EUR-Lex Acces la dreptul Uniunii Europene

Înapoi la prima pagină EUR-Lex

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 32016R1646

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1646 tat-13 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar indiċijiet ewlenin u boroż rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti tal-investiment (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/5721

ĠU L 245, 14.9.2016, p. 5-15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Statutul juridic al documentului care este în vigoare: Acest act a fost modificat. Versiunea actuală consolidată: 17/10/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1646/oj

14.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1646

tat-13 ta' Settembru 2016

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar indiċijiet ewlenin u boroż rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti tal-investiment

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 197(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistipula li ekwitajiet jew bonds konvertibbli li jinsabu f'indiċi ewlieni jistgħu jintużaw mill-istituzzjonijiet bħala kollateral eliġibbli. Wieħed mill-kriterji ta' eliġibbiltà għall-kollateral huwa li jinħtieġ li jkun likwidu biżżejjed. L-indiċijiet tal-ekwità, sabiex jiġu kkunsidrati bħala indiċijiet ewlenin għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, jinħtieġ li għaldaqstant ikunu prinċipalment ekwitajiet li b'mod raġonevoli jistgħu jinkisbu, meta istituzzjoni għandha bżonn tillikwidahom. Dan jinħtieġ li jkun il-każ meta mill-inqas 90 % tal-komponenti ta' indiċi jkollhom volum varjabbli ta' mill-inqas EUR 500 000 000 jew, fin-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-volum varjabbli, kapitalizzazzjoni tas-suq ta' mill-inqas EUR 1 000 000 000.

(2)

L-istituzzjonijiet jinħtieġ li jkollhom ukoll il-possibilità, li jirrikonoxxu bħala eliġibbli l-istrumenti tal-kollateral li jkunu likwidi skont is-swieq li jkunu qegħdin jaħdmu fihom u li jilħqu livell minimu ta' likwidità, irrispettivament minn jekk suq huwiex stabbilit fl-Unjoni jew f'pajjiż terz. Għaldaqstant, l-indiċi ta' ekwità jinħtieġ li jitqies bħala indiċi ewlieni meta jinkludi mhux aktar minn nofs l-għadd totali ta' kumpaniji li l-ishma tagħhom huma nnegozjati fis-suq li fih jkun ibbażat l-indiċi, fejn il-fatturat medju ta' kuljum ikun ta' mhux inqas minn EUR 100 000, u meta dan ikun jissodisfa tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin: il-kapitalizzazzjoni totali tas-suq tal-indiċi tkun mill-inqas 40 % tal-kapitalizzazzjoni tas-suq tal-kumpaniji kollha li l-ishma tagħhom jkunu nnegozjati f'dan is-suq; il-fatturat totali tal-kummerċ fil-komponenti tal-indiċi jkun mill-inqas 40 % tal-fatturat totali tal-ishma kollha nnegozjati f'dan is-suq; u l-indiċi jservi bħala sottostanti għall-prodotti ta' derivattivi.

(3)

L-indiċijiet tal-bonds konvertibbli jinħtieġ li jitqiesu biss bħala indiċijiet ewlenin meta bonds kostitwenti jistgħu jiġu kkonvertiti f'ekwitajiet fejn mill-inqas 90 % ta' dawn l-ekwitajiet ikollhom volum varjabbli ta' mill-inqas EUR 500 000 000 jew, fin-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-volum varjabbli, kapitalizzazzjoni tas-suq ta' mill-inqas EUR 1 000 000 000.

(4)

Meta żewġ indiċijiet jissodisfaw il-kriterji sabiex jiġu kkunsidrati bħala indiċi ewlieni, u wieħed ikun sottogrupp tal-ieħor, għal raġunijiet ta' sempliċità, l-aktar wieħed ġenerali biss jinħtieġ li jiġi inkluż fil-lista ta' indiċijiet ewlenin.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistipula li t-titoli ta' dejn maħruġa minn ċerti istituzzjonijiet, li ma jkollhomx valutazzjoni tal-kreditu minn istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu (external credit assessment institution, ECAI), jistgħu jintużaw bħala kollateral eliġibbli meta dawn jissodisfaw għadd ta' kundizzjonijiet, b'waħda minnhom tkun li jkunu elenkati f'borża rikonoxxuta.

(6)

Sabiex borża titqies bħala borża rikonoxxuta għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, borża trid tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(72) ta' dan ir-Regolament. Rigward waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, jiġifieri din li l-borża jinħtieġ li jkollha mekkaniżmu ta' kklerjar, is-swieq irregolati kollha li jinnegozjaw strumenti finanzjarji li mhumiex elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jinħtieġ li jissodisfaw din it-tieni kundizzjoni billi jkunu lliċenzjati bħala suq irregolat skont id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u permezz ta' regoli u proċeduri għall-ikklerjar u għas-saldu ta' tranżazzjonijiet fis-seħħ, skont id-Direttiva 2004/39/KE.

(7)

Meta l-mekkaniżmu tal-ikklerjar ta' borża jkun ipprovdut minn kontroparti ċentrali (central counterparty, CCP), din is-CCP jinħtieġ li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għall-boroż ta' derivattivi rari li ma jkunux servuti mis-CCPs, ir-regoli għall-proviżjonament tal-marġni stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jinħtieġ li jintużaw bħala punt ta' riferiment sabiex jiġi vvalutat jekk r-rekwiżiti għall-proviżjonament tal-marġni stabbiliti minn dawn il-boroż huma adegwati.

(8)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority, ESMA) lill-Kummissjoni.

(9)

Fis-17 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni nnotifikat lill-ESMA bl-intenzjoni tagħha li tapprova l-abbozz tal-istandard tekniku ta' implimentazzjoni b'emendi sabiex jittieħed inkonsiderazzjoni l-fatt li xi indiċijiet ta' ekwità, li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà biex jitqiesu bħala indiċijiet ewlenin, ma ġewx inklużi fil-lista pprovduta f'dan l-abbozz tal-istandard. Fl-opinjoni formali tagħha tat-28 ta' Jannar 2016, l-ESMA kkonfermat il-pożizzjoni inizjali tagħha u ma reġgħetx ippreżentat l-istandard tekniku ta' implimentazzjoni emendat b'mod konformi mal-emendi proposti tal-Kummissjoni. L-abbozz tal-istandard tekniku ta' implimentazzjoni jinħtieġ li għalhekk jiġi approvat bl-emendi meħtieġa sabiex tiġi evitata l-esklużjoni ta' indiċijiet li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà biex jiġu kkunsidrati bħala indiċijiet ewlenin għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(10)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni li fuqhom dan ir-Regolament huwa bbażat u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). L-ESMA ma analizzax fid-dettall il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati mal-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għax dawn kienu jkunu sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u l-impatt tagħhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Indiċijiet ewlenin

L-indiċijiet ewlenin għall-finijiet tal-Artikolu 197(8)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huma speċifikati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Boroż rikonoxxuti

Il-boroż rikonoxxuti għall-finijiet tal-Artikolu 197(8)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huma speċifikati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1

(2)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS I

L-INDIĊIJIET EWLENIN IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 197 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 575/2013

Tabella 1

Indiċijiet ta' ekwità

Indiċi

Pajjiż/Żona

STOXX Asia/Pacific 600

L-Asja/il-Paċifiku

ASX100

L-Awstralja

ATX Prime (1)

L-Awstrija

BEL20

Il-Belġju

IBOVESPA

Il-Brażil

TSX60

Il-Kanada

CETOP20 Index

L-Ewropa Ċentrali

Hang Seng Mainland 100 Index (China)

Iċ-Ċina

NYSE ARCA China Index

Iċ-Ċina

Shanghai Shenzhen CSI 300

Iċ-Ċina

PX Prague

Ir-Repubblika Ċeka

OMX Copenhagen 20

Id-Danimarka

FTSE RAFI Emerging Markets

Swieq emerġenti

MSCI Emerging Markets 50

Swieq emerġenti

FTSE Europe Index

L-Ewropa

STOXX Europe 600

L-Ewropa

MSCI AC Europe & Middle East

L-Ewropa u l-Lvant Nofsani

OMXH25

Il-Finlandja

SBF120 (2)

Franza

S&P BMI France

Franza

HDAX (3)

Il-Ġermanja

FTSE All World Index

Globali

MSCI ACWI

Globali

FT ASE Large Cap

Il-Greċja

Hang Seng

Hong Kong

Hang Seng Composite Index

Hong Kong

CNX 100 Index

L-Indja

S&P BSE 100 Index

L-Indja

ISEQ 20

L-Irlanda

FTSE MIB

L-Italja

Nikkei 300

Il-Ġappun

TOPIX mid 400

Il-Ġappun

S&P Latin America 40

L-Amerika Latina

FTSE Bursa Malaysia KLCI Index

Il-Malasja

Mexico Bolsa Index

Il-Messiku

AEX

In-Netherlands

S&P NZX 15 Index

New Zealand

OBX

In-Norveġja

WIG20

Il-Polonja

PSI 20

Il-Portugall

MSCI Russia Index

Ir-Russja

Russian Traded Index

Ir-Russja

FTSE Straits Times Index

Singapor

FTSE JSE Top 40

L-Afrika t'Isfel

INDI 25 Index

L-Afrika t'Isfel

KOSPI 100

Il-Korea t'Isfel

IBEX35

Spanja

OMXS60

L-Iżvezja

OMXSB

L-Iżvezja

SMI Expanded Index

L-Iżvizzera

TSEC Taiwan 50

It-Tajwan

FTSE Nasdaq Dubai UAE 20 Index

L-EGĦM

FTSE 350 (4)

Ir-Renju Unit

NASDAQ100

L-Istati Uniti tal-Amerka

Russell 3000 Index

L-Istati Uniti tal-Amerka

S&P 500

L-Istati Uniti tal-Amerka


Tabella 2

Indiċijiet tal-bonds konvertibbli

Exane ECI-Europe

L-Ewropa

Jefferies JACI Global

Globali

Thomson Reuters Global Convertible

Globali


(1)  Jinkludi lil ATX.

(2)  Jinkludi lil CAC40, CAC Next 20, u CAC Mid Cap.

(3)  Jinkludi lil DAX u MDAX.

(4)  Jinkludi lil FTSE 100.


ANNESS II

IL-BOROŻ RIKONOXXUTI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 197 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 575/2013

Tabella 1

Il-boroż rikonoxxuti li ma jiġux innegozjati fihom il-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Swieq irregolati

MIC

EURONEXT PARIS

XPAR

BOERSE BERLIN (REGULIERTER MARKT)

BERA

BOERSE BERLIN (IT-TIENI SUQ IRREGOLAT TA' BERLIN)

BERC

BOERSE DUESSELDORF (REGULIERTER MARKT)

DUSA

BOERSE DUESSELDORF — QUOTRIX (REGULIERTER MARKT)

DUSC

BOERSE BERLIN EQUIDUCT TRADING (REGULIERTER MARKT)

EQTA

BOERSE BERLIN EQUIDUCT TRADING (IT-TIENI SUQ IRREGOLAT TA' BERLIN)

EQTB

HANSEATISCHE WERTPAPIERBOERSE HAMBURG (REGULIERTER MARKT)

HAMA

NIEDERSAECHSISCHE BOERSE ZU HANNOVER (REGULIERTER MARKT)

HANA

BOERSE MUENCHEN (REGULIERTER MARKT)

MUNA

BOERSE MUENCHEN — MARKET MAKER MUNICH (REGULIERTER MARKT)

MUNC

BADEN-WUERTTEMBERGISCHE WERTPAPIERBOERSE (REGULIERTER MARKT)

STUA

FRANKFURTER WERTPAPIERBOERSE (REGULIERTER MARKT)

FRAA, XETA

TRADEGATE EXCHANGE (REGULIERTER MARKT)

XGRM

IRISH STOCK EXCHANGE — MAIN SECURITIES MARKET

XDUB

EURONEXT LISBON

XLIS

BOLSA DE BARCELONA

XBAR, XMCE

BOLSA DE BILBAO

XBIL, XMCE

BOLSA DE MADRID

XMAD, XMCE, MERF

BOLSA DE VALENCIA

XVAL, XMCE

BONDVISION MARKET

BOND

ELECTRONIC OPEN-END FUNDS AND ETC MARKET

ETFP

MARKET FOR INVESTMENT VEHICLES (MIV)

MIVX

ELECTRONIC BOND MARKET

MOTX

ELECTRONIC SHARE MARKET

MTAA

MTS GOVERNMENT MARKET

MTSC

MTS CORPORATE MARKET

MTSM

SECURITISED DERIVATIVES MARKET

SEDX

MERCADO DE DEUDA PUBLICA EN ANOTACIONES

XDPA

AIAF — MERCADO DE RENTA FIJA

XDRF, SEND

BOURSE DE LUXEMBOURG

XLUX

CYPRUS STOCK EXCHANGE

XCYS

SPOT REGULATED MARKET — BMFMS

SBMF

SPOT REGULATED MARKET — BVB

XBSE

RM-SYSTEM CZECH STOCK EXCHANGE

XRMZ

PRAGUE STOCK EXCHANGE

XPRA

BATS EUROPE REGULATED MARKET

BATE, CHIX

ISDX MAIN BOARD

ISDX

EURONEXT LONDON

XLDN

LONDON STOCK EXCHANGE — REGULATED MARKET

XLON

NASDAQ RIGA

XRIS

NASDAQ STOCKHOLM

XSTO

NORDIC GROWTH MARKET NGM

XNGM

NASDAQ COPENHAGEN

XCSE

OSLO AXESS

XOAS

OSLO BØRS

XOSL

NASDAQ TALLINN

XTAL

NASDAQ HELSINKI

XHEL

VIENNA STOCKEXCHANGE OFFICIAL MARKET (AMTLICHER HANDEL)

WBAH

VIENNA STOCKEXCHANGE SECOND REGULATED MARKET (GEREGELTER FREIVERKEHR)

WBGF

BULGARIAN STOCK EXCHANGE — SOFIA JSC

XBUL

NASDAQ ICELAND

XICE

BUDAPEST STOCK EXCHANGE

XBUD

BRATISLAVA STOCK EXCHANGE

XBRA

NASDAQ VILNIUS

XLIT

EURONEXT BRUSSELS

XBRU

ZAGREB STOCK EXCHANGE

XZAG

ELECTRONIC SECONDARY SECURITIES MARKET

HDAT

ATHENS EXCHANGE SECURITIES MARKET

XATH

EUROPEAN WHOLESALE SECURITIES MARKET

EWSM

MALTA STOCK EXCHANGE

XMAL

EURONEXT AMSTERDAM

XAMS

BONDSPOT SECURITIES MARKET

RPWC

WARSAW STOCK EXCHANGE

XWAR,WBON, WETP

LJUBLJANA STOCK EXCHANGE OFFICIAL MARKET

XLJU

GIBRALTAR STOCK EXCHANGE

GSXL


Tabella 2

Il-boroż rikonoxxuti li ma jiġux innegozjati fihom il-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Swieq irregolati

MIC

MATIF

XMAT

MONEP

XMON

POWERNEXT DERIVATIVES

XPOW

EUROPEAN ENERGY EXCHANGE

XEEE

EUREX DEUTSCHLAND

XEUR

MERCADO DE FUTUROS E OPCOES

MFOX

MERCADO REGULAMENTADO DE DERIVADOS DO MIBEL

OMIP

MEFF EXCHANGE

XMRV, XMPW

MERCADO DE FUTUROS DE ACEITE DE OLIVA — S.A

XSRM

DERIVATIVES REGULATED MARKET — BMFMS

BMFM

POWER EXCHANGE CENTRAL EUROPE

XPXE

CME EUROPE LIMITED

CMED

ICE FUTURES EUROPE — ENERGY PRODUCTS DIVISION

IFEU

ICE FUTURES EUROPE — FINANCIAL PRODUCTS DIVISION

IFLL

ICE FUTURES EUROPE — EQUITY PRODUCTS DIVISION

IFLO

ICE FUTURES EUROPE — AGRICULTURAL PRODUCTS DIVISION

IFLX

THE LONDON INTERNATIONAL FINANCIAL FUTURES AND OPTIONS EXCHANGES (LIFFE)

XLIF

THE LONDON METAL EXCHANGE

XLME

LONDON STOCK EXCHANGE DERIVATIVES MARKET

XLOD

ITALIAN DERIVATIVES MARKET

XDMI

NASDAQ STOCKHOLM

XSTO

FISH POOL

ĦUT

NOREXECO

NEXO

NASDAQ OSLO

NORX

OSLO BØRS

XOSL

EURONEXT BRUSSELS DERIVATIVES

XBRD

ATHENS EXCHANGE DERIVATIVES MARKET

XADE

VIENNA STOCKEXCHANGE OFFICIAL MARKET (AMTLICHER HANDEL)

WBAH

BUDAPEST STOCK EXCHANGE

XBUD

ICE ENDEX DERIVATIVES

NDEX

EURONEXT EQF — EQUITIES AND INDICES DERIVATIVES

XEUE

WARSAW STOCK EXCHANGE/COMMODITIES/POLISH POWER EXCHANGE/COMMODITY DERIVATIVES

PLPD


Sus