Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0172

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/172 tal-24 ta' Novembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-ispeċifikazzjoni tal-prodotti tal-enerġija (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 33, 10.2.2016, p. 3–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/172/oj

    10.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 33/3


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/172

    tal-24 ta' Novembru 2015

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-ispeċifikazzjoni tal-prodotti tal-enerġija

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 stabbilixxa struttura modulari għall-kontijiet ekonomiċi ambjentali, inkluż modulu għall-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija li huwa stabbilit fl-Anness VI tiegħu.

    (2)

    It-tfassil ta' lista ta' prodotti tal-enerġija għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 691/2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej huwa element essenzjali biex jiġi ddeterminat l-ambitu tal-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija, sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri u biex tiġi żgurata l-konsistenza interna (li tibbilanċja) tal-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija.

    (3)

    L-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi lista ta' prodotti tal-enerġija għall-istatistika dwar l-enerġija. Abbażi ta' din il-lista, hemm bżonn jiġu speċifikati l-prodotti tal-enerġija għall-finijiet tal-kontijiet tal-enerġija. Il-kontijiet tal-enerġija għandhom l-għan li janalizzaw l-interazzjonijiet bejn l-ambjent u l-azzjoni tal-bniedem bl-għan li jiġi evalwat iċ-ċiklu tal-ambjent-ekonomija-ambjent maħluq mill-attività tal-bniedem. Għaldaqstant, il-kontijiet tal-enerġija għandhom jinkludu b'mod partikolari r-residwi li jirriżultaw mill-użu finali tal-prodotti tal-enerġija, kif ukoll il-prodotti naturali mhux maħduma u dawk ipproċessati.

    (4)

    Id-definizzjoni għall-prodotti tal-enerġija mhux koperti fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 għandha tkun ibbażata fuq l-istandards internazzjonali tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali, sabiex tiġi żgurata l-kosteffiċjenza u jiġi evitat il-piż żejjed fuq dawk li jwieġbu.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-finijiet tat-Taqsima 3 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 691/2011, l-Istati Membri għandhom jipproduċu l-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija li jinkludu l-prodotti tal-enerġija elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmula fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 192, 22.7.2011, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika tal-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1).


    ANNESS

    Tikketta

    Korrispondenza għall-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008

    (fejn teżisti korrispondenza)

    Definizzjoni ta' prodott tal-enerġija

    (fejn ma teżistix korrispondenza għall-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008)

    Sorsi ta' Enerġija Naturali

     

    Il-flussi ta' enerġija li jittieħdu mill-ambjent naturali bħala parti minn attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni jew li jintużaw direttament fil-produzzjoni

    N01

    Sorsi ta' enerġija naturali fossili mhux rinnovabbli

     

    Il-flussi ta' enerġija li jittieħdu minn riżorsi tal-enerġija fossili (riżorsi taż-żejt, riżorsi ta' gass naturali, riżorsi ta' faħam u pit) li jinsabu fl-ambjent naturali permezz ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni

    N02

    Sorsi ta' enerġija naturali nukleari mhux rinnovabbli

     

    Il-flussi ta' enerġija nukleari utilizzabbli li jittieħdu minn riżorsi minerali li jinsabu fl-ambjent naturali permezz ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni

    N03

    Sorsi ta' enerġija naturali rinnovabbli mill-idroenerġija

     

    Il-flussi ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli li jittieħdu mill-ambjent naturali permezz ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni — f'dan il-każ l-enerġija idrokinetika

    N04

    Sorsi ta' enerġija naturali rinnovabbli minn ġenerazzjoni eolika

     

    Il-flussi ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli li jittieħdu mill-ambjent naturali permezz ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni — f'dan il-każ l-enerġija kinetika mir-riħ maqbuda permezz ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni

    N05

    Sorsi ta' enerġija naturali rinnovabbli minn ġenerazzjoni solari

     

    Il-flussi ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli li jittieħdu mill-ambjent naturali permezz ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni — f'dan il-każ l-enerġija mir-radjazzjoni solari maqbuda permezz ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni

    N06

    Sorsi ta' enerġija naturali rinnovabbli ġġenerati mill-bijomassa

     

    Il-flussi ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli li jittieħdu mill-ambjent naturali permezz ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni — f'dan il-każ l-enerġija ġġenerata mill-bijomassa

    N07

    Sorsi oħra ta' enerġija naturali rinnovabbli

     

    Il-flussi ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli li jittieħdu mill-ambjent naturali permezz ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni — f'dan il-każ oħrajn li mhumiex imsemmija taħt N03, N04, N05 u N06, bħalma huma l-enerġija ġeotermali, l-enerġija mill-mewġ u l-enerġija mill-marea

    Prodotti tal-Enerġija

     

    Il-flussi ta' enerġija prodotti bħala riżultat tal-attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni (prodotti kif definiti fil-kontijiet nazzjonali tal-ESA)

    P08

    Faħam iebes

    1.1 — 1.

    Antraċite

    1.1 — 2.

    Faħam għall-Kokk

    1.1 — 3.

    Faħam Bituminuż Ieħor (Faħam għall-istim)

     

    P09

    Faħam kannella u pit

    1.1 — 4.

    Faħam Subbituminuż

    1.1 — 5.

    Linjite

    1.1 — 15.

    Pit

    1.1 — 17.

    Żejt tax-shale u ramel bituminuż

     

    P10

    Gassijiet derivati (= gassijiet manifatturati minbarra l-bijogass)

    1.1 — 11.

    Gass tal-Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

    1.1 — 12.

    Gass tal-Ifran tal-Kokk

    1.1 — 13.

    Gass tal-Kalkari tal-Funderiji

    1.1 — 14.

    Gassijiet oħrajn irkuprati

     

    P11

    Prodotti tal-faħam sekondarji (kokk, qatran tal-faħam, fjuwil bil-privattiva, BKB u prodotti tal-pit)

    1.1 — 6.

    Fjuwil bil-Privattiva

    1.1 — 7.

    Kokk tal-Ifran tal-Kokk

    1.1 — 8.

    Kokk bħala Gass

    1.1 — 9.

    Qatran tal-Faħam

    1.1 — 10.

    BKB (il-Maltunelli tal-Faħam Kannella)

    1.1 — 16.

    Prodotti tal-Pit

     

    P12

    Żejt mhux maħdum, NGL u idrokarburi oħra (minbarra bijokomponenti)

    4.1 — 1.

    Żejt Mhux Maħdum

    4.1 — 2.

    NGL

    4.1 — 5.

    Idrokarburi oħra

     

    P13

    Gass naturali (mingħajr bijokomponenti)

    2.1 —

    Gass Naturali

     

    P14

    Petrol għall-magni (mingħajr bijokomponenti)

    4.1 — 10.

    Gażolina għall-Magni

    4.1 — 11.

    Gażolina għall-Avjazzjoni

     

    P15

    Pitrolju u jet fuels (mingħajr bijokomponenti)

    4.1 — 12.

    Jet Fuel tat-Tip tal-Gażolina

    4.1 — 13.

    Jet Fuel tat-Tip tal-Pitrolju (mingħajr bijokomponenti)

    4.1 — 14.

    Pitrolju Ieħor

     

    P16

    Nafta

    4.1 — 9.

    Nafta

     

    P17

    Diżil tat-trasport (mingħajr bijokomponenti)

    4.1 — 15.1.

    Diżil għat-Triq

     

    P18

    Żejt għall-gass għat-tisħin u żejt tal-gass ieħor (mingħajr bijokomponenti)

    4.1 — 15.2.

    Żejt għall-Gass għat-Tisħin u Żejt tal-Gass Ieħor

     

    P19

    Żejt tal-fjuwil residwali

    4.1 — 16.1.

    Żejt tal-Fjuwil — b'Kontenut Baxx ta' Kubrit

    4.1 — 16.2.

    Żejt tal-Fjuwil — b'Kontenut Għoli ta' Kubrit

     

    P20

    Gass tar-raffineriji, ethane u LPG

    4.1 — 6.

    Gass tar-Raffineriji (mhux likwifikat)

    4.1 — 7.

    Ethane

    4.1 — 8.

    LPG (Gass taż-Żejt mhux Raffinat Likwifikat)

     

    P21

    Prodotti taż-żejt mhux raffinat oħra, inklużi addittivi/ossiġenati u materja prima tar-raffineriji

    4.1 — 4.

    Addittivi/Ossiġenati

    4.1 — 3.

    Materja Prima tar-Raffineriji

    4.1 — 17.

    Spirtu Abjad u SBP

    4.1 — 18.

    Lubrikanti

    4.1 — 19.

    Bitum

    4.1 — 21.

    Kokk taż-Żejt mhux Raffinat

    4.1 — 20.

    Xema' tal-Paraffin

    4.1 — 22.

    Prodotti Oħrajn taż-Żejt

     

    P22

    Fjuwil nukleari

    3.2.1 — 1.1.

    In-Nukleari

     

    P23

    Injam, skart tal-injam u bijomassa solida oħra, faħam tal-kannol

    5.1 — 8.1.

    Faħam tal-Kannol

    5.2.7 — 1.1.

    Injam li jintuża bħala fjuwils, residwi tal-injam u prodotti sekondarji

    5.2.7 — 1.2.

    Likur iswed

    5.2.7 — 1.3.

    Bagasse

    5.2.7 — 1.4.

    Skart tal-annimali

    5.2.7 — 1.5.

    Residwi u materjali veġetali oħra

     

    P24

    Bijofjuwils likwidi

    5.1 — 10.1.

    Bijogażolina

    5.1 — 10.2.

    Bijodiżils

    5.1 — 10.3.

    Pitrolju bijoloġiku għall-ġettijiet

    5.1 — 10.4.

    Bijofjuwils likwidi oħrajn

     

    P25

    Bijogass

    5.2.7 — 2.1.

    Gass mill-miżbliet

    5.2.7 — 2.2.

    Gass mill-effluwent imtajjen tad-drenaġġ

    5.2.7 — 2.3.

    Bijogassijiet oħrajn mill-fermentazzjoni anerobika

    5.2.7 — 3.

    Bijogassijiet minn proċessi termali

     

    P26

    Enerġija elettrika

    3.1.

    Elettriku

     

    P27

    Sħana

    3.1.

    Sħana

    5.1 — 2.

    Enerġija Ġeotermali

    5.1 — 3.

    Enerġija Solari

     

    Residwi ta' Enerġija

     

    Flussi ta' kontenut ta' enerġija f'nonprodotti skartati, mormija jew emessi bħala riżultat ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni, konsum u akkumulazzjoni

    R28

    Skart rinnovabbli

    5.1 — 7.1.

    Skart Muniċipali Rinnovabbli

     

    R29

    Skart mhux rinnovabbli

    5.1 — 6.

    Skart Industrijali (mhux rinnovabbli)

    5.1 — 7.2.

    Skart Muniċipali Mhux Rinnovabbli

     

    R30

    Telf ta' enerġija ta' kull tip (waqt l-estrazzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin u t-trasformazzjoni, u sħana dissipattiva mill-użu aħħari)

     

    Flussi ta' enerġija (prinċipalment fil-forma ta' sħana dissipattiva) skartati, mormija jew emessi fl-ambjent bħala riżultat ta' attivitajiet ekonomiċi

    R31

    Enerġija inkorporata fi prodotti għal użu mhux għall-enerġija

     

    Flussi ta' enerġija inkorporata fi prodotti għal użu mhux għall-enerġija, bħal lubrikanti, bitum


    Top