-valutazzjoni ta' dumping relatata mal-produtturi esportaturi kkonċernati kollha kemm hi.

(61)

Il-FESI allegat ukoll li l-korrezzjoni retroattiva ta' miżuri skaduti tikser il-prinċipju tal-protezzjoni ta' aspettattivi leġittimi. Huma argumentaw li, l-ewwel nett, il-partijiet ikunu ġew assigurati li dawn il-miżuri skadew fl-31 ta' Marzu 2011 u li, minħabba ż-żmien li jkun għadda minn mindu saret l-investigazzjoni oriġinali, il-partijiet kienu intitolati jkollhom aspettattivi fondati li l-investigazzjoni oriġinali mhux se titkompla terġa' tinfetaħ. It-tieni, il-fatt stess li matul l-investigazzjoni oriġinali ma ġewx investigati t-talbiet għal TES fi żmien it-tliet (3) xhur skadenza pprovda ċertezza legali lill-produtturi esportaturi Vjetnamiżi li l-pretensjonijiet ta' TES tagħhom fil-fatt mhumiex se jiġu eżaminati. Finalment, il-partijiet qalu li minħabba l-perjodi ta' żmien twal involuti, it-tkomplija tal-investigazzjoni kienet tikser il-prinċipju universali tal-preskrizzjoni jew limitazzjoni applikabbli fil-kuntesti legali kollha.

(62)

FESI kompliet targumenta li la l-Artikolu 266 TFUE u lanqas ir-Regolament bażiku ma jippermettu l-impożizzjoni retroattiva tad-dazju definittiv ta' 10 % fuq l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi Vjetnamiżi kkonċernati.

(63)

Fir-rigward tal-allegazzjoni li l-miżuri inkwistjoni skadew fil-31 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni ma tistax tara kif l-iskadenza tal-miżura tista' tkun ta' xi relevanza għall-possibbiltà li l-Kummissjonit adotta att ġdid biex jieħu post l-att annullat wara sentenza li tannulla l-att inizjali. Skont il-ġurisprudenza msemmija fil-premessa (15) hawn fuq, jinħtieġ li l-proċedura amministrattiva titkompla mill-punt li fih seħħet l-illegalità.

(64)

Il-proċedimenti antidumping għalhekk, bħala riżultat tal-annullament tal-att li jikkonkludi l-proċedimenti, għadhom miftuħa. Il-Kummissjoni hija taħt obbligu li tagħlaq dawn il-proċedimenti, billi l-Artikolu 9 tar-Regolament bażiku jipprovdi li investigazzjoni għandha tingħalaq b'att tal-Kummissjoni.

(65)

Fir-rigward tal-argument dwar ir-retroattività bbażat fuq l-Artikolu 10 tar-Regolament Bażiku u l-Artikolu 10 tal-Ftehim Antidumping tad-WTO (l-“ADA tad-WTO”), l-Artikolu 10(1) tar-Regolament bażiku, li jsegwi mit-test tal-Artikolu 10(1) tal-ADA tad-WTO, jistipula li l-miżuri proviżorji u d-dazji antidumping definittivi għandhom ikunu applikati biss fuq prodotti li jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni libera wara ż-żmien li d-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 7(1) jew 9(4) tar-Regolament bażiku, skont il-każ, tidħol fis-seħħ. F'dan il-każ, id-dazji antidumping inkwistjoni huma applikati biss għal prodotti li jidħlu f'ċirkolazzjoni libera wara li r-Regolament proviżorju u kkontestat (definittiv) meħud skont l-Artikolu 7(1) u 9(4) tar-Regolament bażiku rispettivament kien daħal fis-seħħ. Ir-retroattività fis-sens tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament bażiku, madankollu, tirreferi biss għal sitwazzjoni fejn l-oġġetti ġew introdotti f'ċirkolazzjoni libera qabel ma l-miżuri ġew introdotti, kif jirriżulta mill-istess test ta' din id-dispożizzjoni kif ukoll mill-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku.

(66)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li ma hemmx retroattività u lanqas ksur ta' ċertezza legali u aspettattivi leġittimi fil-każ preżenti.

(67)

Rigward ir-retroattività, il-ġurisprudenza tal-Qorti tiddistingwi, meta tevalwa jekk miżura hijiex retroattiva, bejn l-applikazzjoni ta' regola ġdida għal sitwazzjoni li saret definittiva (li ssir referenza għaliha wkoll bħala sitwazzjoni legali eżistenti jew definittivament stabbilita) (20), u sitwazzjoni li bdiet qabel id-dħul fis-seħħ tar-regola l-ġdida, iżda li għadha mhix definittiva (li ssir referenza għaliha wkoll bħala sitwazzjoni temporanja) (21).

(68)

Fil-każ preżenti, is-sitwazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li seħħew matul il-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 għadha ma saritx definittiva, minħabba li, bħala riżultat tal-annullament tar-Regolament ikkontestat, id-dazju antidumping applikabbli għalihom għadu ma ġiex stabbilit b'mod definittiv. Fl-istess ħin, in-negozjanti tal-ilbies għar-riġlejn ġew avżati li tali dazju jista' jiġi impost bil-pubblikazzjoni tal-avviż ta' bidu u r-Regolament proviżorju. Hija l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qrati tal-Unjoni li l-operaturi ma jistgħux jakkwistaw aspettattivi leġittimi qabel ma l-istituzzjonijiet jadottaw att li jagħlaq il-proċedura amministrattiva, li ssir waħda definittiva (22).

(69)

Ir-regolament preżenti jikkostitwixxi applikazzjoni immedjata għall-effetti futuri ta' sitwazzjoni li għadha għaddejja: Id-dazji fuq l-ilbies għar-riġlejn ġew imposti mill-awtoritajiet doganali nazzjonali. Bħala riżultat ta' talbiet għal rimborż, li ma kinux ġew deċiżi b'mod definittiv, dawn jikkostitwixxu sitwazzjoni li għadha għaddejja. Ir-Regolament preżenti jistabbilixxi r-rata tad-dazju applikabbli għal dawn l-importazzjonijiet, u b'hekk jirregola l-effetti futuri ta' sitwazzjoni li għadha għaddejja.

(70)

F'kull każ, ukoll jekk kien hemm retroattività fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, quod non, din ir-retroattività hija f'kull każ iġġustifikata għar-raġuni li ġejja:

(71)

Ir-regoli sostantivi tal-liġi tal-Unjoni jistgħu japplikaw għas-sitwazzjonijiet eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom sa fejn jirriżulta b'mod ċar mit-termini, l-objettivi jew l-iskema ġenerali tagħhom li tali effett irid jingħatalhom (23). B'mod partikolari, fil-Kawża C-337/88 Società agricola fattoria alimentare (SAFA) intqal li: “Għalkemm b'mod ġenerali l-prinċipju taċ-ċertezza legali jipprekludi li miżura tal-Komunità tieħu effett f'punt fiż-żmien qabel il-pubblikazzjoni tagħha, dan jista' jkun eċċezzjonalment il-każ fejn l-iskop li għandu jintlaħaq ikun jitlob hekk u fejn l-aspettattivi leġittimi ta' dawk ikkonċernati jkun irrispettat kif xieraq” (24).

(72)

Fil-każ preżenti l-għan huwa li jiġi rrispettat l-obbligu tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 266 TFUE. Ladarba l-Qorti sabet illegalità biss fir-rigward tad-determinazzjoni tar-rata ta' dazju applikabbli, u mhux fir-rigward tal-impożizzjoni tal-miżuri nfushom (jiġifieri, fir-rigward tas-sejba ta' dumping, dannu u interess tal-Unjoni), il-produtturi esportaturi kkonċernati ma setgħux leġittimament jistennew li ma jiġu imposti l-ebda miżuri antidumping definittivi. Konsegwentement, din l-impożizzjoni, saħansitra jekk kienet retroattiva, quod non, ma tistax titqies li kisret l-aspettattivi leġittimi.

(73)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-protezzjoni taċ-ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi, huwa l-ewwel nett osservat li skont il-ġurisprudenza, l-importaturi ma jistgħux jitolbu l-protezzjoni taċ-ċertezza legali u l-aspettattivi leġittimi meta kienu avżati dwar bidla imminenti fil-politika kummerċjali tal-Unjoni (25). Fil-każ preżenti, l-importaturi ġew mgħarrfa bil-pubblikazzjoni tan-Notifika ta' Bidu (26) u bir-Regolament proviżorju f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li t-tnejn li huma għadhom parti mill-ordni legali tal-Unjoni, dwar ir-riskju li l-prodotti manifatturati mill-produtturi esportaturi kkonċernati jistgħu jsiru suġġetti għal dazju antidumping. Il-produtturi esportaturi kkonċernati għal daqstant ma setgħux jinvokaw iċ-ċertezza tad-dritt u l-aspettattivi leġittimi.

(74)

Għall-kuntrarju, l-atturi ekonomiċi kienu mija fil-mija konxji, meta kienu qegħdin jimpurtaw l-ilbies għar-riġlejn mill-Vjetnam, li dawk l-importazzjonijiet kienu soġġetti għal dazju. Huma kkunsidraw dak id-dazju meta stabbilixxew il-prezzijiet tal-bejgħ u meta għamlu l-valutazzjoni tar-riskji ekonomiċi. Għalhekk, huma ma kinux kisbu ċertezza legali jew aspettattivi leġittimi li l-importazzjonijiet ikunu bla dazju, u normalment għaddew id-dazju lill-klijenti tagħhom. Għalhekk huwa fl-interess tal-Unjoni li issa tistabbilixxi r-rata ta' dazju applikabbli, minflok tagħti gwadann mhux previst lill-importaturi kkonċernati, li jistagħnew mingħajr raġuni valida.

(75)

Għaldaqstant ma hemm l-ebda ksur tal-prinċipji ta' preskrizzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt u l-aspettattivi leġittimi, u lanqas tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku u tal-ADA tad-WTO.

(76)

Fir-rigward tal-allegazzjoni li d-determinazzjoni tat-TES kellha titlesta fi żmien tliet xhur mill-bidu, huwa mfakkar li skont il-ġurisprudenza, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku ma jagħti l-ebda indikazzjoni fir-rigward tal-konsegwenzi tan-nuqqas tal-Kummissjoni li tikkonforma mal-perjodu ta' tliet xhur. Il-Qorti Ġenerali għalhekk hija tal-fehma li deċiżjoni tat-TES fi stadju aktar tard ma taffettwax il-validità tar-Regolament li jimponi miżuri definittivi sakemm l-applikanti ma jurux li, kieku l-Kummissjoni ma kenitx qabżet il-perjodu ta' tliet xhur, il-Kunsill seta' jadotta regolament differenti aktar favorevoli għall-interessi tagħhom mir-Regolament ikkontestat (27). Barra minn hekk, il-Qorti rrikonoxxiet li l-Istituzzjonijiet jistgħu jimmodifikaw il-valutazzjoni tat-TES qabel ma l-miżuri finali jiġu adottati (28).

(77)

Il-ġurisprudenza ta' hawn fuq ma ġietx imħassra mis-sentenzi ta' Brosmann u Aokang, imsemmija fil-premessa (6) iktar 'il fuq. Fis-sentenzi ta' Brosmann u Aokang, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddependi fuq l-obbligu tal-Kummissjoni li twettaq il-valutazzjoni fi żmien tliet xhur sabiex turi li l-obbligu ta' dik il-valutazzjoni jeżisti b'mod indipendenti minn jekk il-Kummissjoni tapplikax il-kampjunar jew le. Il-Qorti ma għamlitx dikjarazzjonijiet dwar il-kwistjoni ta' x'konsegwenzi legali jkun hemm jekk il-Kummissjoni tikkonkludi l-evalwazzjoni tat-TES fi stadju aktar tard tal-investigazzjoni. Il-Qorti qatgħet biss li l-Istituzzjonijiet ma jistgħux jinjoraw għalkollox it-talbiet għal TES, iżda li kellhom jivvalutawhom l-iktar tard meta jimponu l-miżuri definittivi. Is-sentenzi jikkonfermaw il-ġurisprudenza kkwotata fil-premessa preċedenti.

(78)

Fil-każ preżenti, il-produtturi esportaturi kkonċernati ma wrewx li, kieku l-Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni tat-TES fi żmien tliet xhur wara l-bidu tal-proċedura antidumping fl-2005, il-Kunsill seta' adotta regolament differenti aktar favorevoli għall-interessi tagħhom mir-regolament ikkontestat. Il-pretensjoni fuq preskrizzjoni għall-valutazzjoni tat-talba għal TES hija għalhekk miċħuda.

(79)

Ġie allegat ukoll li billi l-illegalità seħħet fil-punt tal-evalwazzjonijiet tat-TES, il-Kummissjoni kien imissha kompliet il-proċediment sal-punt qabel l-impożizzjoni ta' miżuri proviżorji.

(80)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li l-miżuri proviżorji ma humiex pass neċessarju tal-proċediment, iżda att awtonomu li l-effetti tiegħu jintemmu bl-adozzjoni ta' miżuri definittivi (29). L-uniku pass proċedurali essenzjali qabel l-adozzjoni ta' miżuri definittivi huwa l-bidu. Għalhekk, dan l-argument huwa ineffettiv.

(81)

Filwaqt li rreferiet għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-2/95, IPS v il-Kunsill, FESI ippuntat lejn id-differenza formali bejn “investigazzjoni” u “proċediment” u argumentaw li ladarba proċediment jintemm, kif fil-każ attwali, dan ma jistax jerġa' jinbeda.

(82)

Il-Kummissjoni ma tista' tara l-ebda differenza materjali bejn it-termini “investigazzjoni” u “proċediment” fil-kuntest tal-implimentazzjoni tas-sentenzi inkwistjoni. Is-sentenzi jirrigwardaw irregolarità fir-rigward ta' investigazzjoni speċifika bħala parti minn proċediment li l-Kummissjoni hija obbligata tirremedja kif spjegat fil-premessi minn (21) sa (29) iktar 'il fuq. F'kull każ, is-sentenza fil-Kawża T-2/95 għandha tinqara fid-dawl tas-sentenza tal-appell f'din il-kawża.

(83)

Il-FESI allegat ukoll li l-Artikolu 266 TFUE ma jippermettix għal implimentazzjoni parzjali ta' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u fil-każ preżenti l-qlib tal-oneru tal-provi. Għaldaqstant, il-FESI allegat li l-Kummissjoni, b'mod żbaljat, ivvalutat biss it-talbiet TES/TI ta' dawk il-produtturi esportaturi li kienu fornituri ta' importaturi li ppreżentaw talbiet għal rimborż. Dawn ibbażaw it-talba tagħhom fuq il-fehim li l-effett tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 C & J Clark International Limited u C-34/14 Puma SE huwa erga omnes u li ma jistax jiġi eskluż li r-riżultati tal-valutazzjonijiet preżenti tat-talbiet tat-TES/IT għandhom ukoll impatt fuq id-dazju resiwdu li huwa applikabbli għall-produtturi esportaturi Vjetnamiżi kollha. Dawn għalhekk qalu li l-Kummissjoni kien imissha investigat it-talbiet kollha għal TES/TI li ġew provduti tul l-investigazzjoni oriġinali.

(84)

Barra minn hekk, il-FESI ma qablitx li l-oneru tal-provi kien fuq il-produttur li xtaq jitlob TES/TI, bl-argument li l-produtturi kienu ħelsu minn dan l-oneru tal-provi fl-2005 billi daħħlu t-talbiet għal TES/TI tul l-investigazzjoni oriġinali. Il-FESI ma qablitx ukoll li s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 C & J Clark International Limited u C-34/14 Puma SE jistgħu jiġu implimentati billi sempliċement jiġu vvalutati t-talbiet għal TES/IT ppreżentati mill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun, minħabba li l-Qorti tal-Ġustizzja ma qalitx b'mod speċifiku li l-invalidazzjoni misjuba hija tassew limitata għal dan l-aspett.

(85)

Il-Kummissjoni tqis li l-implimentazzjoni tas-sentenza hija meħtieġa biss għal dawk il-produtturi esportaturi li għalihom mhux it-transazzjonijiet kollha ta' importazzjoni saru definittivi. Ladarba li jiskadi l-perjodu ta' preskrizzjoni ta' tliet snin previst fil-Kodiċi Doganali Komunitarju, it-taxxa tkun saret definittiva, kif ikkonfermat fis-sentenzi. Kull impatt fuq id-dazju residwu huwa eskluż, billi talba għal TES/IT tal-kumpaniji fil-kampjun ġiet ivvalutata, u l-fatt li l-għoti tal-TES/IT lil waħda mill-kumpaniji li ma kinux inklużi fil-kampjun ma jaffettwax ir-rata tad-dazju residwa.

(86)

L-oneru tal-prova mhuwiex limitat għall-preżentazzjoni ta' talba. Dan jikkonċerna l-kontenut tat-talba, li għandha turi li l-kundizzjonijiet kollha għal TES/TI huma ssodisfati.

(87)

L-unika illegalità identifikata fis-sentenzi hija n-nuqqas ta' evalwazzjoni tat-talbiet għal TES/TI.

Bażi ġuridika għall-impożizzjoni mill-ġdid ta' dazji

(88)

Il-FESI allegat li l-Kummissjoni ma kienx messha applikat żewġ reġimi legali differenti, jiġifieri r-Regolament qabel ġie emendat għall-valutazzjoni tat-talbiet għal TI tal-produtturi esportaturi fuq naħa (30), u r-Regolament bażiku attwali fuq in-naħa l-oħra (31), li inkorpora l-emendi mir-Regolament (UE) Nru 1168/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32) li introduċa proċeduri ta' Komitoloġija fil-qasam, fost l-oħrajn, tad-difiża tal-kummerċ u b'hekk iddelega t-teħid tad-deċiżjonijiet lill-Kummissjoni.

(89)

Il-FESI tenniet ukoll li l-Artikolu 266 TFUE ma jippermettix l-impożizzjoni retroattiva ta' dazji antidumping, li jkun ikkonfermat ukoll mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-459/98 P, IPS v il-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 (33). Il-FESI argumentat li l-Kummissjoni ma tat l-ebda ġustifikazzjoni valida għal devjazzjoni mill-prinċipju ta' nonretroattività u għalhekk kisret il-prinċipju ta' aspettattivi leġittimi.

(90)

Il-FESI argumentat ukoll li l-impożizzjoni mill-ġdid tal-miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi Vjetnamiżi kkonċernati mill-implimentazzjoni attwali (i) tikkostitwixxi diskriminazzjoni tal-importaturi milquta mill-implimentazzjoni attwali vis-à-vis l-importaturi milquta mill-implimentazzjoni tas-sentenzi Brosmann u Aokang msemmija fil-premessa (6) iktar 'il fuq li ġew rimborżati d-dazji mħallsa fuq l-importazzjonijiet ta' lbies għar-riġlejn provenjenti minn ħames produtturi esportaturi kkonċernati minn dawn is-sentenzi kif ukoll (ii) diskriminazzjoni tal-produtturi esportaturi kkonċernati minn din l-implimentazzjoni fir-rigward tal-ħames produtturi esportaturi kkonċernati mis-Sentenzi Brosmann u Aokang li ma kinux suġġetti għal dazju wara d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2014 li tirrifjuta l-proposta għal Regolament ta' Implimentazzjoni li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co. Ltd u Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd (34).

(91)

Ġie allegat li dan it-trattament diskriminatorju jirrifletti nuqqas ta' interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi tal-liġi tal-UE li jikser id-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

(92)

Dwar l-użu allegat ta' sistemi legali differenti, il-Kummissjoni tikkunsidra li dan jinbet mid-differenzi fir-regoli ta' tranżizzjoni misjubin fit-tliet Regolamenti li emendaw ir-Regolament bażiku inkwistjoni.

(93)

L-ewwel nett, ir-Regolament (UE) Nru 765/2012 (l-hekk imsejħa “Emenda tal-qfieli” li ttratta l-IT) pprovda fl-Artikolu 2 tiegħu li “(g)ħandu japplika għall-investigazzjonijiet kollha mibdija skont ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 konsegwentement għad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament”. Minħabba li l-investigazzjoni preżenti nbdiet qabel dik id-data, l-emendi ta' dan ir-Regolament fuq ir-Regolament bażiku ma japplikawx f'dan il-każ.

(94)

It-tieni, ir-Regolament (UE) Nru 1168/2012 (l-hekk imsejħa “Emenda Brosmann” li tittratta t-TES) pprovda fl-Artikolu 2 tiegħu li “dan ir-Regolament għandu japplika għall-investigazzjonijiet ġodda u pendenti kollha mill-15 ta' Diċembru 2012”. Għaldaqstant, kieku l-Kummissjoni adottat approċċ strett, lanqas biss kien ikun meħtieġ li jiġu vvalutati t-talbiet għal TES tal-kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun, minħabba li dawn tilfu d-dritt tagħhom għal valutazzjoni TES fil-15 ta' Diċembru 2012. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li tali trattament ikun diffiċli biex jiġi rrikonċiljat mal-obbligu tagħha li timplimenta s-sentenzi. Ir-Regolament (UE) Nru 1168/2012 ma jidhirx li jintroduċi projbizzjoni totali fuq l-analiżi ta' talbiet għal TES barra mill-kampjun, minħabba li jawtorizza tali eżami fil-każ ta' trattament individwali. B'analoġija, jista' jingħad li din id-deroga tapplika f'dan il-każ. Alternattivament, il-Kummissjoni tqis li r-riżultat tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1168/2012 għall-kawża preżenti twassal għall-istess riżultat, minħabba li l-pretensjonijiet kollha ta' TES jiġu miċħuda awtomatikament, mingħajr ma jgħaddu minn valutazzjoni.

(95)

It-tielet, fir-rigward tal-Komitoloġija, l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35) jipprovdi li l-Kunsill għandu jżomm il-kompetenzi tiegħu għal atti fejn il-Kummissjoni tkun adottat att, tkun inbdiet il-konsultazzjoni jew il-Kummissjoni tkun adottat proposta. Fil-każ preżenti, ma ttieħdet l-ebda azzjoni minn dawn fir-rigward tal-implimentazzjoni tas-sentenza qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 37/2014.

(96)

Rigward l-impożizzjoni retroattiva tad-dazji antidumping definittivi, issir referenza għall-kunsiderazzjonijiet imsemmija iktar 'il fuq il-premessi minn (67) sa (75) fejn dawn l-allegazzjonijiet diġà ġew indirizzati b'mod estensiv.

(97)

Rigward l-allegazzjoni dwar diskriminazzjoni, il-Kummissjoni tosserva li l-produtturi esportaturi u ċerti importaturi milquta mir-regolament preżenti jgawdu mill-protezzjoni ġudizzjarja fil-qrati tal-Unjoni kontra r-Regolament preżenti. Importaturi oħra jgawdu tali protezzjoni permezz ta' qrati u tribunali nazzjonali, li jaġixxu bħala mħallfin tal-liġi tal-Unjoni ordinarja.

(98)

L-allegazzjoni ta' diskriminazzjoni hija daqstant ieħor mhux fondata. Importaturi li importaw minn Brosman u l-erba' produtturi esportaturi oħra qegħdin f'sitwazzjoni legali u fattwali differenti, minħabba li l-produtturi esportaturi tagħhom iddeċidew li jikkontestaw ir-Regolament ikkontestat kif ukoll billi ġew rimborżati d-dazji tagħhom, sabiex huma protetti mill-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità. Ma saret l-ebda sfida tali, u ma sar l-ebda rimborż ta' din ix-xorta għal oħrajn. Il-Kummissjoni bdiet tħejji l-implimentazzjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi ta' Clark, Puma u Timerland. Kull produttur esportatur ieħor li ma kienx fil-kampjun mir-RPĊ u l-Vjetnam u l-importaturi tagħhom se jiġu ttrattati bl-istess mod fi stadju sussegwenti skont il-proċedura mniżżla fir-Regolament preżenti.

(99)

Il-FESI qalet ukoll li l-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku ma jistax iservi bħala bażi ġuridika biex jinterferixxi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, u l-operazzjoni tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità hija indipendenti minn kull deċiżjoni meħuda skont ir-Regolament bażiku jew l-obbligi tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 266 TFUE.

(100)

F'dan il-kuntest il-FESI argumentat li l-applikazzjoni tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju jaqa' fil-kompetenza esklussiva tal-awtoritajiet doganali nazzjonali li taħthom dawn tal-aħħar ikunu obbligati jirrimborżaw dazji mħallsa li ma kinux legalment dovuti. Il-partijiet ikkonċernati argumentaw ukoll li l-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità ma jistax ikunu suġġetti għal jew sussidjarju għall-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku minħabba li t-tnejn huma leġiżlazzjoni sekondarja u għalhekk l-ebda wieħed ma jisboq lill-ieħor. Barra minn hekk, il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku jirrigwarda dispożizzjonijiet speċjali li jkopru l-investigazzjonijiet u l-proċeduri skont ir-Regolament bażiku u mhuwa applikabbli għall-ebda strument legali ieħor bħall-Kodiċi Doganali Komunitarju.

(101)

Il-Kummissjoni tosserva li l-Kodiċi Doganali Komunitarju ma japplikax awtomatikament għall-impożizzjoni tad-dazji antidumping, iżda biss permezz ta' referenza fir-Regolament li jimponi dazji antidumping. Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tapplikax ċerti dispożizzjonijiet ta' dan il-kodiċi, u minflok toħloq regoli speċjali. Minħabba li l-Kodiċi Doganali Komunitarju japplika biss fuq il-bażi ta' referenza fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni, hija ma għandhiex, meta mqabbla mal-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku, l-istess grad fil-ġerarkija tan-normi, iżda li huwa subordinat u jista' jkun inapplikabbli jew applikabbli b'mod differenti. Għaldaqstant dan l-argument huwa rrifjutat ukoll.

Dikjarazzjoni adegwata ta' raġunijiet

(102)

Il-FESI kompliet targumenta li bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE, il-Kummissjoni naqset milli tipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet adegwata u indikazzjoni tal-bażi ġuridika li fuqha d-dazji ġew imposti retroattivament, u għaldaqstant ir-rimborż tad-dazji miċħuda lill-importaturi kkonċernati mill-implimentazzjoni attwali.

(103)

L-allegat nuqqas ta' raġunament adegwat ikkonċerna b'mod partikolari (i) in-nuqqas ta' bażi ġuridika għall-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni u n-nuqqas ta' pubblikazzjoni ta' notifika relevanti li tħabbar tali ftuħ mill-ġdid; (ii) l-unika implimentazzjoni parzjali tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali bl-ivvalutar biss tat-talbiet għal TES/TI ta' dawk il-produtturi esportaturi fejn it-talbiet għal rimborż ġew ippreżentati mill-importaturi; (iii) id-deroga mill-prinċipju ta' nonretroattività tad-dazji antidumping; (iv) l-applikazzjoni tar-Regolament bażiku qabel l-emenda tiegħu fis-6 ta' Settembru 2012 għall-valutazzjoni tat-talbiet ta' TI tal-produtturi esportatur min-naħa l-waħda u r-Regolament bażiku attwali kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 1168/2012 fir-rigward tal-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet u; (v) in-nuqqas ta' rispons għall-argumenti legali pprovdut minn dawn il-partijiet wara d-divulgazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tat-talbiet għal TES tal-produtturi esportaturi Ċinżi kkonċernati tal-15 ta' Diċembru 2015.

(104)

Fir-rigward tan-nuqqas ta' kwalunkwe bazi legali għall-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tfakkar il-ġurisprudenza kkwotata hawn fuq fil-premessa (15), skont liema tista' tkompli l-investigazzjoni mill-punt preċiż li fih seħħet l-illegalità. Dan kien wara l-bidu. Ma hemm l-ebda obbligu legali għall-Kummissjoni li tippubblika notifika ta' bidu mill-ġdid, tkomplija jew ftuħ mill-ġdid tal-proċediment jew l-investigazzjoni. Pjuttost, dan huwa l-effett awtomatiku tas-sentenza li l-Istituzzjonijiet imbagħad għandhom jimplimentaw.

(105)

Skont il-ġurisprudenza, il-legalità ta' Regolament antidumping trid tiġi vvalutata fid-dawl tan-normi oġġettivi tad-dritt tal-Unjoni, u mhux minn prattika deċiżjonali, anki f'każijiet fejn tali prattika teżisti (li mhuwiex il-każ hawnhekk) (36). Għaldaqstant, il-fatt li l-Kummissjoni fil-passat jista' jkun li użat prattika differenti fil-passat ma jistax joħloq aspettattivi leġittimi. Dan huwa iktar u iktar il-każ minħabba li l-prattika preċedenti msemmija ma tikkorrispondix għas-sitwazzjoni fattwali u ġuridika ta' dan il-każ, u d-differenzi jistgħu jiġu spjegati minn differenzi fattwali u legali tal-każ preżenti.

(106)

Id-differenzi huma kif ġejjin: L-illegalità identifikata mill-Qorti ma tikkonċernax is-sejbiet dwar id-dumping, id-dannu u l-interess tal-Unjoni u għalhekk il-prinċipju tal-impożizzjoni tad-dazju, iżda biss ir-rata tad-dazju preċiża. L-annullamenti preċedenti invokati mill-partijiet interessati, għall-kuntrarju, kienu jikkonċernaw is-sejbiet dwar id-dumping, id-dannu u l-interess tal-Unjoni. Għalhekk, l-istituzzjonijiet qiesu li kien aktar xieraq li jiġu adottati miżuri ġodda għall-futur.

(107)

B'mod partikolari, f'dan il-każ, ma kien hemm ebda ħtieġa li titfittex informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati. Minflok, il-Kummissjoni kellha tivvaluta l-informazzjoni li kienet ġiet ippreżentata, iżda li ma kinitx ivvalutata qabel l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006. F'kull każ, il-prassi preċedenti f'każijiet oħra ma tistax tikkostitwixxi assigurazzjoni preċiża u inkundizzjonata għal dan il-każ.

(108)

Finalment, il-partijiet kollha li kontrihom huwa dirett dan il-proċediment, jiġifieri l-produtturi esportaturi kkonċernati, kif ukoll il-partijiet fil-każijiet pendenti tal-Qrati u l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta waħda minn dawn il-partijiet, ġew mgħarrfa b'dan l-iżvelar bil-fatti rilevanti li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni biħsiebha tadotta din il-valutazzjoni tat-TES/TI. Għalhekk, id-drittijiet tad-difiża tagħhom huma mħarsa. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat b'mod partikolari li importaturi mhux relatati, fi proċediment antidumping, ma jgawdux id-drittijiet tad-difiża, billi dawn il-proċedimenti mhumiex diretti kontrihom (37).

(109)

Rigward l-implimentazzjoni parzjali tas-sentenzi, il-kwistjoni ta' jekk u sa liema punt l-Istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw sentenza tiddependi fuq il-kontenut konkret tas-sentenza. B'mod partikolari, jekk huwiex possibbli jew le li tkun ikkonfermata l-impożizzjoni ta' dazji fuq l-importazzjonijiet li saru qabel is-sentenza, jiddependi fuq is-sejba ta' dumping dannuż bħala tali, jew biss fuq ir-rata ta' dazju preċiża affettwata mill-illegalità identifikata fis-sentenza. F'din l-aħħar sitwazzjoni, li hawn hija pertinenti, ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex jitħallsu lura d-dazji kollha. Pjuttost, huwa biżżejjed li tiġi ddeterminata r-rata ta' dazju korretta, u li titħallas lura kull differenza possibbli (filwaqt li ma jkunx possibbli li tiżdied ir-rata ta' dazju, billi l-parti miżjuda tkun tikkostitwixxi impożizzjoni retroattiva).

(110)

Annullamenti preċedenti li għalihom qegħdin jiffereru l-partijiet interessati kkonċernaw is-sejba ta' dumping, ħsara u l-interess tal-Unjoni (sew fir-rigward tal-istabbiliment tal-fatti, fir-rigward tal-valutazzjoni tal-fatti, jew fir-rigward tad-drittijiet ta' difiża).

(111)

Dawk l-annullamenti kienu jew parzjali jew sħaħ.

(112)

Il-Qrati tal-Unjoni jużaw it-teknika ta' annullament parzjali fejn ikunu jistgħu jikkonkludu huma stess fuq il-bażi tal-fatti fil-fajl li l-Istituzzjonijiet kellhom jagħtu ċertu aġġustament jew kellhom jużaw metodu differenti għal ċertu kalkolu, li kien jirriżulta fl-impożizzjoni ta' dazju inqas (iżda li ma ddubitawx l-iskoperti ta' dumping, dannu u interess tal-Unjoni). Id-dazju (aktar baxx) jibqa' fis-seħħ kemm għaż-żmien qabel l-annullament kif ukoll għaż-żmien ta' wara l-annullament (38). Sabiex jikkonformaw mas-sentenza, l-Istituzzjonijiet jikkalkulaw mill-ġdid id-dazju u jemendaw ir-Regolament li jimponi d-dazju għall-passat u għall-futur. Huma jagħtu wkoll struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali nazzjonali biex jirrimborżaw id-differenza, fejn talbiet bħal dawn saru fi żmien debitu (39).

(113)

Il-Qrati tal-Unjoni jipproċedu għal annullament sħiħ meta dawn ma jistgħux jistabbilixxu ruħhom fuq il-bażi tal-fatti fil-fajl indipendentement minn jekk l-istituzzjonijiet kellhomx raġun li jassumu li kien hemm dumping, ħsara u l-interess tal-Unjoni, minħabba li l-istituzzjonijiet kellhom jagħmlu mill-ġdid parti mill-investigazzjoni tagħhom. Minħabba li l-qrati tal-Unjoni mhumiex kompetenti sabiex iwettqu investigazzjoni minflok il-Kummissjoni, huma annullaw ir-regolamenti li jimponu dazji definittivi kompletament. Bħala konsegwenza, l-istituzzjonijiet stabbilixxew b'mod validu biss il-preżenza tat-tliet kundizzjonijiet meħtieġa għall-impożizzjoni ta' miżuri wara s-sentenza li tannulla d-dazji. Għal importazzjonijiet li seħħew qabel l-istabbiliment validu ta' dumping, dannu u interess tal-Unjoni, l-impożizzjoni ta' dazji definittivi hija projbita kemm skont ir-Regolament bażiku kif ukoll mill-ADA tad-WTO. Għaldaqstant, l-atti adottati mill-Istituzzjonijiet biex jagħlqu dawn l-investigazzjonijiet imponew dazji definittivi biss għall-futur (40).

(114)

Il-każ preżenti huwa differenti minn annullamenti passati (kemm sħaħ kif ukoll parzjali), minħabba li ma jittrattax il-preżenza nfisha ta' dumping, dannu u l-interess tal-Unjoni, iżda biss l-għażla tar-rata ta' dazju xierqa. Dak huwa disputat, għaldaqstant, mhuwiex il-prinċipju innifsu tal-impożizzjoni ta' dazju, iżda biss l-ammont preċiż (fi kliem ieħor: modalità) tad-dazju. U l-aġġustament, jekk ikun hemm, jista' jkun biss 'l isfel.

(115)

Għall-kuntrarju ta' każijiet ta' annullament parzjali fil-passat diskussi hawn fuq fil-premessa (113), il-Qorti ma setgħetx tiddeċiedi dwar jekk kellhiex tingħata rata ta' dazju ġdida (mnaqqsa), billi din id-deċiżjoni l-ewwel teħtieġ valutazzjoni tat-talba għat-TES/TI. Il-kompitu tal-valutazzjoni tat-TES/IT jaqa' fil-prerogattivi tal-Kummissjoni. Għalhekk, il-Qorti ma tistax tagħmel din il-parti tal-investigazzjoni minflok il-Kummissjoni mingħajr ma tmur lil hinn mill-kompetenzi tagħha.

(116)

Għall-kuntrarju ta' każijiet ta' annullament sħiħ fil-passat, is-sejbiet dwar id-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni ma ġewx annullati. Għalhekk, id-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni ġew stabbiliti b'mod validu fil-waqt tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006. Għalhekk, ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi llimitata l-impożizzjoni mill-ġdid ta' dazji antidumping definittivi għall-futur.

(117)

Dan ir-Regolament, għalhekk, f'kull każ, ma jitbiegħedx mill-prattika deċiżjonali tal-Istituzzjonijiet, anki jekk din kienet rilevanti.

(118)

Il-partijiet interessati argumentaw li annullament tad-dazji antidumping ma jwassalx għal arrikkiment indebitu mill-importaturi, kif qalet il-Kummissjoni, billi dawn l-importaturi jista' jkunu sofrew tnaqqis fil-bejgħ minħabba d-dazju li kien ġie inkorporat fil-prezz tal-bejgħ.

(119)

Fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa rikonoxxut li l-ħlas lura ta' ħlasijiet li ġew miġbura indebitament jista' jiġi rrifjutat fejn dan ikun jinvolvi arrikkiment indebitu tar-riċevituri (41). Il-Kummissjoni tosserva li dawk il-partijiet interessati ma jikkontestawx li d-dazju ngħadda u ma jagħtu l-ebda prova għal tnaqqis fil-bejgħ, u li f'kull każ il-ġurisprudenza dwar l-arrikkiment indebitu tieħu kont biss tat-trasferiment, iżda mhux l-effetti sekondarji possibbli tat-trasferiment.

(120)

Fir-rigward tal-allegata deroga għall-prinċipju ta' nonretroattività, issir referenza għall-premessi minn (67) sa (75) fejn dan ġie indirizzat b'mod estensiv.

(121)

Rigward l-allegazzjoni tal-applikazzjoni ta' żewġ oqfsa legali differenti fl-implimentazzjoni attwali ssir referenza għall-premessi minn (92) sa (95) fejn dan ġie indirizzat b'mod estensiv.

(122)

Finalment, fir-rigward tal-kummenti pprovduti minn dawn il-partijiet wara l-iżvelar tal-valutazzjoni tat-TES tal-produtturi esportaturi Vjetnamiżi kkonċernati, huwa kkunsidrat li dawn ġew indirizzati bis-sħiħ fir-Regolament attwali.

Kwistjonijiet proċedurali oħra

(123)

Il-FESI allegat li kellhom jingħataw l-istess drittijiet proċedurali lill-produtturi esportaturi kkonċernati mill-implimentazzjoni attwali li ngħataw lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun waqt l-investigazzjoni oriġinali. B'mod partikolari, huma argumentaw li l-produtturi esportaturi Vjetnamiżi ma ngħataw l-ebda opportunità li jikkomplementaw il-formuli tal-talbiet TES/IT tagħhom permezz ta' ittri ta' defiċjenza u saret biss analiżi ta' dokumenti minflok żjarat ta' verifika fil-post. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma żguratx it-twassil dovut tal-iżvelar tal-valutazzjoni tat-talbiet għal TES/TI lill-produtturi esportaturi kkonċernati minħabba li dawn intbagħtu biss lir-rappreżentati legali ta' dawn il-kumpaniji fiż-żmien tal-investigazzjoni oriġinali.

(124)

Il-FESI argumentat ukoll li l-produtturi esportaturi kkonċernati minn din l-implimentazzjoni ma ngħatawlhomx l-istess garanziji proċedurali li ġew applikati f'investigazzjonijiet antidumping standard, iżda ġew applikati standards iktar stretti minflok. Il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni ż-żmien li jgħaddi bejn il-preżentazzjoni ta' talba għal TES/IT fl-investigazzjoni oriġinali u l-evalwazzjoni ta' dawn il-pretensjonijiet. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi, matul l-investigazzjoni oriġinali ngħataw biss 15-il jum biex jimlew it-talbiet għal TES/TI, minflok il-21 jum li s-soltu jingħataw.

(125)

Il-FESI ddikjarat ukoll li l-Kummissjoni applikat de facto l-fatti disponibbli, fis-sens tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, filwaqt li l-Kummissjoni ma osservatx ir-regoli proċedurali stipulati fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament bażiku.

(126)

Il-Kummissjoni tosserva li ma hemm xejn fir-Regolament bażiku li jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħti kumpaniji esportaturi li jitolbu TES il-possibbiltà li jikkompletaw informazzjoni fattwali nieqsa. Hija tfakkar li skont il-ġurisprudenza, l-oneru tal-prova jaqa' fuq il-produttur li jixtieq jibbenefika mit-TES/IT bis-saħħa tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) jipprovdi li t-talba ppreżentata minn produttur bħal dan trid tikkontjeni provi suffiċjenti, hekk kif stabbiliti f'din id-dispożizzjoni, li l-produttur jopera f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq. B'hekk, kif sostnut mill-Qorti fis-sentenzi Brosmann u Aokang l-Istituzzjonijiet mhumiex obbligati li jippruvaw li l-produttur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti għar-rikonoxximent ta' dan l-istatus. Għall-kuntrarju, hija l-Kummissjoni li għandha tevalwa jekk il-provi fornuti mill-produttur ikkonċernat humiex biżżejjed sabiex juru li l-kriterji imposti mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku huma ssodisfati sabiex jingħatalu TES/TI (ara l-premessa (30) hawn fuq). Id-dritt li jinstema' jikkonċerna l-opportunità tal-parti li tesprimi fehmietha u li l-Kummissjoni tqis dawn il-fehmiet.

(127)

F'dan ir-rigward, huwa mfakkar li ma hemm l-ebda obbligu, għall-Kummissjoni, li titlob lill-produttur esportatur biex jikkomplementa t-alba għal TES/TI. Kif imsemmi fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni tista' tibbaża l-ġudizzju tagħha fuq it-tagħrif ippreżentat mill-produttur esportatur. F'kull każ, il-produtturi esportaturi kkonċernati ma kkontestawx l-evalwazzjoni tat-talbiet għat-TES/TI tagħhom mill-Kummissjoni, u ma identifikawx liema dokumenti jew persuni ma għadhomx ta' min joqgħod fuqhom. L-allegazzjoni hija għalhekk tant astratta li l-Istituzzjonijiet ma jistgħux iqisu dawk id-diffikultajiet meta jwettqu l-evalwazzjoni ta' talbiet tat-TES/TI. Billi dan l-argument huwa bbażat fuq l-ispekulazzjoni u mhux appoġġat minn indikazzjonijiet preċiżi dwar liema dokumenti u persuni ma għadhomx aktar disponibbli u dwar ir-rilevanza ta' dawn id-dokumenti u persuni għall-valutazzjoni tat-talba għal TES/TI, dan l-argument għandu jiġi kkonfutat.

(128)

Rigward l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, fil-każ preżenti l-Kummissjoni aċċettat l-informazzjoni mogħtija mill-produtturi esportaturi kkonċernati, ma rrifjutatx din il-informazzjoni u bbażat il-valutazzjoni tagħha fuqha. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma applikatx l-artikolu inkwistjoni. Għalhekk isegwi li ma kien hemm l-ebda bżonn li tiġi segwita l-proċedura skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament Bażiku. Il-proċedura skont l-Artikolu 18(4) hija segwita f'każi fejn il-Kummissjon tkun beħsiebha tirrifjuta ċerta informazzjoni mogħtija mill-parti interessata u li tuża l-fatti disponibbli minflok.

Żbalji manifesti fil-valutazzjoni ta' talbiet għal TES/TI

(i)   Valutazzjoni tat-TES

(129)

Rigward il-kriterju 1, il-FESI kkontestat il-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tat-talbiet għal TES tal-fornituri Vjetnamiżi u allegat li dawn ġew miċħuda l-iktar minħabba n-nuqqas ta' informazzjoni kompluta. Rigward il-kriterju 1, il-FESI argumentat li l-Kummissjoni, apparti milli ma għamlet l-ebda sforz biex tikseb l-informazzjoni nieqsa, naqset ukoll milli tispeċifika liema informazzjoni kienet tkun neċessarja biex ikun muri li ma kien hemm l-ebda interferenza sinifikanti min-naħa tal-Istat fid-deċiżjonijiet kummerċjali tal-produtturi esportaturi kkonċernati. Il-FESI talbet ukoll li tiġi pprovduta b'iktar informazzjoni dettaljata li fuq il-bażi tagħha ġie konkluż li d-deċiżjonijiet kummerċjali tal-fornituri Vjetnamiżi ma tteħdux skont is-sinjali tas-suq mingħajr interferenza sinifikanti min-naħa tal-Istat. F'dan ir-rigward, il-FESI fakkret li skont il-kriterju 1 tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, l-interferenza Statali jeħtieġ li tmur lil hinn minn sempliċiment influwenza.

(130)

Rigward il-kriterju 3, li jirreferi għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża T-586/14 Xinyi OV vs il-Kummissjoni, il-FESI argumentat li l-inċentivi fiskali jew reġimi ta' taxxa preferenzjali ma kinux indikattivi ta' xi distorsjoni jew l-imġiba ta' ekonomija mhux tas-suq.

(131)

Rigward il-kriterju 2, il-FESI osservat li n-nuqqas waħdu ta' kontijiet awditjati mhuwiex raġuni biex jiġu miċħuda talbiet TES, minħabba li saħansitra fl-Unjoni kumpaniji żgħar b'introjtu taħt ċertu livell limitu ma huma meħtieġa jkollhom kontijiet awditjati.

(132)

Fuq din il-bażi, il-partijiet argumentaw li l-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u naqset milli tagħti raġunijiet adegwati għaċ-ċaħda tat-talbiet għal TES min-naħa tal-produtturi esportaturi.

(133)

Fir-rigward tan-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-kriterju 1, issir referenza għall-premessa (126) li tindika li ma hemm xejn fir-Regolament bażiku li jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħti kumpaniji esportaturi li jitolbu MET l-possibbiltà li jżid ma' nuqqas ta' informazzjoni fattwali u li l-piż tal-prova jaqa' mal-produttur esportatur li tixtieq jitolbu TES.

(134)

Fir-rigward tat-talba għal iktar informazzjoni dettaljata inkluża fit-talbiet għal TES/TI ta' ċerti fornituri Vjetnamiżi fuq il-bażi ta' liem il-Kummissjoni ċaħdet il-Kriterju 1, huwa nnutat li tali informazzjoni ngħaddiet lill-Kummissjoni fuq bażi kunfidenzjali minħabba li kien fiha sigrieti kummerċjali. Din l-informazzjoni għaldaqstant ma setgħetx tiġi żvelata fl-istat li waslet imma biss bħala taqsira mhux kunfidenzjali.

(135)

Rigward il-kriterju 3, għandu jkun iċċarat li l-ebda inċentivi fiskali jew reġimi fiskali preferenzjali (jekk applikabbli) ma tqiesu bħala raġuni biex tinċaħad it-talba għal TES.

(136)

Finalment, f'dak li jirrigwarda l-kriterju 2, l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku jistipula b'mod ċar li d-ditti jrid ikollhom sett wieħed ta' rekords kontabilistiċi, li jiġi awditjati indipendentement f'konformità ma' standards kontabilistiċi internazzjonali u japplikaw għall-finijiet kollha. L-ebda wieħed mill-fornituri Vjetnamiżi ma ssodisfa dawn ir-rekwiżiti. Kif intqal fil-premessa (33), in-nuqqasijiet osservati kienu l-assenza ta' kontijiet awditjati jew opinjonijiet tal-awdituri, kwistjonijiet serji enfasizzati mill-awdituri skont l-opinjoni tagħhom (bħal nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità) u kontradizzjonijiet rigward self bejn ċerti dikjarazzjonijiet magħmulin fil-formola għat-talba għal TES u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

(137)

Kull allegazzjoni li saret mill-FESI għaldaqstant ġiet miċħuda u s-sejbiet stipulati fil-premessi minn (30) sa (37) ġew ikkonfermati.

(ii)   Valutazzjoni TI

(138)

Il-FESI argumentat, filwaqt li tirreferi għall-kriterju 2, li l-Kummissjoni naqset milli turi li l-bejgħ ta' esportazzjoni ma kienx determinat b'mod ħieles, u li kien f'idejn il-Kummissjoni biex tiddetermina jekk u kif il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew affettwati minħabba l-interferenza mill-Istat.

(139)

Barra minn hekk, il-FESI argumentat li l-konstatazzjoni li l-bejgħ ta' esportazzjoni ma kienx iddeterminat b'mod ħieles jikkontradixxi s-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali relatati mal-bejgħ OEM magħmula meta ġie stabbilit li importaturi bħal Puma kienu jagħmlu r-riċerka u l-iżvilupp u s-sorsjar tal-materja prima huma stess meta jixtru mill-fornituri tagħhom. Fuq il-bażi ta' dan, intqal li Puma u Timberland kellhom kontroll sinifikanti fuq il-proċess ta' produzzjoni u l-speċifikazzjonijiet u li għaldaqstant ma kienx hemm il-possibbiltà ta' interferenza mill-Istat.

(140)

Kif diġà ntqal fil-premessa (39) hawn fuq, l-oneru tal-prova jaqa' fuq il-produttur li jixtieq jitlob TI. Kif spjegat ukoll hawn fuq fil-premessa (47) il-produtturi esportaturi naqsu milli juru li d-deċiżjonijiet kummerċjali ttieħdu mingħajr interferenza mill-Istat. Ta' min jinnota wkoll li l-kriterju 2 mhuwiex qed tirreferi biss għal prezzijiet tal-esportazzjoni, iżda b'mod ġenerali l-bejgħ għall-esportazzjoni inklużi l-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjoni u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ li jinħtieġ li jiġu ddeterminati liberament mingħajr interferenza mill-Istat.

(141)

Biex issostni l-argument tagħha li l-prezzijet tal-esportazzjoni kienu determinati b'mod liberu, il-FESI rreferiet għall-premessa (269) tar-Regolament proviżorju. Madankollu, din il-premessa tindirizza l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-importaturi fl-Unjoni, u għaldaqstant ma jistgħux jitqiesu bħala bażi xierqa biex tiġi stabbilita l-kredibbiltà tal-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-produtturi esportaturi. Bl-istess mod, ir-referenza għall-premessa (132) tar-Regolament proviżorju u l-premessa (135) tar-Regolament ikkontestat tirreferi għal aġġustamenti li saru lill-valur normali meta jitqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni u ma tippermetti l-ebda konklużjoniji dwar jekk il-bejgħ tal-esportazzjoni tal-kumpaniji Vjetnamiżi kinux iddeterminati liberament.

(142)

Barra minn hekk, il-FESI argumentat li l-Kummissjoni lanqas ma spjegat kif hija waslet għall-konklużjoni li jkun hemm riskju ta' ċirkomvenzjoni tal-miżura tal-antidumping jekk il-produtturi esportaturi kkonċernati jingħataw rata ta' dazju individwali li, madankollu, jkun l-iskop li jirfed il-kriterji tat-TI.

(143)

Fir-rigward tar-riskju ta' ċirkomvenzjoni, dan huwa biss kriterju wieħed minn ħamsa elenkati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emenda tiegħu. Skont dan l-Artikolu, il-produttur esportatur jinħtieġ li juri li ssodisfa il-ħames (5) kriterji kollha kemm huma. Għaldaqstant, in-nuqqas li jiġi ssodisfat kriterju wieħed jew iktar huwa biżżejjed biex tiġi miċħuda t-talba għal TI, mingħajr ma jiġi eżaminat il-kriterji l-oħrajn ġewx issodisfati.

Fornituri ta' Timberland

(144)

Il-FESI kkontestat id-dikjarazzjoni fil-premessa (20) hawn fuq skont liema wieħed mill-fornituri ta' Timberland, General Shoes Limited, ġie identifikat ħażin bħala fornitur Ċiniż fl-applikazzjoni quddiem il-Qorti nazzjonali mentri l-kumpanija ġiet stabbilita fil-Vjetnam. Il-FESI argumentat li l-Kummissjoni kellha tfittex aktar kjarifiki u allegat li l-kumpanija kienet faċilment identifikabbli bħala kumpanija Ċiniża. Hija argumentat li filwaqt li huwa veru li l-kumpanija dehret b'isem differenti fil-formola tal-kampjunar u t-talba għal TES/TI pprovduta fl-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri bħala General Footwear Ltd), l-isem tal-kumpanija differenti fir-rikors ta' Timberland quddiem il-Qorti nozzjonali (jiġifieri General Shoes Ltd) aktarx kien dovut għal żball ta' traduzzjoni. Għaldaqstant it-talba għal TES/TI tal-kumpanija Ċiniża General Footwear Ltd kellha tkun ivvalutata, filwaqt li l-valutazzjoni tat-talba għal TES/TI ta' Gernal Shoes Ltd kien żball ċar sa fejn hija kkonċernata t-talba għal rimborż ta' Timberland. Għaldaqstant, tali valutazzjoni għandha tiġi ġustifikata u kkoreġuta.

(145)

General Footwear Ltd hija parti minn grupp ta' kumpaniji b'kumpaniji relatati fiċ-Ċina u l-Vjetnam. It-tnejn li huma, produttur fil-Vjetnam u ieħor fiċ-Ċina pprovdew talbiet għal TES/TI fl-investigazzjoni oriġinali. Fit-talba għal TES/IT tal-kumpanija Ċiniża, isimha jiġi rrapportat konsistentement bħala “General Footwear Ltd” b'indirizz fiċ-Ċina. Il-produttur fil-Vjetnam huwa rrappurtata bħala “General Shoes Ltd”. Madankollu, il-formola tat-talba għal TES/IT hija ambigwa fir-rigward ta' jekk il-kumpanija inkwistjoni hija Ċiniża jew Vjetnamiża. Għaldaqstant, ma kienx irraġonevoli li wieħed jassumi li l-kumpanija msemmija fil-fajl quddiem il-Qorti nazzjonali kienet Vjetnamiża. F'kull każ, il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku għat-talbiet TES u fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emenda tiegħu għal talbiet TI japplikaw bl-istess mod għal produtturi Ċiniżi u Vjetnamiżi minħabba li kemm ir-RPĊ u l-Vjetnam jiġu ttrattati bħala pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq.

(146)

Il-kumpanija Vjetnamiża General Shoes Ltd kienet tforni wkoll lil importaturi oħrajn barra Timberland, u t-talba tagħha għal TES/TI ma ġietx ivvalutata biss fil-kuntest tat-talba għall-ħlas lura tad-dazju ta' Timberland. It-talba TES/TI hija vvalutata fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet ġenerali skont liema topera kumpanija, u mhijiex biss limitata għal tranżazzjonijiet speċifiċi jew konsumaturi speċifiċi fl-Unjoni. Għaldaqstant, l-eżitu ta' tali valutazzjoni huwa applikabbli għall-produttur esportatur bħala tali u b'hekk ma kien hemm l-ebda żball manifest fir-rigward tat-talbiet għall-ħlas lura tad-dazju min-naħa ta' Timberland.

(147)

F'kull każ, hija xorta l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tivvaluta t-talba għal TES/TI ta' “General Footwear Ltd” (Iċ-Ċina). Fl-ispirtu ta' amministrazzjoni soda u sabiex ma jkunx hemm dewmien bla bżonn fl-eżerċizzju ta' implimentazzjoni li għaddej, din il-valutazzjoni se tkun, madankollu, soġġetta għal att legali separat.

Argument marbut ma' talbiet għal rimborż

(148)

Importatur wieħed irrikonoxxa li l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi kkonċernati minn din l-implimentazzjoni ma kien il-fornitur tiegħu, u għaldaqstant qies li l-konklużjonijiet ma kinux relevanti għas-sitwazzjoni tiegħu. Din il-parti argumentat li l-konklużjonijiet tal-implimentazzjoni attwali ma jistgħux għaldaqstant jikkostitwixxu bażi biex jiġu miċħuda t-talbiet għal rimborż ippreżentati fid-dwana nazzjonali. L-importatur talab ukoll li t-talbiet għal TES/IT tal-fornituri tiegħu jinħtieġ li jiġu investigati fuq il-bażi tad-dokumenti pprovduti mill-awtoritajiet doganali Belġjani rilevanti lill-Kummissjoni.

(149)

Fir-rigward tat-talba ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tirreferi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/223 (42), li tistabbilixxi l-proċedura li għandha tiġi segwita f'dan ir-rigward. B'mod partikolari, skont l-Artikoli 1 u 2 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni se teżamina t-talbiet relevanti għal TES/IT hekk kif tkun irċeviet id-dokumentazzjoni relevanti mill-awtoritajiet doganali.

D.   KONKLUŻJONIJIET

(150)

Wara li tqiesu l-kummenti li saru u l-analiżi tagħhom, ġie konkluż li d-dazju antidumping residwu applikabbli għall-Vjetnam fir-rigward tal-erbatax-il produttur esportatur ikkonċernat għall-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament ikkontestat jinħtieġ li jkun impost mill-ġdid.

E.   DIVULGAZZJONI

(151)

Il-produtturi esportaturi kkonċernati u l-partijiet kollha li ppreżentaw ruħhom kienu infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni mill-ġdid ta' dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-erbatax-il produttur esportatur ikkonċernat. Dawn ingħataw perjodu ta' żmien li fih kellhom jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet sussegwenti għad-divulgazzjoni.

(152)

Dan ir-Regolament huwa konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B'dan huwa impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' lbies għar-riġlejn b'partijiet ta' fuq tal-ġilda jew ta' ġilda artifiċjali, għajr ilbies għar-riġlejn tal-isport, ilbies għar-riġlejn li jinvolvi teknoloġija speċjali, papoċċi u lbies għar-riġlejn ieħor għal ġewwa u lbies għar-riġlejn b'kappa ta' protezzjoni għas-swaba', li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodotti mill-produtturi esportaturi elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament u li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM: 6403 20 00, ex 6403 30 00 (43), ex 6403 51 11, ex 6403 51 15, ex 6403 51 19, ex 6403 51 91, ex 6403 51 95, ex 6403 51 99, ex 6403 59 11, ex 6403 59 31, ex 6403 59 35, ex 6403 59 39, ex 6403 59 91, ex 6403 59 95, ex 6403 59 99, ex 6403 91 11, ex 6403 91 13, ex 6403 91 16, ex 6403 91 18, ex 6403 91 91, ex 6403 91 93, ex 6403 91 96, ex 6403 91 98, ex 6403 99 11, ex 6403 99 31, ex 6403 99 33, ex 6403 99 36, ex 6403 99 38, ex 6403 99 91, ex 6403 99 93, ex 6403 99 96, ex 6403 99 98 u ex 6405 10 00 (44) li saru waqt il-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009. Il-kodiċijiet TARIC huma mniżżla fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

2.   Għall finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

“ilbies għar-riġlejn sportiv” għandu jfisser ilbies għar-riġlejn skont it-tifsira tan-nota 1 tas-sottotitolu għal Kapitolu 64 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1719/2005;

“ilbies għar-riġlejn li jinvolvi teknoloġija speċjali” għandu jfisser ilbies għar-riġlejn li għandu prezz tas-CIF għal kull par ta' mhux inqas minn EUR 7,5, għall-użu f'attivitajiet sportivi, b'suletta iffurmata b'saff wieħed jew iżjed, mhux injettata, manifatturat minn materjali sintetiċi ddisinjati b'mod speċjali biex jassorbu l-impatt ta' movimenti vertikali jew laterali u b'karatteristiċi tekniċi bħal kuttunar ermetiku li fih gass jew fluwidu, komponenti mekkaniċi li jassorbu jew jinnewtralizzaw l-impatt, jew materjali bħal polimeri ta' densità baxxa u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 6403 91 11, ex 6403 91 13, ex 6403 91 16, ex 6403 91 18, ex 6403 91 91, ex 6403 91 93, ex 6403 91 96, ex 6403 91 98, ex 6403 99 91, ex 6403 99 93, ex 6403 99 96, ex 6403 99 98;

“lbies għar-riġlejn b'kappa ta' protezzjoni għas-swaba'” tfisser ilbies għar-riġlejn li jinkorpora kappa ta' protezzjoni għas-swaba b'reżistenza għall-impatti ta' mill-anqas 100 joule (45) u li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM: ex 6403 30 00 (46), ex 6403 51 11, ex 6403 51 15, ex 6403 51 19, ex 6403 51 91, ex 6403 51 95, ex 6403 51 99, ex 6403 59 11, ex 6403 59 31, ex 6403 59 35, ex 6403 59 39, ex 6403 59 91, ex 6403 59 95, ex 6403 59 99, ex 6403 91 11, ex 6403 91 13, ex 6403 91 16, ex 6403 91 18, ex 6403 91 91, ex 6403 91 93, ex 6403 91 96, ex 6403 91 98, ex 6403 99 11, ex 6403 99 31, ex 6403 99 33, ex 6403 99 36, ex 6403 99 38, ex 6403 99 91, ex 6403 99 93, ex 6403 99 96, ex 6403 99 98 u ex 6405 10 00;

“papoċċi u lbies għar-riġlejn ieħor għal ġewwa” għandu jfisser dak l-ilbies għar-riġlejn li jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 6405 10 00.

3.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli, qabel id-dazju, għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-produtturi esportaturi elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament għandha tkun ta' 10 %.

Artikolu 2

L-ammonti garantiti permezz tad-dazju antidumping proviżorju skont ir-Regolament (KE) Nru 553/2006 għandhom jinġabru b'mod definittiv. L-ammonti garantiti f'eċċess tar-rata definittiva ta' dazju antidumping għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 553/2006 tat-23 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi miżuri antidumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda (“ilbies għar-riġlejn”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ”) u mill-Vjetnam (ĠU L 98, 6.4.2006, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 tal-5 ta' Ottubru 2006 jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 275, 6.10.2006, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 388/2008 tad-29 ta' April 2008 li jestendi l-miżuri antidumping definittivi imposti mir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 fuq importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet tal-istess prodott konsenjati mill-Makaw SAR, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Macao SAR u kemm jekk le (ĠU L 117, 1.5.2008, p. 1).

(5)  ĠU C 251, 3.10.2008, p. 21.

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2009 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Macao SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Macao SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 352, 30.12.2009, p. 1).

(7)  ĠU C 295, 11.10.2013, p. 6.

(8)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE tat-18 ta' Marzu 2014 li tirrifjuta l-proposta għal Regolament ta' Implimentazzjoni li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co Ltd u Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd (ĠU L 82, 20.3.2014, p. 27).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

(10)  Sa mill-1 ta' Mejju 2016, ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (“KDU”) li ħa post il-Kodiċi Doganali Komunitarju, daħal fis-seħħ; (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1). Il-provvedimenti sostanzjali implikati hawn baqgħu l-istess.

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1).

(12)  Il-Kawżi Magħquda 97, 193, 99 u 215/86 Asteris AE u oħrajn u r-Repubblika Ellenika v il-Kummissjoni [1988] Ġabra 2181, il-paragrafi 27 u 28.

(13)  Il-Kawża C-415/96 Spanja v il-Kummissjoni [1998] Ġabra I-6993, il-paragrafu 31; Il-Kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques v Il-Kunsill [2000] I-8147, il-paragrafi minn 80 sa 85; Il-Kawża T-301/01 Alitalia vs il-Kummissjoni [2008] II-1753, il-paragrafi 99 u 142; Il-Kawżi Magħquda T-267/08 u T-279/08 Région Nord-Pas de Calais v il-Kummissjoni [2011] II-1999, il-paragrafu 83.

(14)  Il-Kawża C-415/96 Spanja v il-Kummissjoni [1998] Ġabra I-6993, il-paragrafu 31; Il-Kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques v Il-Kunsill [2000] I-8147, il-paragrafi minn 80 sa 85.

(15)  Ir-Regolament (UE) Nru 765/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 237, 3.9.2012, p. 1).

(16)  Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 765/2012, l-emendi introdotti b'dan ir-Regolament emendatorju japplikaw biss għal investigazzjonijiet mibdija wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Madankollu, l-investigazzjoni preżenti nbdiet fis-7 ta' Lulju 2005 (ĠU C 166, 7.7.2005, p. 14).

(17)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395 tat-18 ta' Awwissu 2016 li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u magħmula minn Buckinghan Shoe Mfg Co., Ltd, Buildyet Shoes Mfg, DongGuan Elegant Top Shoes Co. Ltd, Dongguan Stella Footwear Co. Ltd, Dongguan Taiway Sports Goods Limited, Foshan City Nanhai Qun Rui Footwear Co., Jianle Footwear Industrial, Sihui Kingo Rubber Shoes Factory, Synfort Shoes Co. Ltd, Taicang Kotoni Shoes Co. Ltd, Wei Hao Shoe Co. Ltd, Wei Hua Shoe Co. Ltd, Win Profile Industries Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 225, 19.8.2016, p. 52).

(18)  Il-Kawża C-458/98 P, Industrie des Poudres Sphériques v il-Kunsill [2000] I-8147.

(19)  Avviż dwar l-implimentazzjoni tas-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 C&J Clark International Limited u Puma SE dwar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU C 101, 17.3.2016, p. 13).

(20)  Il-Kawża 270/84 Licata v ESC [1986] Ġabra 2305, il-paragrafu 31; il-Kawża C-60/98 Butterfly Music v CEDEM [1999] Ġabra 1-3939, il-paragrafu 24; il-Kawża 68/69 Bundesknappschaft v Brock [1970] Ġabra 171, il-paragrafu 6; il-Kawża 1/73 Westzucker GmbH v Einfuhr und Vorratsstelle für Zucker [1973] 723, il-paragrafu 5; il-Kawża 143/73 SOPAD v FORMA a.o. [1973] Ġabra 1433, il-paragrafu 8; il-Kawża 96/77 Bauche [1978] Ġabra 383, il-paragrafu 48; il-Kawża 125/77 KoninklijkeScholten-Honig NV e.a. v Floofdproduktschaap voor Akkerbouwprodukten [1978] Ġabra 1991, il-paragrafu 37; il-Kawża 40/79 Ρ v il-Kummissjoni [1981] Ġabra 361, il-paragrafu 12; il-Kawża T-404/05 il-Greċja v il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-272, il-paragrafu 77; C-334/07 Ρ il-Kummissjoni v Freistaat Sachsen [2008] Ġabra 1-9465, il-paragrafu 53.

(21)  Il-Kawża T-176/01 Ferrière Nord ν il-Kummissjoni [2004] Ġabra 11-3931, il-paragrafu 139; C-334/07 Ρ il-Kummissjoni v Freistaat Sachsen [2008] Ġabra 1-9465, il-paragrafu 53.

(22)  Il-Kawża C-169/95 Spanja v il-Kummissjoni [1997] Ġabra I-135, il-paragrafu minn 51 sa 54; il-Kawżi Magħquda T-116/01 u T-118/01, P&O European Ferries (Vizcaya) SA v il-Kummissjoni [2003] Ġabra II-2957, il-paragrafu 205.

(23)  Il-Kawża C-34/92 GruSa Fleisch v Hauptzollamt Hamburg-Jonas [1993] Ġabra 1-4147, il-paragrafu 22. L-istess formulazzjoni jew waħda simili tista' tinsab pereżempju fil-Kawżi Magħquda minn 212 sa 217/80, Meridionale Industria Salumi α.δ. [1981] Ġabra 2735, il-paragrafi 9 u 10; il-Kawża 21/81 Bout [1982] Ġabra 381, il-paragrafu 13; il-Kawża T-42/96 Eyckeler & Malt v il-Kummissjoni [1998] Ġabra 11-401, il-paragrafi 53 u minn 55 sa 56; il-Kawża T-180/01 Euroagri v Il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-369, il-paragrafu 36.

(24)  Il-Kawża C-337/88 Società agricola fattoria alimentare (SAFA) [1990] Ġabra I-1, il-paragrafu 13.

(25)  Il-Kawża 245/81 Edeka v il-Ġermanja [1982] Ġabra 2746, il-paragrafu 27.

(26)  ĠU C 166, 7.7.2005, p. 14.

(27)  Il-Kawża T-299/05, Shanghai Exceli M&E Enterprise u Shanghai Adeptech Precision v il-Kunsill [2009] Ġabra II-565, il-paragrafi minn 116 sa 146.

(28)  Il-Kawża C-141/08 P, Foshan Shunde Yongjian Housewares & Hardware Co. Ltd v il-Kunsill [2009] I-9147, il-paragrafu 94 u dak li jsegwi.

(29)  Il-Kawża T-320/13 Delsolar v il-Kummissjoni [2014], il-paragrafi minn 40 sa 67.

(30)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(31)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(32)  Ir-Regolament (UE) Nru 1168/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 344, 14.12.2012, p. 1).

(33)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta' Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tad-WTO dwar kwistjonijiet fuq antidumping u anti-sussidji (ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10), premessa 6 tal-preambolu.

(34)  ĠU L 82, 20.3.2014, p. 27

(35)  Ir-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1).

(36)  Il-Kawża C-138/09 Todaro [2010] Ġabra I-4561.

(37)  Il-Kawża T-167/94 Nölle v il-Kunsill u l-Kummissjoni [1995] II-2589, il-paragrafu 62 u 63.

(38)  Ara, pereżempju, il-Kawża T-221/05 Huvis v il-Kunsill [2008] Ġabra II-124 u l-Kawża T-249/06 Interpipe Nikopolsky v il-Kunsill [2009] Ġabra II-303. Għall-finijiet ta' kompletezza, l-ispjegazzjonijiet li ġejjin jidhru utli: Fil-Kawża T-107/08 ENRC vs il-Kunsill, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li ma kienx hemm dumping, jew, tal-inqas, il-marġni tad-dumping stabbilit kien ikun inqas minn dak ikkalkolat fir-regolament ikkontestat, u, għaldaqstant, annullat l-imsemmi Regolament tal-Kunsill fl-intier tiegħu (il-Kawża T-107/08 ENRC vs il-Kunsill [2011] Ġabra II-8051, il-paragrafi minn 67 sa 70). Meta l-Kummissjoni applikat il-metodu preskritt mill-Qorti Ġenerali, irriżulta li ma kien hemm la dumping u lanqas ħsara. Il-Kummissjoni għaldaqstant astjeniet milli formalment terġa' tibda l-investigazzjoni. Fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-351/04 Ikea (il-Kawża C-351/04 Ikea [2007] Ġabra I-7723), il-Qorti tal-Ġustizzja kienet parzjalment iddikjarat invalidu r-Regolament tal-Kunsill, jiġifieri sa fejn id-dazju kien ġie kkalkulat billi bbażat ruħha fuq it-teknika tal-hekk imsejħa “zeroing”. L-istituzzjonijiet kienu diġà kkalkolaw mill-ġdid id-dazju mingħajr l-użu taż-zeroing fi stadju aktar bikri, wara deċiżjoni tal-korp tal-appelli tad-WTO, u sabu li l-ebda dumping ma kien seħħ, u għalhekk temmew l-investigazzjoni mingħajr ma imponew miżuri (jiġifieri effettivament stabbilixxew dazju ġdid b'rata żero) (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 160/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/97 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Indja u mill-Pakistan u li jelimina l-proċedura fir-rigward tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Pakistan (ĠU L 26, 30.1.2002, p. 2.). Fil-Kawża T-498/04 Zheijiang Xinan Chemical Group v il-Kunsill (il-Kawża T-498/04 Zheijiang Xinan Chemical Group v il-Kunsill [2009] Ġabra I-1969), il-Kunsill ippreżenta appell. Għaldaqstant, l-annullament daħal fis-seħħ biss fid-data li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja tat is-sentenza tagħha dwar l-appell (il-Kawża C-337/09 P il-Kunsill vs Zheijiang Xinan Chemical Group [2012]), li kien fid-19 ta' Lulju 2012. F'dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali, ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja, sabet li l-Kummissjoni u l-Kunsill kienu obbligati jagħtu trattament ta' ekonomija tas-suq lill-applikant, li kien l-unika kumpanija Ċiniża li esportat il-prodott ikkonċernat waqt il-perjodu ta' investigazzjoni. F'dan il-każ, kuntrarjament għall-każ preżenti, il-Kummissjoni u l-Kunsill kienu wettqu l-analiżi tat-talba għal trattament ta' ekonomija tas-suq u kienu ċaħdu din it-talba bħala infondata. Il-Qrati tal-Unjoni kkunsidraw li — għall-kuntrarju tal-fehma espressa mill-Kummissjoni u l-Kunsill — it-talba kienet fondata, u għaldaqstant il-valur normali kellu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tad-data pprovduta minn Zheijiang Xinan Chemical Group. Il-Kummissjoni normalment kienet tkompli l-proċedura, sabiex tipproponi lill-Kunsill biex jimponi dazju għall-futur. Madankollu, f'dan il-każ, il-Kummissjoin (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/383/KE tal-14 ta' Mejju 2009 li tissospendi d-dazji definittivi ta' antidumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/2004 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' glyphosate li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 20) u l-Kunsill (ir-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 126/2010 tal-11 ta' Frar 2010 li jestendi s-sospensjoni tad-dazju definittiv kontra d-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1683/2004 fuq importazzjonijiet tal-glyphosate li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 40, 13.2.2010, p. 1) kienu ddeċidew fl-2009 u l-2010 li jissospendu d-dazju antidumping għall-perjodu sa tmiem l-applikabilità tiegħu fit-30 ta' Settembru 2010, minħabba li kkunsidraw li ma kienx probabbli li l-ħsara tkompli minħabba l-livelli ta' profitt għoljin tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, ma kienx hemm bżonn li terġa' tibda l-proċedura minħabba l-impożizzjoni ta' dazju għall-futur. La ma kien hemm fejn titkompla l-proċedura bil-ħsieb li jkun hemm impożizzjoni mill-ġdid fuq il-passat: Kuntrarjament għal dan il-każ, ma kien hemm l-ebda teħid ta' kampjuni. Zheijiang Xinan Chemical Group kien l-uniku produttur esportatur li kellu bejgħ lejn is-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta' investigazzjoni. Minħabba li l-Kummissjoni u l-Kunsill kienu jkunu obbligati li jagħtu lil Zheijiang Xinan Chemical Group trattament ta' ekonomija tas-suq, il-Qrati tal-Unjoni kienu annullaw il-kostatazzjoni ta' dumping. Il-Kawża T-348/05 JSC Kirovo-Chepetsky v Il-Kunsill (il-Kawża T-348/05 JSC Kirovo-Chepetsky vs il-Kunsill [2008] Ġabra II-159) hija kawża tassew partikolari. Il-Kummissjoni kienet tat bidu għal reviżjoni interim parzjali b'talba mill-industrija tal-Unjoni, u f'din l-okkażjoni kienet wessgħet l-ambitu tal-prodotti kkonċernati, billi ġie inkluż prodott differenti. Il-Qorti Ġenerali kkonstatat li ma kienx possibbli li wieħed jipproċedi b'dan il-mod, iżda li kien hemm bżonn li titnieda investigazzjoni separata fil-prodott li kien ġie miżjud. Fuq il-bażi tal-prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Unjoni ta' res iudicata, ma kien hemm l-ebda ambitu għall-istituzzjonijiet li jkomplu r-reviżjoni interim parzjali wara l-annullament.

(39)  Ara pereżempju r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 412/2009 tat-18 ta' Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 428/2005 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjoni ta' fibri diskontinwi tal-poljester li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Għarabja Sawdita, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2852/2000 li jimponi d-dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjoni ta' fibri diskontinwi tal-poljester li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u li jtemm il-proċedura antidumping fir-rigward ta' tali importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajwan (ĠU L 125, 25.1.2009, p. 1) (f'konformità ma' Huvis); Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 540/2012 tal-21 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 954/2006 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fil-Kroazja, ir-Rumanija, ir-Russja u l-Ukraina (ĠU L 165, 26.6.2012, p. 1) (b'konformità ma' Interpipe Nikopolsky).

(40)  Ara pereżempju l-Kawża C-338/10 Gruenwald Logistik Services [2012] u l-impożizzjoni mill-ġdid tad-dazji bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 158/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 49, 22.2.2013, p. 29). Ara wkoll l-eżempji li ġejjin: Fil-Kawża T-158/10 Dow v il-Kunsill, il-Qorti Ġenerali kkostatat li ma kienx hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping (il-Kawża T-158/10 Dow v il-Kunsill [2012], il-paragrafi 47 u 59). Fil-Kawża T-107/04 Aluminium Silicon Mill Products v il-Kunsill, il-Qorti Ġenerali sabet li ma kienx hemm rabta ta' kawżalità bejn id-dumping u d-dannu (il-Kawża T-107/04 Aluminium Silicon Mill Products v il-Kunsill [2007] Ġabra II-672, il-paragrafu 116). Skont il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta' res judicata, il-Kummissjoni u l-Kunsill huma marbuta bis-sejbiet tal-Qrati tal-Unjoni, fejn dawn ikunu jistgħu, fuq il-bażi tal-fatti quddiemhom, jaslu għal konklużjoni definittiva dwar id-dumping, id-dannu, ir-rabta kawżali u l-interess tal-Unjoni. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għalhekk ma jistgħux jiddevjaw mis-sejbiet tal-Qorti tal-Unjoni. F'sitwazzjoni bħal din, l-investigazzjoni tingħalaq permezz tas-sentenza tal-Qrati tal-Unjoni, li jaslu għal konklużjoni definittiva li l-ilment tal-industrija tal-Unjoni ma huwiex fondat fid-dritt. Wara dawn iż-żewġ sentenzi, għalhekk ma kienx hemm lok għall-Kummissjoni u l-Kunsill biex jibdew investigazzjoni, li hija r-raġuni għaliex ma ttieħed l-ebda pass ieħor wara dawn is-sentenzi.

(41)  Il-Kawża 199/82 San Giorgio [1983] Ġabra 3595, il-paragrafu 13.

(42)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/223 tas-17 ta' Frar 2016 li jistabbilixxi proċedura għall-valutazzjoni ta' ċerti talbiet għal trattament ta' ekonomija tas-suq u għal trattment individwali li jsiru minn produtturi esportaturi miċ-Ċina u mill-Vjetnam, u li jimplimentaw is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 41, 18.2.2016, p. 3).

(43)  Bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 tas-17 ta' Ottubru 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (ĠU L 301, 31.10.2006, p. 1) dan il-kodiċi NM huwa sostitwit fl-1 ta' Jannar 2007 mill-kodiċijiet NM ex 6403 51 05, ex 6403 59 05, ex 6403 91 05 u ex 6403 99 05.

(44)  Kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 tas-27 ta' Ottubru 2005 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 286, 28.10.2005, p. 1). Il-prodotti koperti huma determinati billi tiġi kkombinata d-deskrizzjoni tal-prodott fl-Artikolu 1(1) flimkien mad-deskrizzjoni tal-prodott fil-kodiċijiet NM meħudin flimkien.

(45)  Ir-reżistenza għall-impatt titkejjel skont in-Normi Ewropej EN345 jew EN346.

(46)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 43.


ANNESS I

Kodiċijiet TARIC għal ilbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda jew ġilda artifiċjali kif definit fl-Artikolu 1

(a)

Mis-7 ta' Ottubru 2006:

6403300039, 6403300089, 6403511190, 6403511590, 6403511990, 6403519190, 6403519590, 6403519990, 6403591190, 6403593190, 6403593590, 6403593990, 6403599190, 6403599590, 6403599990, 6403911199, 6403911399, 6403911699, 6403911899, 6403919199, 6403919399, 6403919699, 6403919899, 6403991190, 6403993190, 6403993390, 6403993690, 6403993890, 6403999199, 6403999329, 6403999399, 6403999629, 6403999699, 6403999829, 6403999899 u 6405100080

(b)

Mill-1 ta' Jannar 2007:

6403510519, 6403510599, 6403511190, 6403511590, 6403511990, 6403519190, 6403519590, 6403519990, 6403590519, 6403590599, 6403591190, 6403593190, 6403593590, 6403593990, 6403599190, 6403599590, 6403599990, 6403910519, 6403910599, 6403911199, 6403911399, 6403911699, 6403911899, 6403919199, 6403919399, 6403919699, 6403919899, 6403990519, 6403990599, 6403991190, 6403993190, 6403993390, 6403993690, 6403993890, 6403999199, 6403999329, 6403999399, 6403999629, 6403999699, 6403999829, 6403999899 u 6405100080

(c)

Mis-7 ta' Settembru 2007:

6403510515, 6403510518, 6403510595, 6403510598, 6403511191, 6403511199, 6403511591, 6403511599, 6403511991, 6403511999, 6403519191, 6403519199, 6403519591, 6403519599, 6403519991, 6403519999, 6403590515, 6403590518, 6403590595, 6403590598, 6403591191, 6403591199, 6403593191, 6403593199, 6403593591, 6403593599, 6403593991, 6403593999, 6403599191, 6403599199, 6403599591, 6403599599, 6403599991, 6403599999, 6403910515, 6403910518, 6403910595, 6403910598, 6403911195, 6403911198, 6403911395, 6403911398, 6403911695, 6403911698, 6403911895, 6403911898, 6403919195, 6403919198, 6403919395, 6403919398, 6403919695, 6403919698, 6403919895, 6403919898, 6403990515, 6403990518, 6403990595, 6403990598, 6403991191, 6403991199, 6403993191, 6403993199, 6403993391, 6403993399, 6403993691, 6403993699, 6403993891, 6403993899, 6403999195, 6403999198, 6403999325, 6403999328, 6403999395, 6403999398, 6403999625, 6403999628, 6403999695, 6403999698, 6403999825, 6403999828, 6403999895, 6403999898, 6405100081 u 6405100089


ANNESS II

Lista ta' produtturi esportaturi:

Isem il-produttur esportatur

Best Royal Co., Ltd

Lac Cuong Footwear Co., Ltd

Lac Ty Co., Ltd

Saoviet Joint Stock Company (Megastar Joint Stock Company)

VMC Royal Co., Ltd

Freetrend Industrial Ltd. u l-kumpanija relatata tagħha Freetrend Industrial A (Vietnam) Co., Ltd

Fulgent Sun Footwear Co., Ltd

General Shoes Ltd.

Golden Star Co., Ltd.

Golden Top Company Co., Ltd

Kingmaker Footwear Co., Ltd

Tripos Enterprise Inc.

Vietnam Shoe Majesty Co., Ltd


Top