This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0942
Commission Implementing Decision (EU) 2016/942 of 30 May 2016 on the clearance of the accounts of the paying agencies of Member States concerning expenditure financed by the European Agricultural Fund for Rural Development (EAFRD) for the 2015 financial year (notified under document C(2016) 3238)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/942 tat-30 ta' Mejju 2016 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2015 (notifikata bid-dokument C(2016) 3238)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/942 tat-30 ta' Mejju 2016 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2015 (notifikata bid-dokument C(2016) 3238)
C/2016/3238
ĠU L 155, 14.6.2016, p. 37–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
14.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/37 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/942
tat-30 ta' Mejju 2016
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2015
(notifikata bid-dokument C(2016) 3238)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 51 tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Istati Membri, u li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet, opinjoni ta' verifika dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet u tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta' ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, is-sena finanzjarja agrikola tibda fis-16 ta' Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta' Ottubru tas-sena N. Meta jiġu approvati l-kontijiet għas-sena finanzjarja 2015, sabiex jiġi allinjat il-perjodu ta' referenza għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) ma' dak tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (il-FAEG) għandha titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta' Ottubru 2014 u l-15 ta' Ottubru 2015, kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (2). |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-perjodu ta' programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali 2014-2020. In-nefqa mġarrba fil-perjodu bejn is-16 ta' Ottubru 2014 u l-31 ta' Diċembru 2015 u relatata mal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 se tkun soġġetta għal deċiżjoni ta' approvazzjoni wara t-30 ta' Ġunju 2016, kif previst fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. |
(4) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru jew jitħallsu lilu, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(1) ta' dak ir-Regolament, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-pagamenti intermedji għas-sena finanzjarja kkonċernata min-nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena skont l-Artikolu 33(1). Il-Kummissjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-pagament intermedju li jkun imiss jew iżżidu miegħu. |
(5) |
Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni li ressqu l-Istati Membri u sat-30 ta' April 2016 ikkomunikat ir-riżultati tal-verifiki tagħha lill-Istati Membri flimkien mal-emendi meħtieġa. |
(6) |
Għal ċerti aġenziji tal-pagamenti, il-kontijiet annwali u d-dokumenti mehmuża jippermettu li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqa. |
(7) |
L-informazzjoni mressqa minn ċerti aġenziji tal-pagamenti oħra teħtieġ li jsir aktar stħarriġ u għalhekk il-kontijiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f'din id-Deċiżjoni. |
(8) |
Skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni tista' tnaqqas jew tissospendi temporanjament il-pagamenti interim lill-Istati Membri. Din għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar dan. Hija u tadotta din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tqis l-ammonti mnaqqsa jew sospiżi sabiex tevita li tagħmel xi pagament mhux xieraq jew mhux f'waqtu jew li tħallas lura ammonti li aktar tard jistgħu jkunu soġġetti għal aġġustament finanzjarju. |
(9) |
L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jeħtieġ li mal-kontijiet annwali li jridu jressqu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, l-Istati Membri jehmżu wkoll tabella ċċertifikata li tirrifletti l-ammonti li jridu jġarrbu skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistipula l-mudell tat-tabella li l-Istati Membri għandhom jużaw biex jipprovdu informazzjoni dwar l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati fl-2016. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta' nuqqas ta' rkupru tal-irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba' jew tmien snin, rispettivament. |
(10) |
Skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru jekk ikollhom raġunijiet iġġustifikati kif imiss. Din id-deċiżjoni tista' tittieħed biss jekk it-total tal-ispejjeż li jkunu ġġarrbu diġà u ta' dawk li x'aktarx jiġġarrbu, ikun jaqbeż l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru ma jkunx jista' jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba' snin mid-data tat-talba ta' rkupru, jew fi żmien tmien snin qabel l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji min-nuqqas tal-irkupru għandhom jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni. L-ammonti li għalihom Stat Membru partikolari ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni tiegħu għandhom ikunu inklużi fir-rapport ta' sinteżi msemmi fl-Artikolu 54(4) flimkien mal-punt (c)(iv) tal-Artikolu 102(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Għaldaqstant, l-Istati Membri kkonċernati ma għandhomx jagħmlu tajjeb għal dawn l-ammonti u minflok għandhom jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni. |
(11) |
Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, din id-Deċiżjoni hija bla preġudizzju għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni tista' tieħu sussegwentament biex teskludi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret skont ir-regoli tal-Unjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Bl-eċċezzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 2, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) dwar is-sena finanzjarja 2015 u relatati mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, huma b'dan approvati.
L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn kull Stat Membru jew li jitħallsu lilu skont kull programm ta' żvilupp rurali skont din id-Deċiżjoni, huma stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 2
Għas-sena finanzjarja 2015, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri dwar in-nefqa għall-programm tal-iżvilupp rurali ffinanzjata mill-FAEŻR relatata mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 kif stabbiliti fl-Anness II, mhumiex koperti minn din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu soġġetti għal deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet fil-ġejjieni.
Artikolu 3
L-ammonti li jridu jitħallsu mill-Istati Membri li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 huma stabbiliti fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija bla preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità possibbli li l-Kummissjoni tista' tieħu fil-ġejjieni skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biex teskludi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret skont ir-regoli tal-Unjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).
ANNESS I
NEFQA TAL-FAEŻR APPROVATA MILL-PROGRAMM TAL-IŻVILUPP RURALI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2015
Ammont għal kull programm li għandu jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru jew imħallas lilu
Programmi approvati bin-nefqa ddikjarata għall-FAEŻR 2014-2020
(F'Euro) |
||||||||
SM |
CCI |
Nefqa 2015 |
Korrezzjonijiet |
Total |
Ammonti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw |
Ammont aċċettat u approvat għas-sena finanzjarja 2015 |
Pagamenti interim rimborżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja |
Ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru (–) jew imħallas lill-Istat Membru (+) |
|
|
i |
ii |
iii = i + ii |
iv |
v = iii – iv |
vi |
vii = v – vi |
AT |
2014AT06RDNP001 |
381 310 898,63 |
0,00 |
381 310 898,63 |
0,00 |
381 310 898,63 |
381 361 903,88 |
– 51 005,25 (*) |
BE |
2014BE06RDRP001 |
25 824 568,05 |
0,00 |
25 824 568,05 |
0,00 |
25 824 568,05 |
25 824 519,99 |
48,06 |
CZ |
2014CZ06RDNP001 |
165 754 969,31 |
0,00 |
165 754 969,31 |
0,00 |
165 754 969,31 |
192 471 958,06 |
– 26 716 988,75 |
DE |
2014DE06RDRP003 |
69 343 628,07 |
0,00 |
69 343 628,07 |
0,00 |
69 343 628,07 |
69 344 016,91 |
– 388,84 |
DE |
2014DE06RDRP004 |
145 877 031,79 |
0,00 |
145 877 031,79 |
0,00 |
145 877 031,79 |
145 877 031,80 |
– 0,01 |
DE |
2014DE06RDRP010 |
16 005 787,32 |
0,00 |
16 005 787,32 |
0,00 |
16 005 787,32 |
16 005 787,32 |
0,00 |
DE |
2014DE06RDRP015 |
12 294 259,14 |
0,00 |
12 294 259,14 |
0,00 |
12 294 259,14 |
12 294 259,14 |
0,00 |
DE |
2014DE06RDRP019 |
22 260 981,16 |
0,00 |
22 260 981,16 |
0,00 |
22 260 981,16 |
22 260 981,16 |
0,00 |
DE |
2014DE06RDRP020 |
690 939,74 |
0,00 |
690 939,74 |
0,00 |
690 939,74 |
690 939,74 |
0,00 |
DE |
2014DE06RDRP021 |
21 179 649,99 |
0,00 |
21 179 649,99 |
0,00 |
21 179 649,99 |
21 179 657,44 |
– 7,45 |
DE |
2014DE06RDRP023 |
531 180,02 |
0,00 |
531 180,02 |
0,00 |
531 180,02 |
531 180,01 |
0,01 |
DK |
2014DK06RDNP001 |
2 689 075,24 |
0,00 |
2 689 075,24 |
0,00 |
2 689 075,24 |
2 696 105,67 |
– 7 030,43 |
EE |
2014EE06RDNP001 |
35 181 403,94 |
0,00 |
35 181 403,94 |
0,00 |
35 181 403,94 |
35 181 411,29 |
– 7,35 |
ES |
2014ES06RDRP002 |
6 519 362,16 |
0,00 |
6 519 362,16 |
0,00 |
6 519 362,16 |
6 519 364,35 |
– 2,19 |
ES |
2014ES06RDRP006 |
6 691 192,15 |
0,00 |
6 691 192,15 |
0,00 |
6 691 192,15 |
6 691 190,86 |
1,29 |
ES |
2014ES06RDRP008 |
6 878 585,48 |
0,00 |
6 878 585,48 |
0,00 |
6 878 585,48 |
6 878 585,02 |
0,46 |
ES |
2014ES06RDRP009 |
190 411,31 |
0,00 |
190 411,31 |
0,00 |
190 411,31 |
190 411,31 |
0,00 |
FI |
2014FI06RDRP001 |
428 149 136,49 |
0,00 |
428 149 136,49 |
0,00 |
428 149 136,49 |
428 151 198,81 |
– 2 062,32 |
FI |
2014FI06RDRP002 |
2 399 619,93 |
0,00 |
2 399 619,93 |
0,00 |
2 399 619,93 |
2 399 488,31 |
131,62 |
HR |
2014HR06RDNP001 |
54 740 205,68 |
0,00 |
54 740 205,68 |
0,00 |
54 740 205,68 |
54 723 353,56 |
16 852,12 |
IE |
2014IE06RDNP001 |
377 083 584,62 |
0,00 |
377 083 584,62 |
0,00 |
377 083 584,62 |
377 083 558,84 |
25,78 |
IT |
2014IT06RDRP007 |
8 784 801,71 |
0,00 |
8 784 801,71 |
0,00 |
8 784 801,71 |
8 784 801,71 |
0,00 |
IT |
2014IT06RDRP011 |
4 562 792,61 |
0,00 |
4 562 792,61 |
0,00 |
4 562 792,61 |
4 562 792,73 |
– 0,12 |
IT |
2014IT06RDRP014 |
5 306 212,36 |
0,00 |
5 306 212,36 |
0,00 |
5 306 212,36 |
5 306 212,34 |
0,02 |
LT |
2014LT06RDNP001 |
39 557 009,30 |
0,00 |
39 557 009,30 |
0,00 |
39 557 009,30 |
39 561 467,01 |
– 4 457,71 |
LU |
2014LU06RDNP001 |
11 671 087,56 |
0,00 |
11 671 087,56 |
0,00 |
11 671 087,56 |
12 223 285,00 |
– 552 197,44 |
LV |
2014LV06RDNP001 |
55 866 391,67 |
0,00 |
55 866 391,67 |
0,00 |
55 866 391,67 |
55 866 391,67 |
0,00 |
NL |
2014NL06RDNP001 |
28 548 767,47 |
0,00 |
28 548 767,47 |
0,00 |
28 548 767,47 |
28 565 642,25 |
– 16 874,78 |
PL |
2014PL06RDNP001 |
82 487 087,18 |
0,00 |
82 487 087,18 |
0,00 |
82 487 087,18 |
174 360 864,74 |
– 91 873 777,56 (*) |
PT |
2014T06RDRP001 |
19 570 366,84 |
0,00 |
19 570 366,84 |
0,00 |
19 570 366,84 |
19 570 366,80 |
0,04 |
PT |
2014PT06RDRP002 |
242 730 181,50 |
0,00 |
242 730 181,50 |
0,00 |
242 730 181,50 |
242 730 181,50 |
0,00 |
SI |
2014SI06RDNP001 |
31 096 838,46 |
0,00 |
31 096 838,46 |
0,00 |
31 096 838,46 |
31 096 834,45 |
4,01 |
SK |
2014SK06RDNP001 |
62 340 494,57 |
0,00 |
62 340 494,57 |
0,00 |
62 340 494,57 |
62 340 529,87 |
– 35,30 |
UK |
2014UK06RDRP001 |
331 363 762,48 |
0,00 |
331 363 762,48 |
0,00 |
331 363 762,48 |
331 377 679,49 |
– 13 917,01 |
UK |
2014UK06RDRP002 |
36 460 281,62 |
0,00 |
36 460 281,62 |
0,00 |
36 460 281,62 |
36 444 974,33 |
15 307,29 |
UK |
2014UK06RDRP003 |
150 987 082,94 |
– 40 670,17 |
150 946 412,77 |
0,00 |
150 946 412,77 |
151 215 460,52 |
– 269 047,75 |
(*) L-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-kontijiet trid tqis kull operazzjoni finanzjarja li l-Kummissjoni diġà wettqet dwar dan il-bilanċ.
ANNESS II
APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI
SENA FINANZJARJA 2015 — FAEŻR
Lista tal-Aġenziji tal-Pagamenti u tal-programmi li l-kontijiet tagħhom huma diżassoċjati u għalhekk huma soġġetti għal deċiżjoni tal-approvazzjoni aktar tard
Stat Membru |
Aġenzija tal-Pagamenti |
Programm |
Il-Belġju |
Région Wallonne |
2014BE06RDRP002 |
Il-Ġermanja |
Mecklenburg-Vorpommern |
2014DE06RDRP011 |
Spanja |
Organismo pagador de la Comunidad Autónoma del Principado de Asturias |
2014ES06RDRP003 |
Consejería de Agricultura, Ganadería y Medio Ambiente del Gobierno de La Rioja |
2014ES06RDRP016 |
|
Franza |
Office du Développement Agricole et Rural de Corse (ODARC) |
2014FR06RDRP094 |
Agence de Services et de Paiement (ASP) |
2014FR06RDRP006 2014FR06RDRP011 2014FR06RDRP021 2014FR06RDRP024 2014FR06RDRP025 2014FR06RDRP026 2014FR06RDRP031 2014FR06RDRP042 2014FR06RDRP043 2014FR06RDRP052 2014FR06RDRP053 2014FR06RDRP054 2014FR06RDRP072 2014FR06RDRP073 2014FR06RDRP082 2014FR06RDRP083 2014FR06RDRP091 2014FR06RDRP093 |
|
L-Iżvezja |
Statens jordbruksverk (SJV) |
2014SE06RDNP001 |
ANNESS III
APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI
SENA FINANZJARJA 2015 — FAEŻR
Korrezzjonijiet skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013
Stat Membru |
Munita |
Fil-munita nazzjonali |
F'Euro |
AT |
EUR |
— |
— |
BE (*) |
EUR |
182,53 |
182,53 |
BG |
BGN |
— |
— |
CY |
EUR |
— |
— |
CZ |
CZK |
11 608,23 |
429,50 |
DE (*) |
EUR |
15 423,04 |
15 423,04 |
DK |
DKK |
508 055,31 |
68 079,41 |
EE |
EUR |
25 072,89 |
25 072,89 |
ES (*) |
EUR |
129 359,14 |
129 359,14 |
FI |
EUR |
12 095,83 |
12 095,83 |
FR (*) |
EUR |
— |
— |
GB |
GBP |
27 682,77 |
37 703,93 |
GR |
EUR |
34 527,08 |
34 527,08 |
HU |
HUF |
38 935 496,00 |
116 806,49 |
IE |
EUR |
68 731,48 |
68 731,48 |
IT |
EUR |
124 824,58 |
124 824,58 |
LT |
LTL |
— |
— |
LU |
EUR |
— |
— |
LV |
EUR |
8 157,44 |
8 157,44 |
MT |
EUR |
861,21 |
861,21 |
NL |
EUR |
— |
— |
PL |
PLN |
1 302 207,30 |
306 018,72 |
PT |
EUR |
65 597,17 |
65 597,17 |
RO |
RON |
4 631,80 |
1 023,63 |
SE (*) |
SEK |
— |
— |
SI |
EUR |
16 900,12 |
16 900,12 |
SK |
EUR |
24,88 |
24,88 |
(*) Fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti li għalihom il-kontijiet huma diżassoċjati, it-tnaqqis kif stipulat fl-Artikolu 54(2) għandu jiġi applikat ladarba l-kontijiet ikunu proposti għall-approvazzjoni.