Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0922

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/922 tal-10 ta' Ġunju 2016 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 dwar il-lista ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' laħam frisk (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/3471

ĠU L 154, 11.6.2016, p. 21–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/922/oj

11.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/922

tal-10 ta' Ġunju 2016

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 dwar il-lista ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' laħam frisk

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt (4) tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (2) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji ta' laħam frisk ta' ċerti annimali ungulati. Il-Parti 1 tal-Anness II ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom minn fejn dawn il-konsenji jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi jew il-garanziji supplimentari meħtieġa minn ċerti pajjiżi terzi.

(2)

L-Arġentina u l-Brażil huma reġjonalizzati biex jiġu inklużi f'din il-lista. It-territorji reġjonalizzati huma mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 bħala partijiet ta' dawk il-pajjiżi awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji ta' laħam frisk ta' ċerti annimali ungulati.

(3)

Erba' partijiet mit-territorju tal-Arġentina huma mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 bħala partijiet awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji ta' laħam frisk ta' ċerti annimali ungulati. Id-dati minn meta dawn l-annimali jistgħu jinqatlu sabiex tkun permessal-introduzzjoni tal-laħam frisk tagħhom fl-Unjoni, ikunu ddikjarati bħala dati tal-ftuħ għal kull parti tat-territorju tal-Arġentina. Għal xi wħud minn dawn il-partijiet japplikaw garanziji supplimentari u kundizzjonijiet speċifiċi biex jeliminaw ċerti riskji għas-saħħa tal-annimali marbuta mal-introduzzjoni tal-laħam frisk fl-Unjoni.

(4)

L-Arġentina talbet biex jiġi aġġornat l-elenkar ta' dawk il-partijiet tat-territorju tagħha, sabiex jingħaqdu ċerti partijiet tat-territorju tagħha skont jekk japplikawx xi garanziji supplimentari u kundizzjonijiet speċifiċi għal dawk il-partijiet. Dan għandu jiċċara r-reġjonalizzazzjoni tal-Arġentina. Peress li japplikaw dati tal-ftuħ differenti għar-reġjonalizzazzjoni attwali, għandha tkun applikabbli l-aħħar data tal-ftuħ mill-partijiet magħquda tat-territorju. Peress li dawn il-partijiet tal-Arġentina mhumiex kollha awtorizzati għall-introduzzjoni ta' laħam frisk ta' annimali ungulati mhux domestiċi selvaġġi koperti miċ-ċertifikat “RUW”, dan għandu jkun speċifikat f'nota f'qiegħ il-paġna.

(5)

Iż-żona b'livell għoli ta' sorveljanza tal-Arġentina, stabbilita tul il-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj, issa hija parti mit-territorju tal-Arġentina rikonoxxut mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) bħala żona ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer (FMD) fejn hemm il-prattika tat-tilqim (3). L-Arġentina talbet li din iż-żona tiġi awtorizzata għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' laħam frisk ta' ċerti annimali ungulati domestiċi u selvaġġi. Billi hija rikonoxxuta bħala żona ħielsa mill-FMD fejn hemm il-prattika tat-tilqim u l-Arġentina pprovdiet garanziji suffiċjenti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali b'sostenn tat-talba tagħha, dik iż-żona għandha tkun awtorizzata għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' laħam frisk ta' ċerti annimali ungulati domestiċi u selvaġġi, bl-istess garanziji supplimentari applikabbli għall-partijiet l-oħra tal-Arġentina li huma ħielsa mill-FMD permezz tat-tilqim.

(6)

Iż-żona b'livell għoli ta' sorveljanza tal-Brażil, stabbilita tul il-fruntiera mal-Paragwaj, issa hija parti mit-territorju tal-Brażil rikonoxxut mill-OIE bħala żona ħielsa mill-FMD fejn hemm il-prattika tat-tilqim (3). Il-Brażil talab li din iż-żona tiġi awtorizzata għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' laħam frisk ta' annimali bovini domestiċi. Billi hija rikonoxxuta bħala żona ħielsa mill-FMD fejn hemm il-prattika tat-tilqim u l-Brażil ipprovda garanziji suffiċjenti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali b'sostenn tat-talba tiegħu, dik iż-żona għandha tkun awtorizzata għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' laħam frisk ta' annimali bovini domestiċi bl-istess garanziji supplimentari applikabbli għall-partijiet l-oħra tal-Brażil li huma ħielsa mill-FMD permezz tat-tilqim.

(7)

Il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(8)

Biex jiġi evitat kull tfixkil fl-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji ta' laħam frisk ta' ċerti annimali ungulati, iċ-ċertifikati veterinarji b'indikazzjoni tal-kodiċi tat-territorju AR-4 maħruġin skont ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 qabel l-emendi introdotti permezz ta' dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu jkunu awtorizzati għal perjodu tranżizzjonali.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Għal perjodu tranżizzjonali sal-1 ta' Settembru 2016, konsenji ta' laħam frisk ta' ċerti annimali ungulati mill-Arġentina akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk li fih il-kodiċi tat-territorju AR-4 huwa indikat skont il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 qabel l-emendi introdotti permezz ta' dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu jiġu awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni bil-kundizzjoni li ċ-ċertifikat kien maħruġ mhux aktar tard mill-1 ta' Awwissu 2016.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).

(3)  http://www.oie.int/animal-health-in-the-world/official-disease-status/fmd/list-of-fmd-free-members/


ANNESS

Il-Parti I tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 hija emendata kif ġej:

(1)

l-entrata għall-Arġentina tinbidel b'dan li ġej:

“AR — l-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

AR-1

Il-provinċji ta':

 

Buenos Aires,

 

Catamarca,

 

Corrientes (*),

 

Entre Ríos,

 

La Rioja,

 

Mendoza,

 

Misiones,

 

Parti minn Neuquén (bl-eċċezzjoni tat-territorju inkluż f'AR-2),

 

Parti minn Río Negro (bl-eċċezzjoni tat-territorju inkluż f'AR-2),

 

San Juan,

 

San Luis,

 

Santa Fe,

 

Tucuman,

 

Cordoba,

 

La Pampa,

 

Santiago del Estero,

 

Chaco,

 

Formosa,

 

Jujuy,

 

Salta (bl-eċċezzjoni tat-territorju inkluż f'AR-3).

BOV

RUF

RUW (*)

A

1

 

l-1 ta' Awwissu 2010

AR-2

Il-provinċji ta':

 

Chubut,

 

Santa Cruz,

 

Tierra del Fuego,

 

Parti minn Neuquén (ħlief f'Confluencia ż-żona li tinsab fil-Lvant tat-Triq provinċjali 17, u f'Picun Leufú ż-żona li tinsab fil-Lvant tat-Triq provinċjali 17),

 

Parti minn Río Negro (ħlief: f'Avellaneda ż-żona li tinsab fit-Tramuntana tat-Triq provinċjali 7 u fil-Lvant tat-Triq provinċjali 250, f'Conesa ż-żona li tinsab fil-Lvant tat-Triq provinċjali 2, f'El Cuy iż-żona li tinsab fit-Tramuntana tat-Triq provinċjali 7 minn fejn taqsam it-Triq provinċjali 66 sal-fruntiera mad-Dipartiment ta' Avellaneda, u f'San Antonio ż-żona li tinsab fil-Lvant tat-Toroq provinċjali 250 u 2).

BOV

OVI

RUW

RUF

 

 

 

l-1 ta' Awwissu 2008

AR-3

Parti minn Salta: iż-żona ta' 25 km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-Distrett ta' Santa Catalina fil-Provinċja ta' Jujuy, sad-Distrett ta' Laishi fil-Provinċja ta' Formosa (dik li qabel kienet iż-żona ta' lqugħ b'livell għoli ta' sorveljanza)

BOV

RUF

RUW

A

1

 

l-1 ta' Lulju 2016

(2)

l-entrata għall-Brażil tinbidel b'dan li ġej:

“BR — IL-BRAŻIL

BR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

BR-1

L-Istat ta' Minas Gerais,

L-Istat ta' Espírito Santo,

L-Istat ta' Goiás,

L-Istat ta' Mato Grosso,

L-Istat ta' Rio Grande Do Sul,

L-Istat ta' Mato Grosso Do Sul (bl-eċċezzjoni tat-territorju inkluż f'BR-4).

BOV

A u H

1

 

l-1 ta' Diċembru 2008

BR-2

L-Istat ta' Santa Catarina

BOV

A u H

1

 

il-31 ta' Jannar 2008

BR-3

L-Istati ta' Paraná u São Paulo

BOV

A u H

1

 

l-1 ta' Awwissu 2008

BR-4

Parti mill-Istat ta' Mato Grosso Do Sul: Iż-żona ta' 15 km mill-fruntieri esterni fil-muniċipalitajiet ta' Porto Murtinho, Caracol, Bela Vista, Antônio João, Ponta Porã, Aral Moreira, Coronel Sapucaia, Paranhos, Sete Quedas, Japorã, u Mundo Novo u ż-żona tal-muniċipalitajiet ta' Corumbá u Ladário (dik li qabel kienet iż-żona maħsuba għal livell għoli ta' sorveljanza)

BOV

A u H

1

 

l-1 ta' Lulju 2016”


(*)  Għal ‘RUW’: Minbarra dawn id-dipartimenti li ġejjin fil-Provinċja ta' Corrientes: id-dipartimenti ta' Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar.”


Top