Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1770

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1770 tat-30 ta' Settembru 2016 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1406 u (UE) 2016/1452 (notifikata bid-dokument C(2016) 6102) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/6102

    ĠU L 270, 5.10.2016, p. 9–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/10/2016

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/1770/oj

    5.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 270/9


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1770

    tat-30 ta' Settembru 2016

    dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1406 u (UE) 2016/1452

    (notifikata bid-dokument C(2016) 6102)

    (It-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u salvaġġi u jista' jkollha impatt serju fuq il-profitti tan-negozji tat-trobbija tal-ħnieżer li jisfratta l-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

    (2)

    F'każ ta' tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista' jinxtered ma' rziezet oħra tal-ħnieżer u mal-ħnieżer salvaġġi. B'hekk, jista' jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

    (3)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi l-miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi t-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-każ ta' tifqigħat ta' dik il-marda, fejn għandhom japplikaw il-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva.

    (4)

    Il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni preżenti fit-territorju tagħha fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u, f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbiliet żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fejn japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva.

    (5)

    Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u sabiex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ imposti minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li jiġu ddefiniti fil-livell tal-Unjoni ż-żoni stabbiliti bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza għad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'konformità mad-Direttiva 2002/60/KE fil-Polonja b'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru.

    (6)

    F'Awwissu 2016, seħħet tifqigħa waħda fil-ħnieżer domestiċi fil-powiat moniecki fil-Polonja. Peress li l-Polonja qiegħda tipprovdi evidenza preliminari li din it-tifqigħa hija marbuta ma' attività umana u li hemm indikazzjonijiet li d-deni Afrikan tal-ħnieżer mhux qed jiċċirkola fil-popolazzjoni tal-ħnieżer salvaġġi fiż-żoni kkonċernati, jinħtieġu miżuri speċifiċi minbarra dawk stabbiliti mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4), filwaqt li jitqies li din hija l-ħmistax-il tifqigħa ta' din il-marda fil-ħnieżer tul din is-sena u li dawn it-tifqigħat seħħew f'żoni differenti tal-Polonja li diġà kienu taħt restrizzjoni.

    (7)

    Sabiex jingħata rispons xieraq għal din is-sitwazzjoni b'mod effiċjenti u bi prekawzjoni, huwa importanti li jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi li jirrestrinġu l-moviment tal-annimali u l-prodotti tagħhom fiż-żoni deskritti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Dawn il-miżuri huma ġustifikati minħabba t-tipoloġija tat-tifqigħat irrapportati fil-ħnieżer domestiċi u l-kawżi sottostanti tagħhom.

    (8)

    Minħabba d-distanzi relattivament kbar bejn it-tifqigħat l-aktar reċenti li l-Polonja provviżorjament qed tattribwixxi għall-fattur uman, kif ukoll minħabba d-dejta epidemoloġika reċenti u sabiex jiġu evitati tifqigħat oħrajn, issa huwa meħtieġ u proporzjonat li jiġu koperti reġjuni ferm akbar.

    (9)

    Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom jikkonsistu fl-applikazzjoni tal-miżuri previsti mid-Direttiva 2002/60/KE, b'mod partikolari fir-rigward tal-limitazzjonijiet stretti dwar il-moviment u t-trasport tal-ħnieżer kif previst fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva fiż-żoni deskritti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    (10)

    Għaldaqstant, iż-żoni identifikati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Polonja għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi ffissat it-tul taż-żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni.

    (11)

    Id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1406 (5) u (UE) 2016/1452 (6) jistabbilixxu ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja. Sa mill-adozzjoni tagħhom is-sitwazzjoni epidemjoloġika ta' din il-marda nbidlet, u jeħtieġ li l-miżuri jiġu adattati. Għaldaqstant, għal finijiet ta' ċarezza, id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1406 u (UE) 2016/1452 għandhom jitħassru u jinbidlu b'din id-Deċiżjoni.

    (12)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Polonja għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-7 ta' Ottubru 2016.

    Artikolu 3

    Id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1406 u (UE) 2016/1452 jitħassru.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).

    (4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).

    (5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1406 tat-22 ta' Awwissu 2016 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1367 (ĠU L 228, 23.8.2016, p. 46).

    (6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1452 tat-2 ta' Settembru 2016 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja (ĠU L 237, 3.9.2016, p. 12).


    ANNESS

    Il-Polonja

    Iż-żoni kif imsemmija fl-Artikolu 1

    Id-data sa meta japplikaw

    Żona ta' protezzjoni

    Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

    (a)

    mil-Lvant — mill-fruntiera tat-Tramuntana tal-villaġġ ta' Sanie Dąb lejn in-Nofsinhar fit-triq li tgħaqqad il-villaġġ ta' Sanie Dąb mal-villaġġ ta' Kołaki Kościelne sal-intersezzjoni max-Xmara Dąb, u jkomplu tul ix-Xmara Dąb lejn ix-Xlokk, imbagħad tul ix-xifer tal-foresta fuq il-fruntiera tal-Punent tal-villaġġ ta' Tybory-Olszewo, imbagħad tul it-triq li tgħaqqad il-villaġġ ta' Tybory-Olszewo mal-villaġġ ta' Tybory-Kamianka, imbagħad tul in-naħa tal-Punent tal-villaġġ ta' Tybory-Kamianka sat-triq li tgħaqqad il-villaġġ ta' Tybory-Kamianka mal-villaġġ ta' Jabłonka Kościelna, imbagħad lejn in-Nofsinhar sal-kanal tal-ilma li jgħaqqad l-Għadira Kamianka max-Xmara Jabłonka, imbagħad tul il-kanal tal-ilma sal-estwarju tiegħu għax-Xmara Jabłonka, imbagħad f'linja dritta lejn in-Nofsinhar sal-ġunzjoni tat-triq nru 66 mat-triq li tgħaqqad il-villaġġ ta' Jabłonka Kościelna mal-villaġġ ta' Miodusy-Litwa;

    (b)

    min-Nofsinhar — tul it-triq nru 66 fid-direzzjoni lejn il-Punent sal-intersezzjoni max-Xmara Jabłonka mat-triq nru 66, imbagħad tul il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-villaġġ ta' Faszcze sax-Xmara Jabłonka, aktar lejn il-Punent tul ix-Xmara Jabłonka sal-fruntiera bejn il-villaġġ ta' Wdziękoń Pierwszy u l-villaġġ ta' Wdziękoń Drugi, u mbagħad f'linja dritta lejn it-Tramuntana sat-triq nru 66, imbagħad tul it-triq nru 66 fil-Punent sal-intersezzjoni tal-kanal tal-ilma mat-triq nru 66 fil-linja tal-villaġġ ta' Wdziękoń Pierwszy;

    (c)

    mill-Punent — lejn it-Tramuntana tul il-kanal tal-ilma sax-xifer tal-foresta, ikomplu tul il-fruntiera tal-Lvant tar-riżerva “Grabówka” u mbagħad tul il-fruntiera tal-Lvant tal-foresta sat-triq li tgħaqqad il-villaġġ ta' Grabówka mal-villaġġ ta' Wróble-Arciszewo;

    (d)

    mit-Tramuntana — f'linja dritta lejn il-Lvant sax-Xmara Dąb 'l isfel mill-villaġġ ta' Czarnowo Dąb, imbagħad tul linja dritta lejn il-Lvant tul il-fruntieri tat-Tramuntana tal-villaġġ ta' Sanie Dąb, sat-triq li tgħaqqad il-villaġġ ta' Sanie Dąb mal-villaġġ ta' Kołaki Kościelne.

    Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

    (a)

    mit-Tramuntana — mill-villaġġ ta' Konowały tul it-triq muniċipali sal-intersezzjoni mat-triq Szosa Kruszewska, imbagħad mat-triq Szosa Kruszewska tul il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-foresta sal-ħruġ lejn il-villaġġ ta' Kruszewo;

    (b)

    mill-Punent — madwar il-villaġġ ta' Kruszewo tul il-fruntiera tal-Lvant tal-wied tax-Xmara Narew f'linja mill-villaġġ ta' Waniewo sal-fruntiera mal-powiat wysokomazowiecki;

    (c)

    min-Nofsinhar — mill-fruntiera mal-powiat wysokomazowiecki tul ix-xatt tal-Punent tal-wied tax-Xmara Narew;

    (d)

    mil-Lvant — mix-xatt tal-Punent tal-wied tax-Xmara Narew f'linja dritta sa Topilec-Kolonia, u mbagħad f'linja dritta sal-villaġġ ta' Konowały.

    Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

    (a)

    mit-Tramuntana — mill-intersezzjoni tat-triq nru 63 mat-triq li twassal sal-ħabs f'Czerwony Bór, f'liwja fid-direzzjoni tal-villaġġ ta' Polki Teklin u mbagħad 'il fuq minn dan il-villaġġ sal-intersezzjoni max-Xmara Gać lejn il-fruntiera tal-Lvant tal-għadajjar bil-ħut madwar il-villaġġ ta' Poryte Jabłoń;

    (b)

    mil-Lvant — tul il-fruntiera tal-Lvant tal-għadajjar bil-ħut madwar il-villaġġ ta' Poryte Jabłoń fid-direzzjoni tat-triq li tgħaqqad il-villaġġ ta' Poryte Jabłoń mat-triq nru 66, tul il-fruntiera tal-Punent ta' dan il-villaġġ fid-direzzjoni tat-triq nru 63;

    (c)

    min-Nofsinhar — mit-triq nru 63 'il fuq mill-villaġġ ta' Stare Zakrzewo tul it-triq li tgħaqqad dan il-villaġġ mal-villaġġ ta' Tabędz, imbagħad tul il-fruntieri tal-Punent u tat-Tramuntana ta' dan il-villaġġ;

    (d)

    mill-Punent — f'linja dritta lejn it-Tramuntana sal-fruntiera tal-Punent tal-villaġġ ta' Bacze Mokre, imbagħad mill-fruntiera tal-Punent tal-villaġġ ta' Bacze Mokre f'linja dritta lejn il-Grigal sa fejn tintlaħaq it-triq li twassal sal-ħabs f'Czerwony Bór, imbagħad tul din it-triq sat-triq nru 63.

    Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

    (a)

    mit-Tramuntana — mill-fruntiera tal-powiat wysokomazowiecki, tul il-kanal tal-ilma Brok Mały sal-villaġġ ta' Miodusy Litwa, tul in-naħa tal-Lbiċ tiegħu; imbagħad mill-fruntiera tal-powiat zambrowski fid-direzzjoni tal-villaġġ ta' Krajewo Białe, tul il-fruntiera tan-Nofsinhar ta' dan il-villaġġ, imbagħad tul it-triq fid-direzzjoni tal-villaġġ ta' Stary Skarżyn;

    (b)

    mill-Punent — tul il-fruntiera tal-Punent tal-villaġġ ta' Stary Skarżyn sal-intersezzjoni mal-kanal tal-ilma Brok Mały, fid-direzzjoni tax-Xlokk 'l isfel mill-villaġġ ta' Zaręby-Krztęki sal-fruntieri tal-powiat zambrowski;

    (c)

    min-Nofsinhar — mill-fruntieri tal-powiat zambrowski tul il-kanal tal-ilma li jagħti lejn il-villaġġ ta' Kaczyn-Herbasy;

    (d)

    mil-Lvant — tul it-triq li mill-villaġġ ta' Miodusy-Litwa tgħaddi mill-villaġġ ta' Święck-Nowiny.

    Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

    (a)

    mit-Tramuntana — min-naħa tan-Nofsinhar tal-villaġġ ta' Kierzki fid-direzzjoni tal-Lvant sat-triq nru 671 'il fuq mill-fruntiera tat-Tramuntana tal-villaġġ ta' Czajki;

    (b)

    mil-Lvant — mit-triq nru 671 sal-villaġġ ta' Jabłonowo-Kąty, imbagħad fid-direzzjoni tan-Nofsinhar tul ix-xatt tal-Punent tax-Xmara Awissa; imbagħad lejn it-triq Idźki Średnie — Kruszewo-Brodowo minn naħa tal-Punent tal-villaġġ ta' Kruszewo-Brodowo;

    (c)

    min-Nofsinhar — mit-triq nru 671 fil-linja tal-villaġġ ta' Idźki-Wykno tul it-triq li tgħaqqad il-villaġġ ta' Sokoły mal-villaġġ ta' Jamiołki-Godzieby;

    (d)

    mill-Punent — mill-villaġġ ta' Jamiołki-Godzieby tul ix-xatt tal-Lvant tax-Xmara Ślina sal-villaġġ ta' Jamiołki-Kowale, imbagħad lejn it-Tramuntana mill-villaġġ ta' Stypułki-Borki sat-triq Kierzki — Czajki fin-naħa tal-Lvant tal-villaġġ ta' Kierzki.

    Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

    (a)

    Mil-Lvant — mill-fruntiera tal-belt ta' Bielsk Podlaski, Triq Adam Mickiewicz, tul il-periferija tal-Lvant tal-belt Bielsk Podlaski;

    (b)

    min-Nofsinhar — tul il-periferija tan-Nofsinhar tal-belt Bielsk Podlaski sal-villaġġ ta' Piliki, inkluż il-villaġġ ta' Piliki, u jkomplu f'linja dritta sat-triq nru 66;

    (c)

    mill-Punent — mit-triq nru 66 fid-direzzjoni tal-periferija tal-Punent tal-villaġġ ta' Augustowo, inkluż il-villaġġ ta' Augustowo, mill-villaġġ ta' Augustowo f'linja dritta sal-intersezzjoni bejn il-linja ferrovjarja u t-triq lokali nru. 1575B;

    (d)

    mit-Tramuntana — mill-intersezzjoni tal-linja ferrovjarja u t-triq lokali nru 1575B tul il-periferija tat-Tramuntana tal-belt Bielsk Podlaski sal-fruntiera tal-belt Bielsk Podlaski, Triq Adam Mickiewicz.

    Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

    (a)

    mil-Lvant — mix-Xmara Bug tul il-fruntiera ma' województwo lubelskie sat-triq distrettwali nru 2007 W;

    (b)

    min-Nofsinhar — tul it-triq distrettwali nru 2007 W flimkien mal-villaġġ kollu ta' Borsuki u ż-żona forestali fil-liwja tax-Xmara Bug;

    (c)

    mit-Tramuntana u l-Punent — ix-xmara Bug.

    Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

    (a)

    mil-Lvant — tul il-fruntiera statali mal-Belarussja mix-Xmara Bug sal-linja taż-żona forestali;

    (b)

    mit-Tramuntana — tul il-linja taż-żona forestali mill-fruntiera statali sat-triq li tgħaqqad il-villaġġi ta' Sutno u ta' Niemirów, imbagħad tul din it-triq sal-intersezzjoni mat-triq lokali fid-direzzjoni tan-Nofsinhar;

    (c)

    mill-Punent — tul it-triq lokali fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-intersezzjoni mat-triq li tgħaqqad il-villaġġi ta' Sutno u ta' Niemirów sal-linja tax-Xmara Bug;

    (d)

    min-Nofsinhar — tul il-linja tax-Xmara Bug minn tmiem it-triq lokali li tibda fl-intersezzjoni mat-triq Sutno — Niemirów sal-fruntiera statali.

    Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

    (a)

    mil-Lvant — mill-estwarju tax-Xmara Czyżówka f'linja dritta sax-Xmara Bug fid-direzzjoni tat-Tramuntana;

    (b)

    mit-Tramuntana — tul ix-Xmara Bug sal-fruntiera ma' województwo mazowieckie;

    (c)

    mill-Punent — mix-Xmara Bug fid-direzzjoni tan-Nofsinhar tul it-triq mhix iċċangata sat-tarf tat-Tramuntana tal-foresta Las Konstantynowski, imbagħad sat-triq Gnojno — Konstantynów u tul din it-triq fid-direzzjoni tan-Nofsinhar sat-tarf tan-Nofsinhar tal-foresta, imbagħad tul it-triq mhix iċċangata fid-direzzjoni tal-Lvant lejn il-villaġġ ta' Witoldów u mbagħad sat-triq Konstantynów — Janów Podlaski;

    (d)

    min-Nofsinhar — tul it-triq Konstantynów — Janów Podlaski fid-direzzjoni tal-Lvant tax-Xmara Czyżówka.

    Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

    (a)

    mil-Lvant — mill-villaġġ ta' Stara Bordziłówka tul it-triq lokali fid-direzzjoni tat-Tramuntana, sal-intersezzjoni tat-toroq distrettwali nru 1022 u 1025, u mbagħad tul it-triq nru 1025 sal-villaġġ ta' Nosów;

    (b)

    mit-Tramuntana — mill-villaġġ ta' Nosów tul it-triq distrettwali nru 1024 fid-direzzjoni tal-Punent sal-fruntiera mal-województwo mazowieckie;

    (c)

    mill-Punent — tul il-fruntiera mal-województwo mazowieckie sat-triq lokali f'linja tal-villaġġ ta' Wygnanki;

    (d)

    min-Nofsinhar — mill-fruntiera mal-województwo mazowieckie f'linja tal-villaġġ ta' Wygnanki sat-triq lokali fid-direzzjoni tat-tarf tal-Punent tal-foresta, imbagħad tul it-triq lokali fuq il-fruntiera tat-Tramuntana tal-foresta sat-triq lokali fid-direzzjoni tal-villaġġ ta' Stara Bordziłówka.

    Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

    (a)

    mil-Lvant u n-Nofsinhar — mill-fruntiera mal-województwo lubelskie mit-triq lokali li tgħaqqad il-villaġġi ta' Makarówka u ta' Cełujki, tul il-fruntiera mal-województwo lubelskie sat-triq distrettwali nru 2020 W, u mbagħad tul din it-triq nru 2020 W sal-intersezzjoni mat-triq reġjonali nru 698 fil-villaġġ ta' Wólka Nosowska, inkluż il-villaġġ kollu ta' Wólka Nosowska;

    (b)

    mill-Punent — mill-fruntiera mal-województwo lubelskie tul it-triq lokali li tgħaqqad il-villaġġi ta' Cełujki u ta' Makarówka mal-villaġġ ta' Makarówka, inkluż il-villaġġ kollu ta' Makarówka, imbagħad aktar 'il quddiem fid-direzzjoni tal-Majjistral tul it-triq distrettwali nru 2037 W sal-villaġġ ta' Huszlew, inkluż il-villaġġ kollu ta' Huszlew, imbagħad mill-villaġġ ta' Huszlew tul it-triq distrettwali nru 2034 W sa tmiem il-foresta, imbagħad fid-direzzjoni tal-Lvant tul il-fruntiera tat-Tramuntana tal-foresta, sal-fruntiera tal-Lvant tal-gmina Huszlew, imbagħad fid-direzzjoni tat-Tramuntana tul il-fruntiera tal-Punent tal-foresta sat-triq reġjonali nru 698;

    (c)

    mit-Tramuntana — tul it-triq reġjonali nru 698 minn ġol-villaġġ ta' Rudka sal-villaġġ ta' Stara Kornica, inkluż il-villaġġi ta' Rudka, ta' Stara Kornica u ta' Nowa Kornica, imbagħad tul it-triq reġjonali nru 698 sal-intersezzjoni mat-triq distrettwali nru 2020 W fil-villaġġ ta' Wólka Nosowska.

    Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

    (a)

    mil-Lvant — tul il-fruntiera statali: mit-triq nru 640 sal-linja tal-villaġġ ta' Kolonia Klukowicze;

    (b)

    mit-Tramuntana — mill-fruntiera statali tul it-triq Kolonia Klukowicze — Witoszczyzna, sat-triq Wilanowo — Werpol;

    (c)

    mill-Punent — tul it-triq Werpol — Wilanowo sat-triq nru 640 f'linja tal-intersezzjoni mat-triq Koterka — Tokary;

    (d)

    min-Nofsinhar — mill-villaġġ ta' Koterka tul it-triq nru 640 sal-fruntiera statali.

    Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

    (a)

    mil-Lvant — mill-villaġġ ta' Wólka Nurzecka f'linja dritta fid-direzzjoni tal-fruntiera tal-powiat siemiatycki, imbagħad tul il-fruntiera tal-powiat siemiatycki sax-Xmara Pulwa;

    (b)

    min-Nofsinhar — tul ix-xatt tat-Tramuntana tax-Xmara Pulwa fid-direzzjoni tal-villaġġ ta' Litwinowicze, imbagħad mill-villaġġ ta' Litwinowicze tul it-triq fid-direzzjoni tal-villaġġ ta' Anusin sas-sors tax-Xmara Pulwa;

    (c)

    mill-Punent — mit-triq Litwinowicze — Anusin (f'linja tas-sors tax-Xmara Pulwa) dritt fid-direzzjoni tal-Majjistral sal-villaġġ Siemichocze, imbagħad mill-intersezzjoni tat-toroq Anusin — Siemichocze fid-direzzjoni tat-Tramuntana sat-triq Tymianka — Nurzec, jaqsmu t-triq 1 km 'il bogħod mill-villaġġ ta' Nurzec Kolonia;

    (d)

    mit-Tramuntana — mit-triq Tymianka — Nurzec f'linja dritta sal-villaġġ ta' Wólka Nurzecka.

    Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:

    (a)

    mil-Lvant — mill-villaġġ ta' Kolonia Budy f'linja dritta sal-villaġġ ta' Sokoli Gród, imbagħad f'direzzjoni tan-Nofsinhar sat-triq lokali li tgħaqqad il-villaġġi ta' Kulesze u ta' Wilamówka;

    (b)

    min-Nofsinhar — tul it-triq lokali sal-villaġġ ta' Wilamówka, imbagħad f'linja dritta fid-direzzjoni tal-Punent, sal-villaġġ ta' Olszowa Droga;

    (c)

    mill-Punent — tul ix-xatt tal-Lvant tax-Xmara Biebrza fid-direzzjoni tat-Tramuntana sal-fruntiera tan-Nofsinhar tal-kumpless Osowiec Twierdza;

    (d)

    mit-Tramuntana — mill-fruntiera tan-Nofsinhar tal-kumpless Osowiec Twierdza tul it-triq Carska Droga, imbagħad fid-direzzjoni tax-Xlokk sal-villaġġ ta' Kolonia Budy.

    Is-7 ta' Ottubru 2016

    Żona ta' sorveljanza

    Iż-żona indikata hawn taħt:

     

    Fil-województwo podlaskie:

    il-powiat hajnówka,

    il-powiat białostocki,

    il-powiat bielski,

    il-powiat grajewski,

    il-powiat łomżyński,

    il-powiat M. Białystok,

    il-powiat M. Łomża,

    il-powiat moniecki,

    il-powiat wysokomazowiecki,

    il-powiat zambrowski,

    il-powiat siemiatycki.

     

    Fil-województwo mazowieckie:

    il-gminy ta' Rzekuń, Troszyn, Czerwin u Goworowo fil-powiat ostrołęcki,

    il-gminy ta' Korczew, Przesmyki, Paprotnia, Suchożebry, Mordy, Siedlce u Zbuczyn fil-powiat siedlecki,

    il-powiat M. Siedlce,

    il-gminy ta' Ceranów, Jabłonna Lacka, Sterdyń u Repki fil-powiat sokołowski,

    il-powiat łosicki,

    il-powiat ostrowski.

     

    Fil-województwo lubelskie:

    il-powiat bialski.

    Is-7 ta' Ottubru 2016


    Top