This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1446
Council Implementing Decision (CFSP) 2016/1446 of 31 August 2016 implementing Decision 2013/798/CFSP concerning restrictive measures against the Central African Republic
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1446 tal-31 ta' Awwissu 2016 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1446 tal-31 ta' Awwissu 2016 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana
ĠU L 235, 1.9.2016, p. 13–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 235/13 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1446
tal-31 ta' Awwissu 2016
li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2c tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK. |
(2) |
Fit-23 ta' Awwissu 2016, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2127 (2013), żied żewġ persuni fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, kif ukoll aġġorna l-informazzjoni relattiva għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi. |
(3) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Awwissu 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
(1) ĠU L 352, 24.12.2013, p. 51.
ANNESS
I |
L-entrati li ġejjin ġew miżjuda mal-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK: A. Persuni
|
II |
L-informazzjoni li ġejja dwar l-entrata Oumar Younous Abdoulay, l-entrata numru 6 fl-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK, tiżdied taħt “Informazzjoni oħra”: “Allegatament miet fil-11 ta' Ottubru 2015.” |