Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D2366

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2016/2366 tad-19 ta' Diċembru 2016 li tistabbilixxi mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għall-intitolamenti ta' riżorsi proprji u formola għar-rapporti dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati korrispondenti għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014

    C/2016/8448

    ĠU L 350, 22.12.2016, p. 30–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2018; Imħassar b' 32018D0194

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/2366/oj

    22.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 350/30


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2016/2366

    tad-19 ta' Diċembru 2016

    li tistabbilixxi mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għall-intitolamenti ta' riżorsi proprji u formola għar-rapporti dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati korrispondenti għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 6(4) u 13(3) tiegħu,

    Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/245/KE, Euratom (2), tippreskrivi l-arranġamenti għat-trażmissjoni ta' informazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri taħt is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Kummissjoni.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom għandha bażi ġuridika waħda, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 (3). Wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom (4), it-trażmissjoni ta' informazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri hija rregolata minn żewġ Regolamenti tal-Kunsill: Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014 (5) u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014. Huwa għalhekk xieraq li tiġi adottata Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni separat għal kull wieħed minn dawk ir-Regolamenti. Dispożizzjonijiet dwar formoli u mudell għar-rapportar dwar frodi u irregolaritajiet li jaffettwaw l-intitolamenti għar-riżorsi proprji tradizzjonali u dwar l-ispezzjonijiet dwar ir-riżorsi proprji tradizzjonali stabbiliti fid-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom ġew inklużi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2016/2365 (6). Dispożizzjonijiet dwar mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji u formola għar-rapporti dwar l-ammonti irrekuperabbli korrispondenti għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji stabbiliti fid-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom jeħtieġ li jiġu inklużi f'din id-Deċiżjoni.

    (3)

    Il-mudelli jeħtieġ li jkunu definiti għal kull xahar tat-trażmissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-kont “A” u tal-kont “B” sabiex ikunu jistgħu jiġu rrapportati b'mod strutturat.

    (4)

    Il-mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet tal-intitolamenti għar-riżorsi proprji jeħtieġ li jkunu jirrifletti l-aġġustament tar-rata tal-ispejjeż tal-ġbir li l-Istati Membri għandhom iżommu meta jiġbru r-riżorsi proprji tradizzjonali kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom tesiġi li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar id-dipartimenti u l-aġenziji responsabbli għar-rapportar. Huwa meħtieġ li jkun previst li l-Istati Membri wkoll jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil f'dik l-informazzjoni.

    (6)

    Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, id-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom għandha tiġi revokata.

    (7)

    Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jużaw il-formoli kif emendati, b'mod partikolari fir-rigward tar-rata ta' retenzjoni modifikata, kemm jista' jkun malajr, din id-Deċiżjoni jeħtieġ li tidħol fis-seħħ u għandha tapplika mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

    (8)

    Għal raġunijiet ta' konsistenza, din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2016/2365 jeħtieġ li japplikaw mill-istess data.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jużaw il-mudelli li stabbiliti fl-Annessi I, II, III u IV ta' din id-Deċiżjoni biex ifasslu d-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji msemmija fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness V ta' din id-Deċiżjoni biex ifasslu rapporti dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati li jikkorrispondu għal intitolamenti għal riżorsi proprji msemmija fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014. Huma għandhom jittrażmettu dawk ir-rapporti billi jużaw sistema elettronika għall-ġestjoni u l-informazzjoni.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar id-dipartimenti u l-aġenziji responsabbli għat-tfassil u jibgħatu d-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 u r-rapporti msemmija fl-Artikolu 2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw ukoll lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni dwar id-dipartimenti u l-aġenziji.

    Artikolu 4

    Id-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom hija revokata.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 168, 7.6.2014, p. 39.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/245/KE, Euratom tal-20 ta' Marzu 1997 li tippreskrivi l-arranġamenti għat-trażmissjoni ta' informazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri taħt is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Kummissjoni (ĠU L 97, 12.4.1997, p. 12).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom: tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 29).

    (6)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2016/2365 tad-19 ta' Diċembru 2016 li tistabbilixxi formoli għar-rapport dwar frodi u irregolaritajiet li jaffettwaw l-intitolamenti għar-riżorsi proprji tradizzjonali, u dwar spezzjonijiet dwar ir-riżorsi proprji tradizzjonali skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014 (ara l-paġna 24 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


    ANNESS I

    Image Image

    ANNESS II

    Image

    ANNESS III

    Image Image

    ANNESS IV

    Image

    ANNESS V

    Image Image Image Image

    Top