EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0255

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/255 tat-23 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

C/2016/0963

ĠU L 47, 24.2.2016, p. 10–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/255/oj

24.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/255

tat-23 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim Monetarju tas-17 ta' Diċembru 2009 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan, u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(1) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan (“il-Ftehim Monetarju”) jeħtieġ lill-Istat tal-Belt tal-Vatikan jimplimenta l-atti legali u r-regoli tal-Unjoni dwar il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, tal-frodi u tal-iffalsifikar tal-flus u tal-mezzi tal-ħlas mhux fi flus; medalji u tokens u rekwiżiti ta' rappurtar statistiku. Dawn l-atti u r-regoli huma elenkati fl-Anness tal-Ftehim Monetarju.

(2)

L-Anness tal-Ftehim Monetarju jrid jiġi emendat mill-Kummissjoni kull sena biex jitqiesu l-atti legali u r-regoli ġodda relevanti tal-Unjoni u l-emendi f'dawk eżistenti.

(3)

Xi atti u r-regoli legali rilevanti ġodda tal-Unjoni u xi emendi għal atti legali eżistenti ġew adottati u għandhom jiġu miżjuda mal-Anness.

(4)

L-Anness tal-Ftehim Monetarju għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan huwa ssostitwit bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


ANNESS

“ANNESS

 

Dispożizzjonijiet Legali li għandhom jiġu implimentati

Limitu ta' żmien għall-implementazzjoni

Il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus

1

Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15) (*)

Il-31 ta' Diċembru 2010

 

Emendata minn:

 

2

Id-Direttiva 2008/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 46)

 

 

Issupplimentata minn:

 

3

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/JHA tas-26 ta' Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1)

 

4

Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar kontrolli ta' flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 9)

 

5

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE tal-1 ta' Awwissu 2006 li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta' persuni esposti politikament u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta' attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (ĠU L 214, 4.8.2006, p. 29) (**)

 

6

Ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi (ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1)

 

7

Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39)

Il-31 ta' Diċembru 2016 (2)

8

Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1)

Il-31 ta' Diċembru 2017 (3)

9

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73)

Il-31 ta' Diċembru 2017 (3)

Il-prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar

10

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/JHA tat-28 ta' Mejju 2001 li tiġġieled frodi u ffalsifikar ta' mezzi ta' ħlas bi flus mhux kontanti (ĠU L 149, 2.6.2001, p. 1)

Il-31 ta' Diċembru 2010

11

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6)

Il-31 ta' Diċembru 2010

 

Emendat minn:

 

12

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1)

 

13

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 tas-6 ta' Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1)

Il-31 ta' Diċembru 2010

 

Emendat minn:

 

14

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro, (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5.)

 

15

Id-Direttiva 2014/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (ĠU L 151, 21.5.2014. p. 1)

Il-31 ta' Diċembru 2016 (2)

Regoli dwar il-karti u l-muniti tal-euro

16

Il-Konklużonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 1998 u tal-5 ta' Novembru 2002 dwar il-muniti għall-kollezzjonisti.

Il-31 ta' Diċembru 2010

17

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Mejju 1999 dwar is-sistema għall-immaniġġjar tal-kwalità għall-muniti tal-euro.

Il-31 ta' Diċembru 2010

18

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2001/C-318/03 tat-22 ta' Ottubru 2001 dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur tad-disinn tal-wiċċ komuni tal-muniti tal-euro (C(2001) 600 finali), (ĠU C 318, 13.11.2001, p. 3)

Il-31 ta' Diċembru 2010

19

Il-Linja Gwida ECB/2003/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Marzu 2003 dwar l-infurzar ta' miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus ewro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus ewro (ĠU L 78, 25.3.2003, p. 20).

Il-31 ta' Diċembru 2010

 

Emendata minn:

 

20

Il-Linja gwida BĊE/2013/11 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' April 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2003/5 dwar l-infurzar ta' miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 43)

Il-31 ta' Diċembru 2014 (1)

21

Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2010/14 tas-16 ta' Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1)

Il-31 ta' Diċembru 2012

 

Emendata minn:

 

22

Id-Deċiżjoni BĊE/2012/19 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Settembru 2012 (ĠU L 253, 20.9.2012, p. 19)

Il-31 ta' Diċembru 2013 (1)

23

Ir-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta' muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, 22.12.2010, p. 1)

Il-31 ta' Diċembru 2012

24

Ir-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 135)

Il-31 ta' Diċembru 2013 (1)

25

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus euro, (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 37)

Il-31 ta' Diċembru 2014 (1)

26

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 tal-24 ta' Ġunju 2014 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (Riformulazzjoni) (ĠU L 194, 2.7.2014, p. 1)

Il-31 ta' Diċembru 2013 (2)


Taqsima tal-Anness tal-Ftehim Monetarju skont l-arranġament ad hoc tal-Kumitat Konġunt fuq talba mis-Santa Sede u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan dwar l-inklużjoni ta' regoli rilevanti applikabbli għal entitajiet li jwettqu attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali

 

Partijiet rilevanti tal-istrumenti legali li ġejjin

Limitu ta' żmien għall-implementazzjoni

27

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1)

Il-31 ta' Diċembru 2016 (2)

 

Emendata minn:

 

28

Id-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 (ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28),

 

29

Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 (ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16),

 

30

Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1),

 

31

Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)

Il-31 ta' Diċembru 2017 (2)

32

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)

Il-31 ta' Diċembru 2017 (2)

 

Emendat minn:

 

33

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/62 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-proporzjon ta' ingranaġġ (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 37)

Il-31 ta' Diċembru 2017 (3)

 

Issupplimentat minn:

 

34

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 8)

Il-31 ta' Diċembru 2017 (3)

 

Emendat minn:

 

35

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/923 tal-11 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 150, 17.6.2015, p. 1)

Il-31 ta' Diċembru 2017 (3)

36

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1)

Il-31 ta' Diċembru 2017 (3)

Leġiżlazzjoni dwar il-ġbir ta' informazzjoni statistika

37

Il-Linja Gwida BĊE/2013/24 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta' Lulju 2013 dwar ir-rekwiżiti ta' rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 34).

Il-31 ta' Diċembru 2016 (2)

38

Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2008/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1)

Il-31 ta' Diċembru 2016 (2)

 

Emendat minn:

 

39

Ir-Regolament (UE) Nru 1375/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1071/2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2014/51) (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 77)

 

40

Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51)

Il-31 ta' Diċembru 2016 (2)

 

Emendat minn:

 

41

Ir-Regolament (UE) Nru 756/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2014/30) (ĠU L 205, 12.7.2014, p. 14)

 

42

Il-Linja Gwida BĊE/2014/15 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' April 2014 dwar statistika monetarja u finanzjarja (ĠU L 340, 26.11.2014, p. 1)

Il-31 ta' Diċembru 2016 (2)

 

Emendata minn:

 

43

Il-Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2014/43 tas-6 ta' Novembru 2014 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (ĠU L 93, 9.4.2015, p. 82)

 


(1)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2013.

(2)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2014.

(3)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2015.

(*)  Id-Direttiva 2005/60/KE hija mħassra mid-Direttiva 2015/849/UE iżda tibqa' fl-Anness sal-iskadenza deċiża għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2015/849/UE.

(**)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE hija mħassra mid-Direttiva 2015/849/UE iżda tibqa' fl-Anness sal-iskadenza deċiża għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2015/849/UE.”


Top