Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0397

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/397 tas-16 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/312/UE li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa (notifikata bid-dokument C(2016) 1510) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/1510

    ĠU L 73, 18.3.2016, p. 100–106 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/397/oj

    18.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 73/100


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/397

    tas-16 ta' Marzu 2016

    li temenda d-Deċiżjoni 2014/312/UE li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa

    (notifikata bid-dokument C(2016) 1510)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

    Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/312/UE (2) li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa. Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2014/312/UE, saret reġistrazzjoni bħala sottomissjoni konġunta lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) minn DPx Fine Chemicals Austria GmbH, LSR Associates Ltd u Novasol S.A. Dak id-dossier ta' reġistrazzjoni li fih awtoklassifikazzjoni riveduta għal promotur tal-adeżjoni u aġent tar-retikolazzjoni importanti, l-aċidu adipiku diidrażid (ADH). Dik is-sottomissjoni indikat li l-ADH kien awtoklassifikat bħala perikoluż għall-ambjent akkwatiku (il-Kategorija Kronika 2) bid-dikjarazzjoni ta' periklu assoċjata H411 (Tossiku għall-ħajja akkwatika b'effetti li jdumu). L-ADH jinsab f'dispersjonijiet tal-polimeri użati ta' spiss f'formulazzjonijiet taż-żebgħa u l-verniċi bbażati fuq l-ilma, u jtawwal il-ħajja tal-prodotti. Iż-żebgħa b'ħajja mtawla għandha impatt ambjentali globali aktar baxx tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha għax ikun hemm inqas ħtieġa li terġa' tingħata ż-żebgħa. Skont l-informazzjoni disponibbli, fis-suq għad m'hemmx alternattivi effiċjenti u effettivi ugwalment. Għaldaqstant jeħtieġ li tingħata deroga mill-kriterju 5 tad-Deċiżjoni 2014/312/UE għall-użu tal-ADH fiż-żebgħa u l-verniċ li jkunu ngħataw l-Ekotikketta meta ma jkunx fattibbli teknikament li jintużaw materjali alternattivi għax il-prodott taż-żebgħa ma jkunx jagħti l-livell meħtieġ ta' funzjonalità lill-konsumatur.

    (2)

    Barra minn hekk, sustanza oħra, il-Metanol, għandha tossiċità akuta tal-klassifikazzjonijiet armonizzati CLP (il-Kategorija 3) bid-dikjarazzjonijiet ta' periklu assoċjati H301 (Tossiku jekk jinbela'), H311 (Tossiku meta jmiss mal-ġilda) u H331 (Tossiku jekk jinxtamm), u għandha tossiċità speċifika tal-organu mira wara esponiment wieħed (il-Kategorija 1) bid-dikjarazzjoni ta' periklu assoċjata H370 (Jagħmel ħsara lill-organi) u jinsab bħala residwu f'dispersjonijiet tal-polimeri użati fiż-żebgħa u l-verniċ. Il-Metanol jista' joriġina bħala prodott ta' reazzjoni jew impurità minn għadd ta' materji primi f'dispersjonijiet tal-polimeri u l-kontenut tiegħu jiddependi fuq il-kontenut ta' legant taż-żebgħa. Għaldaqstant f'ħafna każijiet jaqbeż il-limitu attwali stabbilit għar-residwi fid-Deċiżjoni 2014/312/UE. Dawk il-materji primi jintużaw biex jinkisbu proprjetajiet importanti taż-żebgħa, bħal pereżempju ż-żieda tal-prestazzjoni għall-għorik waqt il-ħasil, li huwa rekwiżit tal-Ekotikketta tal-UE. Barra minn hekk, dawn il-proprjetajiet jikkontribwixxu għal żieda fid-durabbiltà taż-żebgħa li jwassal għal impatt ambjentali globali mnaqqas tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha għax ikun hemm inqas ħtieġa li terġa' tingħata ż-żebgħa. Dawk il-klassifikazzjonijiet tal-ADH u l-Metanol bħalissa jipprevjenu għadd sinifikanti ta' żebgħat u verniċi li kienu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/543/KE (4) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/544/KE (5) milli tiġġeddilhom il-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE, skont l-informazzjoni tas-suq sottomessa mid-detenturi tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Għaldaqstant jeħtieġ li tingħata deroga mill-kriterju 5 tad-Deċiżjoni 2014/312/UE għall-użu tal-Metanol fiż-żebgħa u l-verniċ li jkunu ngħataw l-Ekotikketta meta ma jkunx fattibbli teknikament li jiġu sostitwiti l-materji primi funzjonali li jistgħu jwasslu għall-preżenza tal-Metanol fil-prodott.

    (3)

    Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2014/312/UE, preżervattiv b'saff niexef importanti għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra, 3-ijodo-2-propinil butilkarbamat (IPCB), ingħata l-klassifikazzjoni armonizzata CLP bħala perikoluż għall-ambjent akkwatiku (il-Kategorija Akuta 1) bid-dikjarazzjoni ta' periklu assoċjata H400 (Tossiku ħafna għall-organiżmi akwatiċi) u bħala perikoluż għall-ambjent akkwatiku (Kategorija Kronika 1) bid-dikjarazzjoni ta' periklu assoċjata H410 (Tossiku ħafna għall-organiżmi akwatiċi b'mod li jħalli effetti dejjiema). Dak il-preżervattiv jintuża fi prodotti maħsuba biex jintużaw barra, speċjalment fi klimi umdi, biex jevita t-tkabbir mikrobiku. Meta ġiet adottata dik id-Deċiżjoni, il-funzjoni essenzjali tiegħu u n-nuqqas ta' sostituti kienu magħrufa u għalhekk il-preżenza tiegħu f'żebgħa bl-Ekotikketta tal-UE kien permess b'deroga. Madanakollu, il-klassifikazzjoni armonizzata l-ġdida fil-prodott finali li qed jiġi klassifikat bħala perikoluż għall-ambjent akkwatiku (il-Kategorija Kronika 3) b'rekwiżit ta' tikketta li turi d-dikjarazzjoni ta' periklu assoċjata H412 (Jagħmel ħsara lill-organiżmi akwatiċi b'mod li jħalli effetti dejjiema) meta l-IPBC ikun preżenti f'konċentrazzjoni li taqbez iż-0,25 % w/w. Bħalissa d-Deċiżjoni 2014/312/UE tipprojbixxi l-klassifikazzjoni finali ta' prodott bħala perikoluż għall-ambjent akkwatiku anki jekk il-limitu ta' konċentrazzjoni massima għall-użu tal-IPCB jkun 0,65 %. Sabiex l-IPCB ikun jista' jintuża fi prodotti taż-żebgħa bil-konċentrazzjoni rikjesta sa 0,65 %, jeħtieġ li jkun permess it-tikkettar tal-prodott finali b'H412.

    (4)

    Għal raġunijiet ta' konsistenza u abbażi tad-definizzjoni speċifikata fil-punt (20) tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2014/312/UE, meta “trasparenti” u “semitrasparenti” huma sinonimi, it-test tal-kriterju 3(a) u r-referenza assoċjata fit-tabella 2 għandhom jiġu emendati.

    (5)

    Il-kriterju 5 u l-entrati 1(a), (b) u (c) tal-Appendiċi tad-Deċiżjoni 2014/312/UE għamlu restrizzjonijiet fuq l-użu ta' preżervattivi u stabbilew regoli għalihom b'referenza għall-istatus tagħhom f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), li jistabbilixxi s-sistema tal-Unjoni għall-approvazzjoni ta' sustanzi attivi f'tipi speċifiċi ta' prodotti bijoċidi. Sabiex jiġi żgurat li dawn ir-restrizzjonijiet u r-regoli jkunu konsistenti u armonizzati mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għandhom isiru kjarifiki fid-Deċiżjoni 2014/312/UE fejn jidħlu l-aspetti li ġejjin: (a) Id-definizzjonijiet ta' “preżervattivi ta' ġol-bottijiet” u “preżervattivi b'saff niexef” għandhom ikunu b'referenza għall-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012; (b) Għandu jiġi ċċarat li fil-punt 1 tal-Appendiċi, ir-regoli u l-kundizzjonijiet b'rabta mal-preżervattivi ġol-bottijiet u l-preżervattivi b'saff niexef għandhom japplikaw għal sustanzi attivi li qed jiġu eżaminati għall-approvazzjoni jew li ġew approvati biex jintużaw f'tipi ta' prodott bijoċidi speċifiċi, u li għalihom jistgħu japplikaw kundizzjonijiet ta' approvazzjoni; (c) Ir-referenza għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) fil-punt 1 tal-Appendiċi għandha titneħħa għax din id-Direttiva issa tħassret; (d) Fir-rekwiżiti ta' verifika stabbiliti fl-Appendiċi 1(a), (b) u (c), ir-referenza għall-Artikolu 58(3) fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 għandha titħassar għax din tirreferi għal każijiet speċifiċi biss.

    (6)

    Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2014/312/UE għandha tiġi emendata skont dan.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2014/312/UE hija emendata kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 2, id-definizzjoni ta' “preżervattivi ta' ġol-bottijiet” u “preżervattivi b'saff niexef” fil-punti (10) u (11) jinbidlu kif ġej:

    “(10)

    ‘Preżervattivi ta' ġol-bottijiet’ huma sustanzi attivi fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) li jintużaw fit-tip ta' prodott 6 kif deskritt fl-Anness V ta' dak ir-Regolament. Dawn jintużaw b'mod partikolari biex jiġu priżervati l-prodotti manifatturati waqt il-ħażna bil-kontroll tad-deterjoment mikrobiku biex ikun żgurat iż-żmien tal-ħżin tagħhom u jintużaw għall-preżervazzjoni tal-ilwien li jitferrxu bil-magni.

    (11)

    ‘Preżervattivi b'saff niexef’ huma sustanzi attivi fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 li jintużaw fit-tip ta' prodott 7 kif deskritt fl-Anness V ta' dak ir-Regolament, b'mod partikolari għall-preżervazzjoni ta' saffi jew kisjiet bil-kontroll tad-deterjoment mikrobiku jew tat-tkabbir tal-alga biex jitħarsu l-proprjetajiet inizjali tal-wiċċ tal-materjali jew tal-oġġetti;

    (*)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).”"

    (2)

    L-Anness huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Marzu 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Karmenu VELLA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/312/UE tat-28 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa (ĠU L 164, 3.6.2014, p. 45).

    (3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/543/KE tat-13 ta' Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 27).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/544/KE tat-13 ta' Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta' ġewwa (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 39).

    (6)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

    (7)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).


    ANNESS

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/312/UE huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fil-kriterju 3(a) “Ir-rata ta' tixrid”, il-ħames paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Iż-żebgħa opaka tal-ewwel passata għandu jkollha rata ta' tixrid ta' mill-inqas 8 m2 għal kull litru tal-prodott. Iż-żebgħa opaka tal-ewwel passata li jkollha karatteristiċi speċifiċi sabiex tibblokka/tissiġilla, tippenetra/tgħaqqad u ż-żebgħa tal-ewwel passata li jkollha karatteristiċi speċjali ta' adeżjoni għandu jkollhom rata ta' tixrid ta' mill-inqas 6 m2 għal kull litru tal-prodott.”

    (2)

    fil-kriterju 3 (Effiċjenza fl-użu), it-Tabella 2, fit-tmien u d-disa' kolonni li jirreferu għal “Żebgħa tal-ewwel passata (g)” u “Żebgħa ta' taħt u żebgħa tal-ewwel passata (h)” it-test “6 m2/L (mingħajr opaċità)” jinbidel fiż-żewġ kolonni b'dan li ġej: “6 m2/L (mingħajr karatteristiċi speiċifiċi)”.

    (3)

    L-Appendiċi huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-Lista tar-Restrizzjonijiet u tad-Derogi Applikabbli għas-Sustanzi Perikolużi, l-entrata “1. Preżervattivi miżjudin mas-sustanzi li jagħtu l-kulur, mal-aġenti li jgħaqqdu u mal-prodott finali”, it-taqsima “(i) Regoli dwar l-istatus ta' awtorizzazzjoni tal-bijoċidi” tinbidel b'li ġej:

    “(i)   Regoli dwar l-istatus ta' awtorizzazzjoni tal-preżervattivi

    Il-formulazzjoni taż-żebgħa għandha tinkludi biss sustanzi attivi (fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012) li jissodisfaw ir-rekwiżiti li hemm f'1a, 1b u 1c (kif applikabbli) u li jkunu approvati f'konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-użu fi prodotti tat-tip 6 fil-każ ta' 1a u 1b jew tat-tip ta' prodott 7 fil-każ ta' 1c, jew li hemm fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. Barra minn hekk, fir-Rapport ta' Valutazzjoni kellha tingħata valutazzjoni tar-riskju għall-użu professjonali u mill-konsumaturi (mhux professjonali). L-applikanti għandhom jikkonsultaw il-lista tal-aktar sustanzi attivi approvati attwali tal-UE (*) u l-Anness I ta' dak ir-Regolament.

    Il-formulazzjonijiet taż-żebgħa jista' jkun fihom preżervattivi li għalihom ikun ġie sottomess dossier u li jkun għad qed isirilhom eżami sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-approvazzjoni fil-perjodu interim sal-adozzjoni ta' deċiżjoni pożittiva biex tkun approvata s-sustanza attiva jew biex tiġi inkluża fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    (*)  L-ECHA, Sustanzi attivi bijoċidali — lista ta' sustanzi attivi approvati, http://www.echa.europa.eu/web/guest/information-on-chemicals/biocidal-active-substances”"

    (b)

    fil-Lista tar-Restrizzjonijiet u tad-Derogi Applikabbli għas-Sustanzi Perikolużi, l-entrati “1(a) Preżervattivi ta' ġol-bottijiet” u “1(b) Preżervattivi użati fil-magni tal-lewn (is-sustanzi li jagħtu l-kulur)” jinbidlu b'li ġej:

    “(a)

    Il-preżervattivi ta' ġol-bottijiet

    Applikabbiltà:

    Il-prodotti kollha sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor

    Il-preżervattivi ta' ġol-bottijiet ikklassifikati fost dawn il-klassifikazzjonijiet ta' periklu b'deroga jistgħu jintużaw fi prodotti bl-Ekotikketta:

    Il-klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H331 (R23), H400 (R50), H410 (R50/53), H411 (R51/53), H412 (R52/53), H317 (R43)

    Il-preżervattivi ta' ġol-bottijiet ikklassifikati ma' dawn il-klassifikazzjonijiet b'deroga għandhom jissodisfaw ukoll dawn il-kundizzjonijiet tad-deroga:

    L-għadd totali tal-konċentrazzjoni ma għandux jaqbeż iż-0,060 % w/w

    Is-sustanzi kklassifikati bħala H400 (R50) u/jew H410 (R50/53) għandhom ikunu non-bijoakkumulattivi. Is-sustanzi non-bijoakkumulattivi għandu jkollhom Log Kow ≤ 3,2 jew Fattur ta' Bijokonċentrazzjoni (BCF) ≤ 100.

    Għal dawk is-sustanzi approvati għall-użu jew inklużi fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għandha tiġi pprovduta evidenza li qed jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni għall-prodott taż-żebgħa.

    Meta jintużaw preżervattivi li huma donaturi tal-formaldeid, il-kontenut u l-emissjonijiet tal-formaldeid mill-prodott finali jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-restrizzjoni tas-sustanzi 7(a)

    Il-preżervattivi ta' ġol-bottijiet

    L-għadd totali fil-prodott finali: 0,060 % w/w

    Verifika:

    Dikjarazzjoni mingħand l-applikant u mingħand il-fornitur tiegħu tal-aġenti li jgħaqqdu, flimkien man-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet għas-sustanza attiva fil-prodott finali u fl-aġent li jgħaqqad tiegħu.

    Din għandha tinkludi kalkolu mill-applikant tal-konċentrazzjoni tas-sustanza attiva fil-prodott finali.

    Għandhom jiġu identifikati s-sustanzi attivi mmanifatturati kollha li għalihom 50 % tal-partikoli jew aktar li hemm fid-distribuzzjoni dimensjonali numerika jkollhom dimensjoni esterna waħda jew aktar fil-firxa tad-daqs minn 1 nm sa 100 nm.

    Għal dawn il-preżervattivi japplikaw xi limiti speċifiċi tal-konċentrazzjoni:

    Limitu tal-konċentrazzjoni

    (i)

    Il-piritjon taż-żingu

    0,050 %

    (ii)

    N-(3-propil amminiku)-N-dodeċilpropan-1, 3-diammina.

    0,050 %

    (b)

    Il-preżervattivi użati fil-magni tal-lewn (is-sustanzi li jagħtu l-kulur)

    Il-klassifikazzjonijiet ta' periklu b'deroga u l-kundizzjonijiet tad-deroga elenkati fil-punt 1(a) għandhom japplikaw ukoll għall-preżervattivi użati għall-protezzjoni tal-ilwien maħżuna fil-magni qabel it-taħlita maż-żebgħa bażi.

    Il-preżervattivi miżjuda għall-protezzjoni tal-ilwien li se jitferrxu bil-magni ma għandhomx jaqbżu l-għadd totali ta' 0,20 % w/w.

    Dawn il-preżervattivi huma soġġetti għal limiti massimi speċifiċi tal-konċentrazzjoni li jikkontribwixxu għall-għadd totali ta' preżervattivi fis-sustanza li tagħti l-kulur:

    L-għadd totali ta' preżervattivi fis-sustanza li tagħti l-kulur:

    0,20 % w/w

    Verifika:

    Dikjarazzjoni mingħand l-applikant u/jew mingħand il-fornitur tiegħu tal-materjal li jagħti l-kulur, flimkien man-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet għas-sustanza attiva fil-prodott finali u fl-aġent li jgħaqqad tiegħu.

    Ma' din għandu jkun hemm kalkolu tal-konċentrazzjoni tas-sustanza attiva fil-prodott finali tal-lewn.

    Għandhom jiġu identifikati s-sustanzi attivi mmanifatturati kollha li għalihom 50 % tal-partikoli jew aktar li hemm fid-distribuzzjoni dimensjonali numerika jkollhom dimensjoni esterna waħda jew aktar fil-firxa tad-daqs minn 1 nm sa 100 nm.”

    (i)

    3-jodu-2-propinil butilkarbamat (IPBC);

    0,10 %

    (ii)

    il-piritjon taż-żingu;

    0,050 %

    (iii)

    N-(3-propil amminiku)-N-dodeċilpropan-1, 3-diammina.

    0,050 %

    (c)

    fil-Lista tar-Restrizzjonijiet u tad-Derogi Applikabbli għas-Sustanzi Perikolużi, l-entrata “1(c) Preżervattivi b'saff niexef” tinbidel b'li ġej:

    “(c)

    Il-preżervattivi b'saff niexef

    Applikabbiltà:

    Iż-żebgħa ta' barra, iż-żebgħa ta' ġewwa għal applikazzjonijiet speċifiċi

    Il-preżervattivi b'saff niexef u l-istabbilizzaturi tagħhom ikklassifikati ma' dawn il-klassifikazzjonijiet ta' periklu b'deroga jistgħu jintużaw fil-prodotti ta' barra kollha u fi prodotti speċifiċi ta' ġewwa biss:

    Il-klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H400 (R50), H410 (R50/53), H411 (R51/53), H412 (R52/53), H317 (R43)

    Il-preżervattivi b'saff niexef ikklassifikati ma' dawn il-klassifikazzjonijiet b'deroga għandhom jissodisfaw ukoll dawn il-kundizzjonijiet tad-deroga:

    L-għadd totali tal-konċentrazzjoni ma għandux jaqbeż iż-0,10 % w/w jew iż-0,30 % w/w (kif rilevanti)

    Is-sustanzi kklassifikati bħala H400 (R50) u/jew H410 (R50/53) għandhom ikunu non-bijoakkumulattivi. Is-sustanzi non-bijoakkumulattivi għandu jkollhom Log Kow ≤ 3,2 jew Fattur ta' Bijokonċentrazzjoni (BCF) ≤ 100.

    Għal dawk is-sustanzi approvati għall-użu jew inklużi fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għandha tiġi pprovduta evidenza li qed jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni għall-prodott taż-żebgħa.

    Għadd totali ogħla u deroga mir-rekwiżiti fil-kriterju 5a li għandhom jippermettu li l-prodott finali jiġi kklassifikat bħala perikoluż għall-ambjent akkwatiku (Kategorija Kronika 3) u li l-prodott finali jkun juri d-dikjarazzjoni ta' periklu H412, japplikaw biss għall-użu tal-preżervattiv b'saff niexef għall-applikazzjoni speċifikata:

    Il-preżervattivi b'saff niexef

    L-għadd totali fil-prodott finali:

     

    Żebgħa ta' ġewwa maħsuba għall-użu f'postijiet b'ħafna umdità, inklużi l-kċejjen u l-kmamar tal-banju

    0,10 % w/w

     

    L-applikazzjonijiet kollha taż-żebgħa ta' barra

    0,30 % w/w

    Verifika:

    Dikjarazzjoni mingħand l-applikant u mingħand il-fornitur tiegħu tal-aġenti li jgħaqqdu, flimkien man-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet għas-sustanza attiva fil-prodott finali u fl-aġent li jgħaqqad tiegħu.

    Din għandha tinkludi kalkolu mill-applikant tal-konċentrazzjoni tas-sustanza attiva fil-prodott finali.

    Għandhom jiġu identifikati s-sustanzi attivi mmanifatturati kollha li għalihom 50 % tal-partikoli jew aktar li hemm fid-distribuzzjoni dimensjonali numerika jkollhom dimensjoni esterna waħda jew aktar fil-firxa tad-daqs minn 1 nm sa 100 nm.”

    il-kombinazzjonijiet ta' 3-jodu-2-propinil butilkarbamat (IPBC)

    Iż-żebgħa u l-verniċ ta' barra

    L-għadd totali taż-żebgħa ta' barra

    għall-kombinazzjonijiet tal-IPBC:

    0,650 %

    Limiti speċifiċi tal-konċentrazzjoni japplikaw għall-preżervattivi li ġejjin:

     

    Il-piritjon taż-żingu

    0,050 %

    (d)

    fil-Lista tar-Restrizzjonijiet u tad-Derogi Applikabbli għas-Sustanzi Perikolużi, l-entrata “8. Sustanzi f'aġenti li jgħaqqdu u dispersjonijiet tal-polimeri” tiżdied kif ġej:

    “8.

    Sustanzi f'aġenti li jgħaqqdu u dispersjonijiet tal-polimeri

    (a)

    L-aġenti li jgħaqqu u l-aġenti tar-retikolazzjoni

    Applikabbiltà:

    Tirqim intern/estern

    Dekorazzjoni, protezzjoni u kisi tal-injam

    Kisi tal-metall

    Kisi tal-art

    Kisi b'ħafna lostru

    Kisi arkitettoniku u dekorattiv

    L-aċidu adipiku diidrażid (ADH) użat bħala promotur tal-adeżjoni jew bħala aġent li jgħaqqad b'mod trasversali

    1,0 % w/w

    Verifika:

    Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mingħand l-applikant u mingħand il-fornituri tiegħu tal-materja prima appoġġata b'kalkoli jew b'rapport ta' test analitiku.

    (b)

    Il-prodotti ta' reazzjoni u r-residwi

    Applikabbiltà:

    Prodotti b'sistemi ta' polimeri li jgħaqqdu

    Il-preżenza tal-Metanol residwu hija ristretta skont il-kontenut tal-aġent li jgħaqqad fil-prodott finali.

     

    Verifika:

    Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mingħand l-applikant u mingħand il-fornituri tiegħu tal-materja prima appoġġata b'kalkoli jew b'rapport ta' test analitiku.”

    il-kontenut tal-aġent li jgħaqqad fil-prodott finali hu aktar minn 10 % sa 20 %

    0,02 % w/w

    il-kontenut tal-aġent li jgħaqqad fil-prodott finali hu aktar minn 20 % sa 40 %

    0,03 % w/w

    aktar minn 40 % kontenut ta' aġent li jgħaqqad fil-prodott finali

    0,05 %w/w



    Top