Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0152

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/152 tal-1 ta' Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA 27339 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-Ajruport ta' Zweibrücken u għal-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport (notifikata bid-dokument numru C(2014) 5063) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 34, 10.2.2016, p. 68–131 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/152/oj

10.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/68


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/152

tal-1 ta' Ottubru 2014

dwar l-għajnuna mill-Istat SA 27339 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-Ajruport ta' Zweibrücken u għal-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport

(notifikata bid-dokument numru C(2014) 5063)

(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu (1),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) iċċitati hawn fuq (2) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

F'mistoqsija parlamentari ta' Diċembru 2008, il-MPE Hiltrud Breyer qajmet il-kwistjoni tal-finanzjament pubbliku tal-Ajruport ta' Zweibrücken (3). Hija allegat li fil-perjodu 2005-2006, il-Land Rhineland-Palatinate (“Land”) iffinanzja l-Flugplatz GmbH Aeroville Zweibrücken (“FGAZ”) b'somma ta' EUR 2,4 miljun, li, min-naħa tagħha, l-FGAZ użatha sabiex tiffinanzja l-kumpanija sussidjarja 100 % tagħha, il-Flughafen Zweibrücken GmbH (“FZG”). Hija allegat ukoll li matul l-istess perjodu, ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni li saru fl-ajruport, bi spiża ta' EUR 6,96 miljun, kienu ffinanzjati kompletament mil-Land.

(2)

Il-mistoqsija parlamentari kienet imwieġba mill-Kummissarju Tajani nhar is-6 ta' Jannar 2009. Barra minn hekk, hija kienet irreġistrata bħala lment taħt CP 5/2009. Fit-22 ta' Jannar 2009, fl-24 ta' Settembru 2010 u fil-15 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mill-Ġermanja, li hija pprovdiet permezz ta' ittri datati t-23 ta' Marzu 2009, is-27 ta' Jannar 2011 u d-19 ta' Mejju 2011.

(3)

Fit-8 ta' April 2008, il-Kummissjoni talbet ukoll aktar informazzjoni mil-linja tal-ajru Ryanair, li ġiet ipprovduta fil-15 ta' Lulju 2011. Fit-18 ta' Awwissu 2011 ġiet ippreżentata traduzzjoni bil-Ġermaniż tas-sottomissjoni ta' Ryanair u fis-26 ta' Settembru 2011 il-Ġermanja ddikjarat li, f'dak iż-żmien, hija ma kellhiex il-ħsieb li tikkummenta dwar is-sottomissjoni ta' Ryanair.

(4)

Permezz ta' ittra datata t-22 ta' Frar 2012, il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja li hija ddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”) fir-rigward tal-finanzjament pubbliku tal-operatur tal-Ajruport ta' Zweibrücken u l-inċentivi favur il-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport.

(5)

Permezz ta' ittra datata l-24 ta' Frar 2012, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni wara d-deċiżjoni tal-ftuħ. Il-Ġermanja bagħtet il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ fl-4 ta' Mejju 2012 u wieġbet għat-talba tal-Kummissjoni għal aktar informazzjoni fis-16 ta' April 2012.

(6)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għall-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-allegata għajnuna.

(7)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand erba' partijiet interessati, jiġifieri Ryanair, Airport Marketing Services (“AMS”), Germanwings u TUIFly. Hija bagħtet dawn il-kummenti lill-Ġermanja, li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi fi żmien xahar; il-kummenti tal-Ġermanja waslu permezz ta' ittra data tas-26 ta' Ottubru 2012.

(8)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet aktar kummenti mingħand Ryanair fl-20 ta' Diċembru 2013, fis-17 ta' Jannar 2014 u fil-31 ta' Jannar 2014. Dawk is-sottomissjonijiet intbagħtu lill-Ġermanja, li ma xtaqitx tikkummenta dwarhom.

(9)

Il-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni permezz ta' ittri datati s-6 ta' Novembru 2013, l-14 ta' Marzu 2014 u t-2 ta' April 2014. Il-Ġermanja wieġbet għat-talbiet tal-Kummissjoni għal aktar informazzjoni fis-16 ta' Diċembru 2013, fil-15 ta' Jannar 2014, fil-5 ta' April 2014, fil-15 ta' April 2014, fl-24 ta' April 2014, fil-11 ta' Ġunju 2014 u fis-27 ta' Ġunju 2014.

(10)

Permezz ta' ittra datata l-25 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja bl-adozzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 (5) fl-20 ta' Frar 2014, dwar il-fatt li dawk il-linji gwida jsiru applikabbli għall-każ inkwistjoni mill-mument tal-pubblikazzjoni tagħhom f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u tat lill-Ġermanja l-opportunità li tikkummenta dwar il-linji gwida u l-applikazzjoni tagħhom fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali.

(11)

Permezz ta' ittri datati l-24 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni għarrfet ukoll lill-partijiet terzi dwar l-adozzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 fl-20 ta' Frar 2014, dwar il-fatt li dawk il-linji gwida jsiru applikabbli għall-każ inkwistjoni mill-mument tal-pubblikazzjoni tagħhom f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u tat lill-partijiet terzi l-opportunità li jikkummentaw dwar dawk il-linji gwida u l-applikazzjoni tagħhom fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali.

(12)

Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-4 ta' April 2014. Huma ħadu post il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-1994 (6) kif ukoll il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 (7).

(13)

Fil-15 ta' April 2014 ġie ppubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li stieden lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 f'dan il-każ fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni (8).

(14)

Fit-8 ta' Mejju 2014 waslu kummenti dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 mingħand il-Ġermanja. Il-Ġermanja qablet mal-applikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 f'dan il-każ. Il-partijiet terzi ma bagħtux kummenti.

(15)

Permezz ta' ittra datata s-17 ta' Lulju 2014, il-Ġermanja qablet b'mod eċċezzjonali li tirrinunzja d-drittijiet tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 342 tat-Trattat flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament 1/1958 (9) u li jkollha din id-Deċiżjoni adottata u nnotifikata skont l-Artikolu 297 tat-Trattat bl-Ingliż.

2.   SFOND GĦALL-INVESTIGAZZJONI U KUNTEST TAL-MIŻURI

2.1.   L-ISTORJA U L-IŻVILUPP TAL-AJRUPORT TA' ZWEIBRÜCKEN

(16)

L-Ajruport ta' Zweibrücken kien mitjar militari sal-1991, meta mbagħad ġie abbandunat mill-forzi militari tal-Istati Uniti. Mill-1992 sal-1999, il-mitjar kien soġġett għal proġett ta' konverżjoni kofinanzjat mill-Unjoni (10). Il-finanzjament tal-Unjoni ntuża sabiex irendi l-mitjar disponibbli għall-avjazzjoni ċivili, u l-miżuri meħtieġa kienu jinkludu l-eradikazzjoni tal-ostakoli, l-immodernizzar u l-installazzjoni ta' torri u t-tnixxija tar-runway. L-investituri privati tal-proġett ipprevedew ukoll il-ħolqien sussegwenti ta' park kummerċjali, park multimedjali u installazzjonijiet ta' divertiment.

(17)

Mis-sena 2000 sal-2006, b'mod ġenerali, il-mitjar ma ntużax għall-avjazzjoni kummerċjali. Huwa kien jintuża minn ajruplani militari, ajruplani privati, titjiriet ta' divertiment u titjiriet kummerċjali okkażjonali biss. Il-maġġoranza tal-passiġġieri li kienu jtiru minn u lejn l-Ajruport ta' Zweibrücken kienu ttrasportati permezz ta' titjiriet militari, filwaqt li l-bqija kienu jużaw ajruplani privati tal-kumpaniji jew titjiriet taxi. Kwalunkwe tentattivi li saru sabiex jiġu attirati operaturi kummerċjali fallew. Parti mir-raġuni kienet l-eżistenza ta' żona ta' taħriġ ta' ġlied fl-ajru (POLYGONE) tan-NATO, li rrestrinġiet severament il-kapaċità tal-operaturi ċivili li jaslu jew jitilqu minn Zweibrücken matul is-sigħat operatorji taż-żona ta' taħriġ.

(18)

Kien biss wara l-istabbiliment ta' żona ta' kontroll (CTR Zweibrücken), li tirregola l-użu tal-ispazju tal-ajru minn inġenji tal-ajru ċivili u militari, li seta' jiġi attirat operatur kummerċjali. It-traffiku kummerċjali b'titjiriet skedati u charter beda bit-titjira inawgurali ta' Germanwings lejn Berlin fil-15 ta' Settembru 2006. L-operatur charter TUIFly beda l-operazzjonijiet tiegħu fit-30 ta' Marzu 2007. Ryanair operat l-unika rotta tagħha minn Zweibrücken (lejn Londra Stansted) fil-perjodu bejn it-28 ta' Ottubru 2008 u t-22 ta' Settembru 2009, iżda minn hemm 'il quddiem temmet is-servizzi tagħha fl-ajruport ta' Zweibrücken.

(19)

Bħalissa, il-kapaċità annwali tal-Ajruport ta' Zweibrücken hija ta' madwar 700 000 passiġġier, iżda tista' tilħaq sa miljun passiġġier fid-dawl tal-kapaċità tar-runway u taż-żoni tal-immaniġġjar.

(20)

It-Tabella 1 tindika l-iżvilupp tal-Ajruport ta' Zweibrücken f'termini tal-għadd ta' passiġġieri u l-movimenti tal-inġenji tal-ajru mill-2006 sal-2012.

Tabella 1

Għadd ta' Passiġġieri matul il-perjodu mill-2006 sal-2012  (11)

Sena

Passiġġieri

Movimenti tal-Inġenji tal-Ajru

2006

78 000

23 160

2007

288 000

26 474

2008

327 000

27 000

2009

338 000

21 000

2010

265 000

16 000

2011

224 000

14 500

2012

242 880

13 230

2.2.   SITWAZZJONI ĠEOGRAFIKA TAL-AJRUPORT TA' ZWEIBRÜCKEN

(21)

L-Ajruport ta' Zweibrücken jinsab 4 km lejn ix-xlokk tal-Belt ta' Zweibrücken fil-Land Ġermaniż ta' Rhineland-Palatinate. L-eqreb (12) ajruporti oħrajn huma:

(a)

L-Ajruport ta' Saarbrücken (madwar 39 km bogħod, jew madwar 29 minuta bil-karozza)

(b)

L-Ajruport ta' Frankfurt-Hahn (madwar 128 km bogħod, jew madwar 84 minuta bil-karozza)

(c)

L-Ajruport ta' Frankfurt (Main) (madwar 163 km bogħod, jew madwar 91 minuta bil-karozza)

(d)

L-Ajruport tal-Lussemburgu (madwar 145 km bogħod, jew madwar 86 minuta bil-karozza)

(e)

L-Ajruport ta' Karlsruhe/Baden-Baden (madwar 105 km bogħod, jew madwar 88 minuta bil-karozza)

(f)

L-Ajruport ta' Metz-Nancy (madwar 129 km bogħod, jew madwar 78 minuta bil-karozza)

(g)

L-Ajruport ta' Strasburgu (madwar 113-il km bogħod, jew madwar 87 minuta bil-karozza)

(22)

Skont l-istudju pprovdut minn “Desel Consulting” u l-“Airport Research GmbH” fl-2009 (13), bħala medja, madwar 15 % tal-passiġġieri fis-sena joriġinaw minn Stati Membri oħrajn (il-Lussemburgu u Franza). Il-bqija tal-passiġġieri joriġinaw mill-Ġermanja stess, l-aktar mir-reġjun tal-Kreis (distrett) fix-xlokk ta' Saarpfalz, mill-Belt ta' Saarbrücken, mill-Belt ta' Saarlouis u mir-reġjun ta' Saarpfalz-Kreis.

2.3.   STRUTTURA LEGALI U EKONOMIKA TAL-AJRUPORT TA' ZWEIBRÜCKEN

(23)

L-Ajruport ta' Zweibrücken huwa proprjetà ta' FZG u operat minnha. FZG hija kumpanija sussidjarja 100 % ta' FGAZ, li magħha hija kkonkludiet ftehim dwar it-trasferiment tal-profitt u tat-telf (“Ftehim P&L”). Il-Ftehim P&L jiżgura li t-telf kollu ta' FZG jiġi kopert minn FGAZ u l-profitti kollha jiġu ttrasferiti lil FGAZ.

(24)

Min-naħa tagħha, FGAZ hija fi proprjetà kondiviża. Il-Land Rhineland-Palatinate għandu 50 % tal-ishma, filwaqt li l-50 % li jifdal huma proprjetà ta' Zweckverband Entwicklungsgebiet Flugplatz Zweibrücken (“ZEF”), assoċjazzjoni ta' entitajiet territorjali pubbliċi f'Rhineland-Palatinate. Il-proprjetarji pubbliċi ta' FGAZ ikopru l-ħtiġijiet tal-iffinanzjar tagħha billi jipprovdu injezzjonijiet ta' kapital annwali. Skont il-Ġermanja, FGAZ innifisha ma twettaq ebda attività relatata mal-avjazzjoni. Sa fejn hija kkonċernata l-avjazzjoni, FGAZ sempliċiment tgħaddi l-finanzjament pubbliku lil FZG. Madankollu, FGAZ twettaq xi attivitajiet relatati mal-kummerċjalizzazzjonijiet ta' rqajja' tal-art fil-qrib tal-ajruport.

3.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI U R-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA

(25)

Il-Kummissjoni investigat bosta miżuri li jinvolvu lill-Ajruport ta' Zweibrücken. Il-Kummissjoni evalwat jekk dawk il-miżuri kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u jekk tali għajnuna mill-Istat tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq intern.

(26)

Il-miżuri li ġejjin kienu investigati bħala li potenzjalment jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil FGAZ u FZG:

(a)

finanzjament pubbliku dirett mil-Land Rhineland-Palatinate u minn ZEF tal-ispejjeż tal-Ajruport ta' Zweibrücken fir-rigward ta':

l-investimenti fuq l-infrastruttura (2000-2009),

l-ispejjeż operatorji (2000-2009);

(b)

self bankarju u parteċipazzjoni fil-fond intern tal-flus tal-Land Rhineland-Palatinate.

(27)

Il-miżuri li ġejjin ġew investigati bħala li potenzjalment jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil-linji tal-ajru li joperaw minn Zweibrücken:

(a)

skontijiet fuq it-tariffi tal-ajruport għal diversi linji tal-ajru (Germanwings, TUIFly u Ryanair);

(b)

il-kuntratti ta' kummerċjalizzazzjoni ma' Ryanair.

3.1.   FINANZJAMENT PUBBLIKU MIL-LAND RHINELAND-PALATINATE U MINN ZEF GĦALL-AJRUPORT TA' ZWEIBRÜCKEN

3.1.1.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

(28)

Il-finanzjament pubbliku tal-Ajruport ta' Zweibrücken sar f'żewġ forom differenti. L-ewwel nett, il-Land Rhineland-Palatinate u ZEF appoġġjaw l-investimenti infrastrutturali speċifiċi ta' FZG b'għotjiet diretti. It-tieni nett, kull sena, il-proprjetarji ta' FGAZ injettaw kapital f'FGAZ. L-għan ta' dawn l-injezzjonijiet ta' kapital, li jkopru t-telf proprju ta' FGAZ, huwa li jippermettu lil FGAZ tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-Ftehim P&L, li jistabbilixxi li FGAZ trid tkopri t-telf ta' FZG.

(29)

L-għotjiet diretti li appoġġjaw l-investimenti infrastrutturali speċifiċi li saru bejn is-sena 2000 u l-2005 u bejn l-2006 u l-2009 huma elenkati fit-Tabella 2 u fit-Tabella 3.

Tabella 2

Investimenti Infrastrutturali matul il-perjodu 2000-2005

Zuwendungs-bescheid vom

Maßnahmen

Gesamtkosten der Investitions-maßnahmen

Landesmittel

Mittel des Trägers

Ausgezahlte Mittel insgesamt

Davon Landesmittel für Baumaßnahmen

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2000

 

 

 

 

 

 

5.6.2000

Wendehämmer, Bodengeräte, usw.

[…] (*)

[…]

[…]

[…]

[…]

30.11.2000

Flugzeughalle 25 × 25

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

30.11.2000

Flugzeughalle 56 × 18

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

24.11.2000

Renovierung Halle 360

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

1.12.2000

Renovierung Halle 370

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Gesamt 2000

 

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2001

 

 

 

 

 

 

23.7.2001

TODA 1. Phase

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

22.11.2001

Umorg. Sicherheitsbereich

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Gesamt 2001

 

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2002

 

 

 

 

 

 

16.7.2002

außerord. Rep. Start- u. Landebahn

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Gesamt 2002

 

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2003

 

 

 

 

 

 

14.4.2003

Überarb. Markierungen Flugbetr. fläche

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

15.9.2003

2. Phase TODA

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Gesamt 2003

 

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2004

 

 

 

 

 

 

26.1.2004

Gebäude 320

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

1.11.2004

Luftsicherheitsmaßn.

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Gesamt 2004

 

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2005

 

 

 

 

 

 

4.8.2005

Feuerlöschfahrzeug

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

13.12.2005

Feuerlöschfahrzeug

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Gesamt 2005

 

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]


Tabella 3

Investimenti Infrastrutturali matul il-perjodu 2006-2009

Zuwendungs bescheid vom

Maßnahme

Gesamtkosten der Investitions- maßnahme

Landesmittel

Mittel des ZEF

Mittel des Trägers

ausgezahlte Mittel des Landes

ausgezahlte Mittel des ZEF

Davon Landesmittel für Baumaß-nahme

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2006

 

 

 

 

 

 

 

 

22.11.2006

Trinkwasseranlage

[…]

[…]

 

[…]

[…]

 

 

21.11.2006

Verbesserung Verkehrssicherheit

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

13.12.2006

Erweiterung des Terminals

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Gesamt 2006

 

[…]

[…]

 

[…]

[…]

 

[…]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2007

 

 

 

 

 

 

 

 

23.11.2007

Erweiterung Terminal, Mehrkosten

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

30.1.2007

Ausrüstung Abfertigung von Luftfahrz.

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

30.9.2007

Sicherheitsmaßnahmen

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

27.9.2007

Verbesserung der Verkehrssicherheit

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

31.10.2007

LFZ-Enteisungsfahrzeug

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

9.12.2007

Luftsicherheitsgeräte

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Gesamt 2007

 

[…]

[…]

 

[…]

[…]

 

[…]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

 

 

23.11.2007

Erweiterung Terminal, Mehrkosten

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

28.3.2008

Erweiterung Terminal, Mehrkosten

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

17.6.2008

Sicherheit Vorfeld 1

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

9.8.2008

Schlepper, Funk

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

21.10.2008

Vorfeldbeleuchtung

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

27.10.2008

Heizgerät

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

9.11.2008

Sanierung Landebahn

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

31.10.2008

Umbau Terminal

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

24.11.2008

Wetterbeobachtungssystem

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

24.11.2008

Geräte, Fahrzeuge

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Gesamt 2008

 

[…]

[…]

 

[…]

[…]

 

[…]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2009

 

 

 

 

 

 

 

 

12.8.2009

Landebahnsanierung

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

2.9.2009

Erstellung DES

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

16.10.2009

Guard Lights

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

19.10.2009

Flugzeugschlepper, Förderband

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Gesamt 2009

 

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(30)

L-ammont ta' investiment totali bejn is-sena 2000 u l-2009 kien jammonta għal EUR 27 987 281, filwaqt li l-ammont totali ta' għotjiet mil-Land kien jammonta għal EUR 21 588 534. L-akbar investimenti uniċi kienu l-estensjoni tar-runway fl-2001/2003 (EUR […]), l-immodernizzar tat-terminal fl-2006 (EUR […]) u l-immodernizzar tar-runway fl-2008/2009 (EUR […]).

(31)

Sa fejn huma kkonċernati l-injezzjonijiet ta' kapital mil-Land Rhineland-Palatinate/ZEF f'FGAZ u l-kopertura tat-telf ta' FZG minn FGAZ, it-Tabella 4 tipprovdi d-dejta rilevanti.

(32)

Għalhekk, ta' min jinnota li filwaqt li l-Land u ZEF it-tnejn kellhom 50 % tal-ishma f'FGAZ bejn is-sena 2000 u l-2009 u, fil-prinċipju, ipprovdew partijiet ugwali tal-injezzjonijiet ta' kapital, fir-realtà, il-Land issussidja s-sehem ta' ZEF. Sal-aħħar tal-2005, il-Land kopra wkoll, minbarra s-sehem tiegħu ta' 50 % tal-injezzjonijiet ta' kapital meħtieġa, 90 % tas-sehem ta' ZEF. Wara, il-Land naqqas il-perċentwal imsemmi l-aħħar, l-ewwel għal 80 % fl-2006 u mbagħad għal 60 % mill-2007 'il quddiem. B'konsegwenza ta' dan, il-Land kopra bejn 95 % (sal-2005) u 80 % (mill-2007 'il quddiem) tat-telf annwali ta' FGAZ.

Tabella 4

Injezzjonijiet ta' Kapital u Riżultati tal-Attivitajiet Kummerċjali

Sena

Injezzjonijiet ta' Kapital tal-Land Rhineland-Palatinate/ZEF f'FGAZ

Riżultat annwali ta' FGAZ

Riżultati annwali ta' FZG

EBITDA FZG

2000

(…)

(…)

(…)

(…)

2001

(…)

(…)

(…)

(…)

2002

(…)

(…)

(…)

(…)

2003

(…)

(…)

(…)

(…)

2004

(…)

(…)

(…)

(…)

2005

(…)

(…)

(…)

(…)

2006

(…)

(…)

(…)

(…)

2007

(…)

(…)

(…)

(…)

2008

(…)

(…)

(…)

(…)

2009

(…)

(…)

(…)

(…)

Total

(…)

(…)

(…)

(…)

3.1.2.   RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(33)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ tagħmel distinzjoni bejn il-finanzjament pubbliku tal-investimenti fl-infrastruttura tal-Ajruport ta' Zweibrücken u l-finanzjament pubbliku tal-ispejjeż operatorji tiegħu.

3.1.2.1.    Investimenti infrastrutturali

Eżistenza tal-għajnuna

(34)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ innotat inizjalment li, fir-rigward tal-investimenti fl-infrastruttura tal-ajruport, FZG hija intrapriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Hija fakkret li fis-sentenza ta' Leipzig/Halle  (14), il-Qorti Ġenerali kkonfermat li entità li tibni u topera infrastruttura tal-ajruport waqt li timponi ħlas fuq l-utenti qiegħda twettaq attività ekonomika. L-unika eċċezzjoni tkun ċerti attivitajiet li jistgħu jikkwalifikaw bħala eżerċizzju tas-setgħa pubblika; dawk l-attivitajiet jikkwalifikaw bħala mhux ekonomiċi fin-natura tagħhom u, għalhekk, mhumiex soġġetti għal regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Id-deċiżjoni tal-ftuħ talbet ukoll lill-Ġermanja sabiex tippreżenta aktar informazzjoni dwar liema attivitajiet jistgħu jikkwalifikaw bħala mhux ekonomiċi fin-natura tagħhom.

(35)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat ukoll li FGAZ ma wettqet ebda attività relatata mal-ajruport hija stess, iżda sempliċiment għaddiet il-finanzjament pubbliku li rċeviet lil FZG. Madankollu, hija nnotat li FGAZ wettqet xi attivitajiet ekonomiċi fir-rigward ta' rqajja' tal-art li jinsabu qrib l-ajruport. Minħabba dawk l-attivitajiet, id-deċiżjoni tal-ftuħ kienet tal-fehma li FGAZ kienet tikkostitwixxi wkoll intrapriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(36)

Fid-dawl tal-fatt li l-għotjiet diretti għall-proġetti ta' investiment kienu ffinanzjati mill-baġit tal-Land u li l-injezzjonijiet ta' kapital favur FGAZ (u fl-aħħar mill-aħħar FZG) oriġinaw mill-baġit pubbliku tal-Land u ta' ZEF, id-deċiżjoni tal-ftuħ ikkonkludiet li l-miżuri kienu ffinanzjati permezz ta' riżorsi pubbliċi.

(37)

Fir-rigward tal-mistoqsija dwar jekk FGAZ u FZG ingħatawx vantaġġ, id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat li l-finanzjament pubbliku ma jikkostitwixxi ebda vantaġġ fejn il-korp pubbliku li ta l-finanzjament aġixxa bħala Operatur tal-Ekonomija tas-Suq (“OES”). Id-deċiżjoni tal-ftuħ innotat li l-Ġermanja ma ppreżentat ebda evidenza li, fl-għoti tal-finanzjament pubbliku, hija aġixxiet bħala OES. Minflok, kien evidenti li, kuntrarju għal investitur privat, fl-għoti tal-finanzjament, l-awtoritajiet pubbliċi kellhom f'moħħhom kunsiderazzjonijiet ta' politika soċjali u reġjonali. Għalhekk, minħabba li ma setax jiġi konkluż li l-awtoritajiet pubbliċi aġixxew bħala OES, id-deċiżjoni tal-ftuħ waslet għall-konklużjoni preliminari li l-finanzjament pubbliku pprovda vantaġġ lil FGAZ/FZG.

(38)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ imbagħad innotat li l-finanzjament pubbliku ngħata biss lil FGAZ/FZG, li allura kien ifisser li kien selettiv fin-natura tiegħu.

(39)

Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni tal-ftuħ spjegat li minħabba li kien hemm żieda fil-kompetizzjoni bejn l-ajruporti reġjonali, kwalunkwe vantaġġ mogħti lill-Ajruport ta' Zweibrücken seta' jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni. Hija rreferiet b'mod partikolari għall-Ajruport ta' Saarbrücken, li jinsab biss 39 kilometru bit-triq bogħod mill-Ajruport ta' Zweibrücken. Filwaqt li nnotat ukoll il-previżjonijiet tal-iżvilupp tat-traffiku għall-Ajruport ta' Zweibrücken, id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat ukoll li l-vantaġġ probabbilment ikollu effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(40)

Bħala konklużjoni, id-deċiżjoni tal-ftuħ sabet li, ladarba l-elementi meħtieġa kollha ġew issodisfati, il-finanzjament pubbliku tal-investimenti infrastrutturali fl-Ajruport ta' Zweibrücken kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

Kompatibbiltà

(41)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat li l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 jipprovdu l-qafas li fl-isfond tiegħu tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tal-finanzjament pubbliku tal-investimenti infrastrutturali. Huma jistabbilixxu għadd ta' kriterji, li l-Kummissjoni għandha tieħu f'kunsiderazzjoni għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat. Skont il-punt 61 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, tali finanzjament pubbliku jkun kompatibbli meta:

(a)

il-kostruzzjoni u l-operat tal-infrastruttura jissodisfaw objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar (l-iżvilupp reġjonali, l-aċċessibbiltà, eċċ.);

(b)

l-infrastruttura tkun neċessarja u proporzjonali għall-objettiv li ġie ffissat;

(c)

l-infrastruttura jkollha prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq perjodu ta' żmien medju, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-infrastruttura eżistenti;

(d)

l-utenti potenzjali kollha tal-infrastruttura jkollhom aċċess għaliha b'mod ugwali u mhux diskriminatorju; u

(e)

l-iżvilupp tal-kummerċ mhuwiex affettwat sa ċertu punt li jmur kontra l-interess tal-Unjoni.

(42)

Barra minn hekk, sabiex tkun kompatibbli, l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti — bħal kwalunkwe miżura oħra ta' għajnuna mill-Istat — għandu jkollha effett ta' inċentiv u tkun neċessarja u proporzjonali għall-objettiv leġittimu segwit.

(43)

Fir-rigward tal-mistoqsija dwar jekk il-kostruzzjoni u l-operat tal-infrastruttura jissodisfawx objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar, id-deċiżjoni tal-ftuħ innotat li l-Ajruport ta' Zweibrücken iservi biex itejjeb l-aċċessibbiltà tal-parti tal-Land Rhineland-Palatinate fejn huwa jinsab. Barra minn hekk, hija fakkret fl-affermazzjoni tal-Ġermanja li l-Ajruport jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun. Madankollu, id-deċiżjoni tal-ftuħ fakkret ukoll li l-ajruport beda jipprovdi s-servizzi tal-avjazzjoni kummerċjali tiegħu mhux qabel l-2006 u li, ajruporti oħrajn, speċjalment l-Ajruport ta' Saarbrücken, jinsabu fil-qrib tiegħu u jipprovdu konnettività mar-reġjun. Abbażi tas-sejba msemmija l-aħħar, id-deċiżjoni tal-ftuħ esprimiet dubji dwar jekk il-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura ta' Zweibrücken serviex objettiv ta' interess komuni jew sempliċiment jirduppjax l-infrastruttura diġà disponibbli fir-reġjun.

(44)

Fir-rigward tan-neċessità u l-proporzjonalità tal-infrastruttura, il-Ġermanja sostniet li saru biss dawk l-investimenti li kienu meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-Ajruport mal-istandards tas-sigurtà kollha rilevanti. Madankollu, id-deċiżjoni tal-ftuħ innotat li l-Ajruport ta' Zweibrücken kien jinsab tant qrib l-Ajruport ta' Saarbrücken li kellu jitqies bħala li huwa f'kompetizzjoni miegħu. Hemm ajruporti oħrajn li jistgħu jkunu wkoll f'kompetizzjoni diretta mal-Ajruport ta' Zweibrücken, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasportazzjoni tal-merkanzija jew tal-ivvjaġġar għal skop ta' divertiment. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, id-deċiżjoni tal-ftuħ esprimiet dubji dwar jekk l-infrastruttura fi Zweibrücken kinitx meħtieġa u proporzjonata fir-rigward tal-objettiv imsemmi.

(45)

Fir-rigward tal-prospetti tal-infrastruttura, id-deċiżjoni tal-ftuħ fakkret fl-affermazzjoni tal-Ġermanja li l-għadd ta' passiġġieri kien mistenni jiżdied għal madwar 335 000 fl-2015 u possibbilment għal aktar minn 1 000 000 sal-2025. Il-Ġermanja sostniet ukoll li hija kienet qed tistenna li l-Ajruport ta' Zweibrücken isir profittabbli sal-2015. Madankollu, id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat li l-Ajruport ta' Zweibrücken kien iġġenera telf dejjem ikbar sa mill-bidu tal-avjazzjoni kummerċjali fl-2006, li jqajjem dubju dwar il-kapaċità tal-Ajruport li jiġġenera profitti fil-ġejjieni. Dawn id-dubji huma riaffermati mill-qrubija tal-Ajruport ta' Saarbrücken, li jista' jkun f'kompetizzjoni ma' dak ta' Zweibrücken għall-istess passiġġieri. Fid-dawl ta' dan, id-deċiżjoni tal-ftuħ esprimiet dubji dwar il-prospetti fuq perjodu ta' żmien medju għall-użu tal-infrastruttura tal-ajruport.

(46)

Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni tal-ftuħ esprimiet dubji dwar jekk l-utenti potenzjali kollha kellhomx aċċess għall-infrastruttura b'mod ugwali u mhux diskriminatorju. Hija qajmet ukoll il-mistoqsija dwar jekk l-iżvilupp tal-kummerċ kienx ser jiġi affettwat b'mod li jmur kontra l-interess tal-Unjoni, notevolment fid-dawl tal-qrubija tiegħu għall-Ajruport ta' Saarbrücken.

3.1.2.2.    Għajnuna operatorja

Eżistenza tal-għajnuna

(47)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ l-ewwel fakkret fil-konklużjoni preċedenti tagħha li kemm FGAZ kif ukoll FZG huma intrapriżi għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Hija fakkret ukoll li billi l-injezzjonijiet ta' kapital oriġinaw direttament mill-awtoritajiet pubbliċi, huma jikkostitwixxu trasferiment ta' riżorsi tal-Istat u huma imputabbli lill-Istat. Meta wieħed iqis ukoll li l-għajnuna operatorja teħles lill-benefiċjarju minn parti min-nefqa konnessa man-negozju tiegħu, l-injezzjonijiet ta' kapital taw lil FGAZ u FZG vantaġġ ekonomiku li huma qatt ma setgħu jiksbu taħt kundizzjonijiet tas-suq normali. Fl-aħħar nett, hija fakkret li l-għajnuna operatorja tista' twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri bl-istess mod kif jagħmel il-finanzjament pubbliku tal-investimenti infrastrutturali. Hija kkonkludiet li l-għajnuna operatorja fil-forma ta' injezzjonijiet ta' kapital għall-benefiċċju ta' FGAZ u FZG kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

Kompatibbiltà — Deċiżjoni dwar is-SIEĠ

(48)

Il-Ġermanja sostniet li l-Ajruport ta' Zweibrücken kien fdat sabiex jipprovdi servizz ta' interess ekonomiku ġenerali (“SIEĠ”) u li l-għajnuna operatorja kienet eżentata minn notifika u kienet kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 (15). Wara li osservat li l-Ajruport ta' Zweibrücken serva inqas minn 1 000 000 passiġġier fis-sena u, għalhekk, kien konformi mal-kundizzjoni tal-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005, id-deċiżjoni tal-ftuħ esprimiet dubji dwar jekk l-operat tal-Ajruport kienx jikkostitwixxi SIEĠ.

(49)

B'mod aktar partikolari, id-deċiżjoni tal-ftuħ irrifjutat l-argument tal-Ġermanja li kontribut għall-iżvilupp ekonomiku u reġjonali tar-reġjun kien biżżejjed sabiex l-operat sħiħ tal-ajruport jiġi kklassifikat bħala SIEĠ. Id-deċiżjoni tal-ftuħ enfasizzat li r-reġjun kien diġà servut sewwa minn ajruporti oħrajn u li, għalhekk, ma kienx evidenti għaliex jeħtieġ li l-Ajruport ta' Zweibrücken jiġi fdat b'SIEĠ sabiex jipprovdi servizzi fl-ajruport.

(50)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ spjegat ukoll li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ma kienx ċar jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 ġewx issodisfati. L-obbligu ġenerali tal-operat tal-ajruport, inkluż fil-paragrafu 45 tal-Luftverkehrs-Zulassungs-Ordnung (ir-Regolament dwar il-Ħruġ ta' Liċenzji għat-Traffiku tal-Ajru, “LuftVZO”), ma ssodisfax il-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 u, fi kwalunkwe każ, dan l-obbligu jisfaxxa li kieku jiġi deċiż li jingħalaq l-ajruport. Ġie osservat ukoll li minħabba d-dejta nieqsa, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta l-konformità mal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005.

(51)

Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat li, minħabba li d-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 (16) eżentat biss l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti b'inqas minn 200 000 passiġġier min-notifika, kwalunkwe għajnuna lill-Ajruport ta' Zweibrücken tkun trid tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għall-perjodu mill-31 ta' Jannar 2014 'il quddiem, anki jekk din titqies bħala li tikkonforma mad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005.

Kompatibbiltà — Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005

(52)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ fakkret li l-għajnuna operatorja ġeneralment ma tkunx kompatibbli mas-suq intern u li hija tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli biss b'mod eċċezzjonali taħt kundizzjonijiet stretti. Skont il-punt 27 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, l-għajnuna operatorja tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli biss għall-ajruporti li jinsabu fl-aktar reġjuni żvantaġġjati tal-Unjoni, jiġifieri, dawk li jaqgħu taħt l-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat, kif ukoll fl-aktar reġjuni remoti u fiż-żoni skarsament popolati. Hija osservat li l-Ajruport ta' Zweibrücken ma kienx jinsab f'xi waħda minn dawk iż-żoni, għalhekk, l-għajnuna ma setgħetx titqies bħala kompatibbli skont il-punt 27 tal-linji gwida.

(53)

Fir-rigward tal-possibbiltà tad-dikjarazzjoni tal-għajnuna operatorja bħala kompatibbli skont it-Taqsima 4.2 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, id-deċiżjoni tal-ftuħ irrimarkat li l-kriterji tal-kompatibbiltà f'dik it-taqsima huma simili għal dawk elenkati fid-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005. Billi l-Kummissjoni kienet waslet għall-konklużjoni preliminari li l-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 ma ġewx issodisfati, hija waslet għall-istess konklużjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005.

(54)

Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni tal-ftuħ innotat ukoll li, mill-31 ta' Jannar 2012, ir-regoli inklużi fit-Taqsima 4.2 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 huma supplimentati mid-dispożizzjonijiet tal-Qafas dwar is-SIEĠ tal-2012 (17). Dan ifisser li kwalunkwe finanzjament pubbliku li huwa kopert mid-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005, iżda mhux mid-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012, mill-31 ta' Jannar 2014 'il quddiem, jissodisfa kemm ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 4.2 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Qafas dwar is-SIEĠ tal-2012.

Kompatibbiltà — Il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar

(55)

Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni tal-ftuħ ikkummentat dwar il-kompatibbiltà possibbli tal-injezzjonijiet ta' kapital skont il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar (18). Hija osservat li minħabba li l-ajruport beda l-operat kummerċjali tiegħu mhux qabel l-2006, huwa seta' jitqies bħala li jikkostitwixxi “impriża ġdida” fis-sens tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, għaldaqstant l-applikazzjoni tagħhom ġiet eskluża. Hija nnotat ukoll li ma kien ippreżentat ebda pjan ta' ristrutturar li abbażi tiegħu setgħet tingħata l-għajnuna.

(56)

Għaldaqstant, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, kien konkluż li l-għajnuna operatorja lil FZG/FGAZ ma setgħetx tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern.

3.2.   GĦAJNUNA POTENZJALI B'KONNESSJONI MA' SELF BANKARJU U L-PARTEĊIPAZZJONI FIL-ĠABRA KOMUNI INTERNA TAL-FLUS TAL-LAND RHINELAND-PALATINATE

3.2.1.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

(57)

Fl-20 ta' Ottubru 2009, l-FZG kisbet self ta' […] miljun mingħand Sparkasse Südwestpfalz. Ir-rata tal-imgħax kienet iffissata għal 2,05 % fis-sena sal-15 ta' Ottubru 2012 u wara l-partijiet setgħu jerġgħu jinnegozjaw il-kundizzjonijiet. Il-Land Rhineland-Palatinate ta lil FZG garanzija ta' 100 % tas-self, mingħajr ma talab xi rimunerazzjoni jew kollateral bħala ħlas lura.

(58)

Mis-26 ta' Frar 2003, FGAZ kienet intitolata wkoll li tipparteċipa f'“fond komuni ta' flus” (jiġifieri, fond komuni ta' finanzjament) stabbilit mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Land Rhineland-Palatinate. Il-fond komuni ta' flus huwa mekkaniżmu ta' rifinanzjament miftuħ għall-impriżi li fihom il-Land għandu mill-inqas 50 % tal-ishma.

(59)

L-ammont ta' self massimu li setgħet tieħu FGAZ mill-fond komuni ta' flus kien iffissat għal EUR 3,5 miljun mis-16 ta' Jannar 2009 'il quddiem u żdied għal EUR 6 miljun fl-1 ta' Ottubru 2009. FGAZ ma għandhiex bżonn tipprovdi kollateral, ir-rati tal-imgħax huma ffissati f'rata fuq self b'avviż ta' jum u s-self jitħallas lura kull meta FGAZ ikollha likwidità disponibbli.

(60)

Il-Ġermanja spjegat li l-ġabra komuni ta' flus tiffunzjona hekk: FGAZ titlob fondi mill-fond komuni ta' flus sabiex tiżgura l-likwidità tagħha u l-Land jipprovdi dawk il-fondi mill-fond komuni ta' flus. Ir-rati tal-imgħax imposti huma rati fuq self b'avviż ta' jum ibbażati fis-suq. Jekk il-bilanċ tal-fond komuni ta' flus ikun negattiv, il-Land jerġa' jfornih billi jieħu self fis-suq f'ismu stess. Il-Ġermanja spjegat ukoll li l-Land essenzjalment jgħaddi l-kundizzjonijiet li jikseb fis-suq tal-kapital lill-parteċipanti fil-fond komuni ta' flus, biex b'hekk jippermetti lill-parteċipanti — l-impriżi li fihom il-Land għandu maġġoranza tal-ishma — jiffinanzjaw lilhom infushom mill-ġdid taħt l-istess kundizzjonijiet bħal-Land innifsu.

(61)

Il-Ġermanja sostniet li, sa Mejju 2006, il-bilanċ ta' FGAZ mal-fond komuni ta' flus kien dejjem pożittiv u kien biss minn hemm 'il quddiem li beda jkun negattiv. Il-Ġermanja pprovdiet id-dejta stabbilita fit-Tabella 5 dwar il-bilanċ ta' FGAZ mal-ġabra komuni ta' flus bejn l-2006 u l-2009.

Tabella 5

Bilanċ ta' FGAZ mal-fond komuni ta' flus bejn l-2006 u l-2009

Sena

Depożiti

Irtirar

Bilanċ fil-31.12.

2006

(…)

(…)

(…)

2007

(…)

(…)

(…)

2008

(…)

(…)

(…)

2009

(…)

(…)

(…)

3.2.2.   RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

3.2.2.1.    Eżistenza tal-għajnuna

(62)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ l-ewwel iddikjarat li FZG u FGAZ jikkostitwixxu impriżi għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Hija mbagħad osservat li kien jidher ċar li l-garanzija u l-fond komuni ta' flus kienu imputabbli lill-Istat u li ngħataw minn riżorsi pubbliċi. Madankollu, fir-rigward tas-self innifsu, id-deċiżjoni tal-ftuħ talbet għal aktar informazzjoni mill-Ġermanja dwar il-mistoqsija ta' jekk l-għoti tas-self minn Sparkasse Südwestpfalz, bank pubbliku, kienx imputabbli lill-Istat.

(63)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ applikat it-test tal-OES sabiex tiddetermina jekk is-self, il-garanzija jew il-fond komuni ta' flus ipprovdewx vantaġġ lil FZG/FGAZ. Hija nnotat li, fir-rigward tas-self u tal-fond komuni ta' flus, kellha tivvaluta jekk dawn it-tnejn kinux konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rata ta' Referenza tal-2008 (19). Minħabba li ma ġiet ipprovduta ebda informazzjoni dwar ir-rata ta' mgħax referenzjali rilevanti, il-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja biex tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tkun tista' tivaluta jekk is-self u l-fond komuni ta' flus kinux konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rata ta' Referenza tal-2008.

(64)

Fir-rigward tal-garanzija mogħtija mil-Land Rhineland-Palatinate, id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat li jekk il-garanzija kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat jew le kellu jiġi vvalutat skont l-Avviż ta' Garanzija (20). Fid-dawl tal-fatt li ma kienx hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli, id-deċiżjoni tal-ftuħ talbet lill-Ġermanja biex tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tkun tista' tiġi evalwata l-garanzija skont l-Avviż tal-Garanzija.

(65)

Imbagħad, wara li kien ikkunsidrat li s-self, il-garanzija u l-fond komuni ta' flus kienu disponibbli biss għal FGAZ/FZG, id-deċiżjoni tal-ftuħ sabet li dawn kienu selettivi. Hija kkunsidrat ukoll li — kif kien il-każ fir-rigward tal-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura u l-għajnuna operatorja — ma setax jiġi eskluż li s-self, il-garanzija u l-fond komuni ta' flus fixklu l-kompetizzjoni.

(66)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, id-deċiżjoni tal-ftuħ b'hekk ikkonkludiet li s-self, il-garanzija pubblika u l-fond komuni ta' flus kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-kompatibbiltà possibbli ta' dawk il-miżuri ma ġietx ivvalutata.

3.3.   SKONTIJIET FUQ IT-TARIFFI TAL-AJRUPORT GĦAL RYANAIR, GERMANWINGS U TUIFly

3.3.1.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

(67)

L-iskeda tat-tariffi ppreżentata mill-Ġermanja daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2005. Skont dik l-iskeda, it-tariffi tal-inżul jiġu ddeterminati b'referenza għall-piż massimu għat-tlugħ (maximum take-off weight — “MTOW”) u l-għadd ta' passiġġieri abbord. Madankollu, għal titjiriet skedati b'aktar minn 50 passiġġier, hija prevista somma f'daqqa ta' EUR 6 għal kull passiġġier. Dik is-somma f'daqqa tkopri t-tariffi kollha tal-ajruport, inkluża t-tariffa tas-sigurtà ta' EUR 3,58.

(68)

Huma disponibbli serje ta' skontijiet meta jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet:

(a)

Konnessjonijiet skedati ġodda: l-Ajruport jagħti skont ta' 100 % fuq it-tariffi tal-inżul, tal-immaniġġjar u tal-passiġġieri għal perjodu ta' tnax-il xahar għal kwalunkwe linja tal-ajru li topera rotta ġdida minn Zweibrücken, sakemm id-destinazzjoni l-ġdida tkun servuta ta' kuljum matul l-iskeda tas-sajf u mill-inqas tliet darbiet fil-ġimgħa matul l-iskeda tax-xitwa. Jekk il-linja tal-ajru tibbaża inġenju tal-ajru fl-ajruport, l-iskont ta' 100 % jista' jiġi estiż għal perjodu ta' sitt xhur addizzjonali.

(b)

Konnessjonijiet charter ġodda: l-Ajruport jagħti skont ta' 100 % fuq it-tariffi tal-inżul, tal-immaniġġjar u tal-passiġġieri għal kwalunkwe linja tal-ajru li tibda topera rotta ġdida minn Zweibrücken sakemm tilħaq limitu massimu ta' 100 000 passiġġier; konsegwentement, għal dawn l-ewwel 100 000 passiġġier, ma jitħallsux tariffi tal-inżul, tal-immaniġġjar jew tal-passiġġieri. Il-linja tal-ajru trid isservi d-destinazzjoni l-ġdida ta' kuljum matul l-iskeda tas-sajf u mill-inqas tliet darbiet fil-ġimgħa matul l-iskeda tax-xitwa. Il-linji tal-ajru li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet oħrajn — bħaż-żieda tal-frekwenza tas-servizzi tagħhom b'50 % — 100 % f'żewġ skedi tas-sajf konsekuttivi u li jilħqu ċertu limitu massimu ta' passiġġieri — jingħataw skont ieħor ta' 100 % għal ammont addizzjonali ta' bejn 50 000 — 100 000 passiġġier.

3.3.1.1.    Tariffi mħallsin minn Germanwings

(69)

F'Awwissu/Settembru 2006, Germanwings u FZG kkonkludew ftehim rigward l-istabbiliment tar-rotta Zweibrücken — Berlin Schönefeld, li bdiet topera f'Settembru 2006. Dak il-kuntratt ippreveda tariffi ta' EUR […] għal kull passiġġier, li jkopru tariffi tal-inżul, tal-parkeġġ, tal-passiġġieri u tas-sigurtà. It-tariffi kienu skontati b'[…] għall-ewwel sena tal-operat. Mis-16 ta' Settembru 2007 'il quddiem, Germanwings ħallset EUR […] għal kull passiġġier, filwaqt li mill-1 ta' Jannar 2008 'il quddiem dak il-ħlas tnaqqas għal EUR […] għal kull passiġġier. Fid-9 ta' Jannar 2011, Germanwings temmet is-servizz tagħha lejn u minn Zweibrücken.

3.3.1.2.    Tariffi mħallsin minn TUIFly

(70)

Il-Ġermanja pprovdiet kuntratt bejn FZG u TUIFly, li permezz tiegħu TUIFly kellha tħallas somma f'daqqa ta' EUR […] għal kull passiġġier, li tkopri t-tariffi rilevanti kollha. Madankollu, hija sostniet ukoll li TUIFly kienet eżentata mit-tariffi kollha għall-ewwel […] passiġġier. Wara li ntlaħaq dak l-ammont ta' passiġġieri fl-1 ta' Awwissu 2010, TUIFly ħallset somma f'daqqa ta' […] għal kull passiġġier.

3.3.1.3.    Tariffi mħallsin minn Ryanair

(71)

Ryanair serviet ir-rotta ta' Zweibrücken — Londra Stansted bejn it-28 ta' Ottubru 2008 u t-22 ta' Settembru 2009. Għall-ewwel sena ta' operat, FZG u Ryanair qablu fuq […]. Bi tpattija, Ryanair impenjat ruħha li tilħaq l-ammont ta' mill-inqas […] passiġġier fis-sena. Skont il-Ġermanja, Ryanair ħallset […].

3.3.1.4.    Servizzi riċevuti minn Germanwings, TUIFly u Ryanair

(72)

Il-kuntratti bejn FZG u d-diversi linji tal-ajru kollha fihom taqsima dwar servizzi u tariffi addizzjonali. It-Tabella 6 tinkludi paragun tal-aktar servizzi addizzjonali importanti u l-prezzijiet mitluba lil dawk il-linji tal-ajru.

Tabella 6

Servizzi u Tariffi Addizzjonali

Servizz

Prezz TUIFly

Prezz Germanwings

Prezz Ryanair

Air Starter Unit

(…)

(…)

(…)

Ground Power Unit

(…)

(…)

(…)

Tindif tal-inġenji tal-ajru (standard)

(…)

(…)

(…)

Tindif tal-inġenji tal-ajru (waqfa matul il-lejl)

(…)

(…)

(…)

Tneħħija tas-silġ minn fuq l-inġenji tal-ajru

(…)

(…)

(…)

Ilma u Fluwidu għat-tneħħija tas-silġ

(…)

(…)

(…)

Spazju Vojt fuq Ħajt għar-Reklamar

(…)

(…)

(…)

Kabina tal-Kiri tal-Karozzi

(…)

(…)

(…)

Aċċess għall-Ħangar għal Manutenzjoni Teknika ad hoc

(…)

(…)

(…)

Mill-inqas 4 Konferenzi Stampa fis-sena

(…)

(…)

(…)

Żewġ Vjaġġi għall-Ġurnalisti fis-sena, organizzati mill-ajruport

(…)

(…)

(…)

PC, Printers, Telefons, Faks u Apparat tas-SITA

(…)

(…)

(…)

3.3.2.   RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

3.3.2.1.    Eżistenza tal-għajnuna

(73)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ l-ewwel osservat li minħabba li FZG, li tat l-iskontijiet fuq it-tariffi tal-ajruport lid-diversi linji tal-ajru, kienet kollha kemm hi proprjetà tal-Istat u kkontrollata minnu, dawk l-iskontijiet kellhom jitqiesu bħala li ngħataw mir-riżorsi tal-Istat imsemmija qabel. Kien ikkunsidrat ukoll li kien probabbli ħafna li l-Istat kien involut fil-konklużjoni proprja tal-kuntratti mad-diversi linji tal-ajru u li l-awtorità superviżorja pubblika rilevanti kellha tapprova l-iskeda ta' tariffi tal-ajruport, bil-konsegwenza li l-għoti ta' skontijiet fuq it-tariffi tal-ajruport lil diversi linji tal-ajru kien imputabbli lill-Istat.

(74)

Sabiex tiġi mwieġba l-mistoqsija ta' jekk l-iskontijiet ipprovdewx vantaġġ lil-linji tal-ajru rispettivi, id-deċiżjoni tal-ftuħ fakkret li kellu jiġi evalwat jekk FZG aġixxietx bħal OES fl-għoti tal-iskontijiet. Sabiex ikun hemm konformità mat-test tal-OES, kien meħtieġ li jintwera li d-deċiżjoni li jingħataw l-iskontijiet kienet ibbażata fuq loġika ekonomika b'saħħitha, kif ukoll li din wasslet għal titjib fil-profittabbiltà tal-ajruport. Barra minn hekk, id-dħul iġġenerat mill-Ajruport b'konnessjoni ma' kuntratt ma' linja tal-ajru partikolari ma jistax ikun aktar baxx mill-ispejjeż sabiex jiġu pprovduti servizzi tal-ajruport lil dik il-linja tal-ajru.

(75)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ innotat li ma kien hemm ebda indikazzjoni li l-Ġermanja qabblet l-ispejjeż u d-dħul mistennija tul id-durata tal-kuntratti tal-linji tal-ajru rispettivi. Il-Ġermanja pprovdiet biss pjan ta' direzzjoni tan-negozju għal żmien medju li jkopri l-perjodu mill-2011 sal-2015. F'dan id-dawl, id-deċiżjoni tal-ftuħ kienet tal-fehma li kien hemm dubji dwar jekk id-dħul iġġenerat mill-ftehimiet mal-linji tal-ajru kienx biżżejjed sabiex ikopri l-ispejjeż relatati mal-forniment tas-servizzi tal-ajruport lilhom. Hija nnotat li minn mindu bdiet l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha, FZG iġġenerat telf dejjem ikbar u li l-ftehimiet ma kienu jinkludu ebda klawżola, li huma komuni fi ftehimiet oħrajn, li tippermetti lil FZG tirkupra l-iskontijiet f'każ li l-linji tal-ajru jiddeċiedu li jtemmu l-operazzjonijiet tagħhom minn Zweibrücken.

(76)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ ikkunsidrat ukoll illi kieku l-Ajruport ta' Zweibrücken aġixxa bħal OES, huwa kien ikollu jikkunsidra jekk l-għeluq tal-ajruport kienx jiġi jiswa inqas flus mit-tkomplija tal-operat tiegħu. Hija talbet lill-Ġermanja sabiex tipprovdi informazzjoni rigward l-ispejjeż tal-għeluq tal-ajruport meta mqabbla mal-ispejjeż tat-tkomplija tal-operat tiegħu. Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni tal-ftuħ innotat li l-iskontijiet kienu jidhru li jinkludu t-tariffi tas-sigurtà li kellha tħallas FZG għas-servizz tas-sigurtà. Hija osservat li kwalunkwe prezz mitlub lil-linji tal-ajru li ma kienx jippermetti lil FZG li tirkupra dawk l-ispejjeż kien jikkostitwixxi vantaġġ lil-linji tal-ajru. Bħala konklużjoni, id-deċiżjoni tal-ftuħ esprimiet dubji serji fir-rigward tal-konformità tal-iskontijiet mogħtija lil diversi linji tal-ajru mal-prinċipju tal-OES.

(77)

Fl-aħħar nett, meta wieħed iqis li l-linji tal-ajru operaw f'suq kompetittiv u li kwalunkwe vantaġġ mogħti lilhom jagħtihom iċ-ċans li jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom f'dak is-suq, id-deċiżjoni tal-ftuħ sabet li l-iskont mogħti fuq it-tariffi x'aktarx li kien ser jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u jfixkel jew jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni.

(78)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ waslet għall-konklużjoni preliminari li t-tariffi skontati kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil-linji tal-ajru rispettivi (Germanwings, TUIFly u Ryanair).

3.3.2.2.    Kompatibbiltà

(79)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ ivvalutat jekk it-tariffi skontati setgħux jitqiesu bħala li jikkostitwixxu għajnuna tal-bidu kompatibbli skont it-Taqsima 5 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk id-diversi kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà tal-għajnuna tal-bidu ġewx issodisfati.

(80)

B'mod partikolari, id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat li:

(a)

kien hemm dubji dwar jekk it-tariffi skontati kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punt 79(c) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, minħabba li ma kienx ċar jekk u kif l-iskontijiet kienu marbuta ma' żieda fl-għadd ta' passiġġieri;

(b)

kien hemm dubji dwar jekk it-tariffi skontati kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punt 79(d) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, minħabba li ma kienx ċar jekk l-iskontijiet kinux digressivi u limitati fit-tul tagħhom;

(c)

kien hemm dubji dwar jekk it-tariffi skontati kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punt 79(e) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, minħabba li ma kienx ċar liema spejjeż kienu koperti mit-tariffi skontati;

(d)

kien hemm dubji dwar jekk it-tariffi skontati kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punt 79(f) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, minħabba li l-miżura ma kinitx tidher li hija marbuta mal-ispejjeż eliġibbli;

(e)

kien hemm dubji dwar jekk it-tariffi skontati kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punt 79(h) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, minħabba li ma kien hemm ebda indikazzjoni li FZG għamlet l-intenzjoni tagħha pubblika li tagħti l-iskontijiet u li offriethom ukoll lil linji tal-ajru oħrajn;

(f)

kien hemm dubji dwar jekk it-tariffi skontati kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punt 79(i) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, minħabba li ma kien hemm ebda pjan ta' negozju disponibbli dwar il-profittabbiltà tar-rotot benefiċjarji u ma kienx ċar jekk kienx hemm impatt fuq ir-rotot kompetituri;

(g)

kien hemm dubji dwar jekk it-tariffi skontati kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punt 79(j) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, minħabba li ma kien hemm ebda indikazzjoni li l-lista meħtieġa kienet ġiet prodotta;

(h)

kien hemm dubji dwar jekk it-tariffi skontati kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punti 79(k) u 79(l) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005; u

(i)

kien hemm dubji dwar jekk it-tariffi skontati kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punt 80 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, minħabba li ma kienx ċar jekk it-tariffi skontati kinux akkumulati ma' tipi oħrajn ta' għajnuna.

(81)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li t-tariffi skontati ma setgħux jitqiesu bħala għajnuna tal-bidu kompatibbli, minħabba li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha elenkati fit-Taqsima 5 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005.

3.4.   KUNTRATTI TA' KUMMERĊJALIZZAZZJONI MA' RYANAIR U AMS

3.4.1.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

(82)

Ġew konklużi żewġ ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' Ryanair u mas-sussidjarja tagħha AMS. Skont l-ewwel kuntratt, konkluż bejn Ryanair u FZG, din tal-aħħar ħallset EUR […] lil Ryanair għal diversi attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni mwettqa minn Ryanair.

(83)

Fis-6 ta' Ottubru 2008 ġie konkluż it-tieni kuntratt bejn il-Land Rhineland-Palatinate, irrappreżentat mill-Ministeru tal-Ekonomija, tat-Traffiku, tal-Agrikoltura u tal-Vitikultura, u AMS. La FGAZ u lanqas FZG ma huma partijiet f'dak il-kuntratt. Skont il-kuntratt, AMS ipprovdiet diversi attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni, bħat-tqegħid ta' links għal siti web determinati mil-Land fuq is-sit web ta' Ryanair u l-inklużjoni ta' testi qosra dwar il-Land Rhineland-Palatinate fuq is-sit web ta' Ryanair. Matul l-ewwel sena, il-Land ħallas lil AMS ammont totali ta' EUR […], filwaqt li għat-tieni sena s-servizzi kellhom jitnaqqsu u l-Land kellu jħallas EUR […].

(84)

Billi Ryanair temmet is-servizzi tagħha lejn u minn Zweibrücken wara inqas minn sena, il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għat-tieni sena eventwalment tħassar u l-prezz għall-ewwel sena tnaqqas għal […] tal-prezz maqbul. Fil-prattika, il-Land Rhineland-Palatinate mbagħad ħallas ammont totali ta' EUR 320 833 lil AMS għas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. Jidher li AMS wettqet l-attivitajiet kollha maqbula.

3.4.2.   RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

3.4.2.1.    Eżistenza tal-għajnuna

(85)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ l-ewwel osservat li l-pagamenti mil-Land Rhineland-Palatinate lil AMS/Ryanair jinvolvu riżorsi tal-Istat u huma imputabbli lill-Istat. Sal-punt li l-prezz imħallas minn Rhineland-Palatinate qabeż il-valur ekonomiku tas-servizzi pprovduti minn AMS/Ryanair, huma jikkostitwixxu telf ta' riżorsi tal-Istat.

(86)

Sabiex jiġi evalwat jekk il-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni tawx vantaġġ lil AMS/Ryanair, il-Kummissjoni kellha terġa' tapplika l-prinċipju tal-OES. Hija osservat li, fl-Ajruport ta' Zweibrücken, kienet biss Ryanair li rċeviet appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni sa ċertu punt li, apparentament, il-ħlasijiet ma kinux kundizzjonali fuq il-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni b'impatt li jista' jitkejjel (bħal żieda fl-għadd ta' passiġġieri), u li ma kienx magħruf jekk il-Land Rhineland-Palatinate kellux kontroll fuq il-forniment tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni minn AMS/Ryanair. Id-deċiżjoni tal-ftuħ innotat ukoll li l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni kien marbut b'mod ċar mar-rotta Zweibrücken — Londra Stansted, sabiex b'hekk seta' jitqies bħala inċentiv għal dik ir-rotta ġdida stabbilita minn Ryanair f'Ottubru 2008. Meta wieħed iqis li Ryanair approfittat direttament mill-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni, kien konkluż li Ryanair kellha tkopri mill-inqas parti mill-ispejjeż relatati. Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-Land Rhineland-Palatinate aġixxiex bħal OES, biex b'hekk ta vantaġġ lil AMS/Ryanair.

(87)

Minħabba li l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni ngħata biss lil AMS/Ryanair, kien jidher ċar li l-miżura kienet selettiva. Għall-istess raġunijiet kif deskritt fir-rigward tat-tariffi tal-ajruport skontati, id-deċiżjoni tal-ftuħ sabet li l-miżura affettwat il-kummerċ bejn l-Istati Membri u fixklet jew heddet li tfixkel il-kompetizzjoni. Għaldaqstant, ġie konkluż li l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

3.4.2.2.    Kompatibbiltà

(88)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ evalwat jekk l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni mogħti lil AMS/Ryanair jistax jitqies bħala li jikkostitwixxi għajnuna tal-bidu kompatibbli skont it-Taqsima 5 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk id-diversi kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà tal-għajnuna tal-bidu ġewx issodisfati. Ir-raġunijiet kienu essenzjalment l-istess bħal dawk elenkati fil-premessa (80) ta' din id-Deċiżjoni rigward il-kompatibbiltà tat-tariffi skontati. Għaldaqstant, hija waslet għall-konklużjoni li l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni ma jikkostitwixxi ebda għajnuna tal-bidu kompatibbli.

4.   KUMMENTI MILL-ĠERMANJA

4.1.   FINANZJAMENT PUBBLIKU MIL-LAND RHINELAND-PALATINATE/ZEF TAL-AJRUPORT TA' ZWEIBRÜCKEN

4.1.1.   INFRASTRUTTURA

4.1.1.1.    Eżistenza tal-għajnuna

Attività ekonomika u vantaġġ

(89)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Ġermaniżi fakkru li huma ma kinux jaqblu mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni li l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport tikkostitwixxi attività ekonomika. Billi rrimarkat li l-Kummissjoni rreferiet primarjament għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża Leipzig-Halle, il-Ġermanja nnotat li kien għad hemm appell pendenti kontra dik is-sentenza quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fejn irriservat il-pożizzjoni tagħha sakemm tittieħed deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.

(90)

It-tieni nett, l-awtoritajiet Ġermaniżi sostnew li ebda wieħed mill-investimenti infrastrutturali magħmula qabel l-2006, meta l-Ajruport ta' Zweibrücken beda l-operazzjonijiet kummerċjali tiegħu, ma kien soġġett għal regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Sal-2006, l-ajruport serva biss għall-finijiet tal-avjazzjoni ġenerali u tal-avjazzjoni militari, u l-awtoritajiet Ġermaniżi sostnew li l-forniment ta' servizzi tal-ajruport għal dawn il-finijiet ma kienx jikkostitwixxi attività ekonomika. Fi kwalunkwe każ, kien affermat li minħabba l-iskala żgħira tal-operazzjonijiet fl-Ajruport ta' Zweibrücken sal-2006 (qatt ma kien hemm aktar minn 30 000 passiġġier fis-sena sal-2006), kwalunkwe finanzjament pubbliku la fixkel u lanqas hedded li jfixkel il-kompetizzjoni u ma kellu ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(91)

It-tielet nett, l-awtoritajiet Ġermaniżi sostnew li l-maġġoranza tal-investimenti appoġġjati b'għotjiet pubbliċi kienu jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Kien enfasizzat li l-biċċa l-kbira tal-investimenti kienu meħtieġa sabiex tkun garantita s-sikurezza tal-operazzjonijiet fl-ajruport (b'mod partikolari wara ordni mill-awtorità superviżorja tas-sikurezza rilevanti u l-ilmenti mill-assoċjazzjoni tal-bdoti “Cockpit”). Għalhekk, il-miżuri kollha konnessi mal-iżgurar tas-sikurezza tal-operazzjonijiet fl-ajruport kienu meqjusa bħala li jaqgħu fil-mandat tal-politika pubblika.

(92)

Il-Ġermanja oġġezzjonat bil-qawwa għall-idea li kwalunkwe miżura li taqa' fil-mandat tal-politika pubblika tista', jekk parzjalment biss, tikkonferixxi vantaġġ fuq l-ajruport inkwistjoni jekk dak il-finanzjament ma jkunx ingħata fuq bażi mhux diskriminatorja lill-ajruporti kollha fl-Istat Membru. Il-Ġermanja sostniet li l-finanzjament għall-miżuri li jaqgħu fil-mandat tal-politika pubblika ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, indipendentement mill-kwistjoni ta' jekk wieħed mill-ajruporti jew l-ajruporti kollha għandhomx iġorru l-ispejjeż għal dawn il-miżuri. F'dan ir-rigward, għandu jkun hemm interpretazzjoni uniformi tal-kunċett ta' “mandat tal-politika pubblika”, speċjalment fid-dawl tal-modi differenti kif l-Istati Membri jiddefinixxu l-kunċett.

(93)

Il-Ġermanja ssottomettiet lista ta' investimenti li saru b'rabta mal-mandat tal-politika pubblika bejn l-2006 u l-2009 (għall-finijiet ta' tqabbil, l-investiment totali matul dak il-perjodu kien jammonta għal EUR 22 476 812).

Tabella 7

Ħarsa ġenerali lejn l-ispejjeż li jaqgħu fil-mandat tal-politika pubblika sottomessa mill-Ġermanja  (21)

 

Miżuri

Spejjeż

Spejjeż totali

2006

(…)

(…)

(…)

2007

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

2008

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

2009

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Total finali

EUR 19 707 315

(94)

Il-Ġermanja ddikjarat li hija tqis il-forniment tal-miżuri ta' sigurtà fl-ajruporti skont il-paragrafu 8 tal-Luftsicherheitsgesetz (il-Liġi dwar is-Sigurtà fl-Ajru), il-miżuri li jiggarantixxu s-sikurezza operazzjonali, il-miżuri tal-kontroll tal-ajru u tas-sikurezza tal-ajru skont il-paragrafu 27c(2) tal-Luftverkehrsgesetz (il-Liġi dwar it-Traffiku tal-Ajru), is-servizzi meteoroloġiċi u s-servizzi tat-tifi tan-nar bħala li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika, kemm bħala investimenti jew bħala spejjeż operatorji.

(95)

Il-Ġermanja sostniet li fir-rigward tal-miżuri tal-kontroll tal-ajru u tas-sikurezza tal-ajru, il-finanzjament ta' dawk l-attivitajiet għandu jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-paragrafu 27c(2) tal-Luftverkehrsgesetz. Skont dik id-dispożizzjoni, issir distinzjoni bejn ċerti ajruporti fejn il-finanzjament ta' dawk il-miżuri ta' sikurezza fil-livell federali jitqies bħala li huwa essenzjali għal raġunijiet ta' politika tat-trasport u tas-sikurezza u ajruporti reġjonali oħrajn fejn tali miżuri ma jitqisux bħala li huma strettament meħtieġa minn perspettiva federali. Din hija r-raġuni għaliex huwa ġustifikat li l-Land jiffinanzja pubblikament il-miżuri tas-sikurezza u tal-kontroll tal-ajru f'ajruporti reġjonali bħal Zweibrücken, minħabba li, inkella, l-ajruport ikollu jħallas dawk l-ispejjeż huwa stess. Għalhekk, il-finanzjament tal-miżuri tal-kontroll tal-ajru u tas-sikurezza tal-ajru, kemm jekk iffinanzjati direttament mill-Istat fuq il-livell federali kif ukoll jekk iffinanzjati mil-Länder, jitqies mill-Ġermanja bħala parti mill-politika pubblika fil-każijiet kollha.

(96)

Barra minn hekk, skont il-Ġermanja, l-ispejjeż għat-taqsima tat-tifi tan-nar ma jiġux irregolati fil-livell federali, iżda jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Länder, li hija r-raġuni għaliex it-taqsima tat-tifi tan-nar mhijiex iffinanzjata mill-Istat fl-ajruporti kollha. Il-Ġermanja sostniet li d-differenza fit-trattament għandha l-għeruq tagħha f'raġunijiet storiċi kif ukoll oġġettivi. Primarjament, hija fin-natura tan-negozju tal-ajruporti li ajruporti reġjonali iżgħar ma jistgħux iġorru l-ispejjeż fissi għoljin li toħloq taqsima tat-tifi tan-nar u li, għalhekk, dawn jispiċċaw jitħallsu mil-Land rispettiv.

(97)

Fir-rigward tar-rinnovazzjoni tar-runway, il-Ġermanja qalet li l-miżuri relatati jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika minħabba li kienu meħtieġa b'mod urġenti sabiex tkun garantita l-utilizzazzjoni sikura tal-Ajruport ta' Zweibrücken. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja sostniet li l-użu, saħansitra għal finijiet militari, ma kienx ikun possibbli mingħajr dawk il-miżuri. Għalhekk, ir-rinnovazzjoni kienet meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-użu militari u l-avjazzjoni ġenerali jkunu possibbli fil-livelli kollha. Għalhekk, il-Ġermanja tallega li l-ispejjeż għar-rinnovazzjoni mhumiex esklussivament konnessi mal-avjazzjoni kummerċjali.

(98)

F'dan ir-rigward, il-Ġermanja qalet li t-tip ta' rinnovazzjoni u l-ispejjeż konnessi magħha kienu meħtieġa minħabba l-istorja militari tal-ajruport. Skont il-Ġermanja, ix-xogħlijiet kienu jinvolvu ċerti perikli, minħabba li ma setgħetx tiġi eskluża l-preżenza ta' bombi mhux sploduti mill-gwerra. Fil-fatt, matul ix-xogħol ta' rinnovazzjoni apparentement tneħħew żewġ bombi mhux sploduti.

(99)

Inkella, ix-xogħlijiet ta' rinnovazzjoni kienu jinkludu, fost l-oħrajn, l-adattament tar-runway għal standards moderni fir-rigward tal-wisa', it-tiġdid tas-sistema tal-iskular tal-ilma, id-dwal tan-navigazzjoni u d-dwal tar-runway, is-sinjali, il-provvista tal-enerġija f'każ ta' emerġenza b'paralleliżmu tan-netwerk u l-estensjoni taċ-ċint u tat-taxiway. Ir-rinnovazzjonijiet li jikkonċernaw id-dwal, is-sinjali u t-tneħħija tat-taxiway intalbu f'ilmenti mressqa mill-assoċjazzjoni tal-bdoti “Cockpit”. Parti sostanzjali oħra tar-rinnovazzjoni kienet l-organizzazzjoni mill-ġdid tas-sigurtà tal-ajruport, inklużi ċnut ġodda, bibien, superviżjoni bil-vidjo u intercom, l-installazzjoni ta' bibien li jiżżerżqu, kanali tal-kejbil, eċċ.

(100)

Fl-aħħar nett, il-Ġermanja sostniet li l-għeluq tal-Ajruport ta' Zweibrücken qatt ma kien ikkunsidrat bħala għażla vijabbli, minħabba li l-operat kontinwu tal-ajruport kien meħtieġ minħabba l-finijiet tal-avjazzjoni ġenerali u militari li huwa jservi. Barra minn hekk, f'dan ir-rigward, il-Ġermanja sostniet li l-għeluq u d-dekostruzzjoni tal-ajruport ikunu assoċjati ma' spejjeż mhux ġustifikabbli li jissuperaw bil-bosta l-ispejjeż investiti. Madankollu, il-Ġermanja ma ppreżentat ebda stima tal-ispejjeż relatati mal-għeluq, jew tqabbil ta' dawk l-ispejjeż mal-operazzjonijiet kontinwi.

(101)

F'dan id-dawl, il-Ġermanja qalet li l-forniment ta' servizzi tal-ajruport għall-avjazzjoni kummerċjali jagħmel sens ekonomiku. Il-Ġermanja sostniet li l-maġġoranza kbira tal-ispejjeż ikollhom jitħallsu f'kull każ sabiex ikunu jistgħu jiġu pprovduti servizzi tal-ajruport lill-utenti tal-avjazzjoni ġenerali u militari (infrastruttura eċċ.), għalhekk, l-avjazzjoni kummerċjali tikkawża biss spejjeż addizzjonali limitati, filwaqt li toħloq dħul addizzjonali.

Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(102)

Il-Ġermanja affermat li l-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura tal-Ajruport ta' Zweibrücken la jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u lanqas għandu xi effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-Ġermanja sostniet ukoll li ma jistgħux jiġu dedotti la distorsjoni tal-kompetizzjoni u lanqas effett fuq il-kummerċ mis-sempliċi fatt li hemm ajruporti oħrajn li jinsabu qrib Zweibrücken. Il-Ġermanja saħqet li l-Ajruport ta' Zweibrücken mhuwiex f'kompetizzjoni mal-ajruporti elenkati fid-deċiżjoni tal-ftuħ, speċjalment mal-Ajruport ta' Saarbrücken.

(103)

Fir-rigward tar-relazzjoni bejn l-Ajruport ta' Zweibrücken u l-Ajruport ta' Saarbrücken, il-Ġermanja qalet li ż-żewġ ajruporti jikkumplimentaw lil xulxin, aktar milli huma f'kompetizzjoni. Il-Ġermanja spjegat li ż-żewġ ajruporti għandhom profili differenti, li jirriżultaw mill-infrastruttura differenti tagħhom: l-Ajruport ta' Saarbrücken għandu infrastruttura għall-passiġġieri ta' kwalità ogħla (bħal bini ta' terminal modern) u jikkonċentra fuq titjiriet skedati u passiġġieri li jivvjaġġaw fuq negozju; l-Ajruport ta' Zweibrücken, min-naħa l-oħra, għandu runway itwal b'kapaċità ta' piż ogħla, li tagħmlu aktar addattat għal inġenji tal-ajru itqal li jtiru distanza twila jew li jittrasportaw il-merkanzija. Skont il-Ġermanja, għalhekk, l-Ajruport ta' Zweibrücken jikkonċentra fuq it-titjiriet charter u t-trasportazzjoni tal-merkanzija.

(104)

Abbażi tal-kumplimentarjetà perċepita bejn l-ajruporti ta' Zweibrücken u Saarbrücken, il-Ġermanja ddikjarat li hija prevista kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn iż-żewġ ajruporti. Il-Ġermanja sostniet ukoll li l-gvernijiet reġjonali rispettivi diġà ddeċidew li jikkooperaw aktar mill-qrib fil-ġejjieni, tant li qegħdin jipprevedu l-ħolqien ta' ajruport konġunt (“l-Ajruport ta' Saar-Palatinate”) b'żewġ postijiet (Saarbrücken u Zweibrücken). Skont il-Ġermanja, il-kooperazzjoni għandha twassal għal sinerġiji u għall-iffrankar tal-fondi. Fl-aħħar nett, il-Ġermanja għamlet enfasi fuq id-domanda għal servizzi tal-avjazzjoni fir-reġjun (iż-żewġ ajruporti flimkien diġà għandhom 750 000 passiġġier), billi sostniet li huma biss Saarbrücken u Zweibrücken flimkien li jistgħu jissodisfaw din id-domanda kif xieraq, b'mod partikolari minħabba li l-ajruporti ġirien l-oħrajn ma jistgħux iservu bħala sostituti. Skont il-Ġermanja, għalhekk, l-“Ajruport ta' Saar-Palatinate” ġdid mhux ser ikun f'kompetizzjoni mal-ajruporti ġirien, bħal dawk tal-Lussemburgu, ta' Metz-Nancy-Lorraine u ta' Frankfurt-Hahn.

4.1.1.2.    Il-kompatibbiltà

(105)

Il-Ġermanja spjegat li, anki li kieku l-finanzjament pubbliku tal-miżuri ta' infrastruttura kellu jitqies bħala li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, huwa jkun kompatibbli mas-suq intern minħabba li huwa konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 61 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. Qabel iddiskutiet kull element meħtieġ, il-Ġermanja enfasizzat li l-investimenti infrastrutturali li saru fi Zweibrücken kienu relattivament żgħar meta mqabbla ma' dawk li nstabu li huma kompatibbli mas-suq intern f'ajruporti reġjonali oħrajn iffinanzjati minn fondi pubbliċi u servew biss biex jikkonvertu l-infrastruttura militari eżistenti għall-użu ċivili.

Il-kostruzzjoni u l-operat tal-infrastruttura jissodisfaw objettiv definit b'mod ċar ta' interess komuni

(106)

L-ewwel nett, il-Ġermanja sostniet li l-appoġġ pubbliku għall-investimenti infrastrutturali jissodisfa objettiv definit b'mod ċar ta' interess komuni: l-investimenti infrastrutturali saru f'reġjun megħjun tat-tip C bil-għan li jittejbu l-istrutturi ekonomiċi reġjonali. Il-Ġermanja rrimarkat li l-finanzjament tal-Unjoni (li kien ipprovdut mill-1991 'il quddiem permezz tal-programmi Konver I, Konver II u PERIFRA) intuża għall-konverżjoni tal-infrastruttura militari għal użu ċivili, pereżempju, għall-finanzjament tal-immodernizzar u l-installazzjoni ta' torri u l-iskular tal-ilma fir-runway. Il-Ġermanja affermat li hija ma tistax tifhem għaliex il-Kummissjoni għandha dubji dwar l-objettiv ta' interess komuni wara li pparteċipat fl-iffinanzjar tal-konverżjoni tal-mitjar militari preċedenti.

(107)

Billi pprovdiet il-kuntest storiku, il-Ġermanja spjegat li l-irtirar tal-forzi armati tal-Istati Uniti mill-mitjar ta' Zweibrücken fl-1991 ikkawża problemi strutturali sinifikanti fir-reġjun ta' Zweibrücken, bħal rata tal-qgħad ta' 20 % fil-belt ta' Zweibrücken. Għalhekk, il-Ġermanja qalet li l-konverżjoni tal-mitjar f'ajruport ċivili serva għall-iskop li jinħolqu l-impjiegi u tittejjeb l-infrastruttura ekonomika reġjonali. Il-Ġermanja sostniet ukoll li s-servizzi pprovduti mill-ajruport huma indispensabbli għar-reġjun u li l-ekonomija reġjonali hija dipendenti ħafna fuq infrastruttura tal-avjazzjoni li tkun faċilment aċċessibbli.

(108)

Il-Ġermanja affermat li l-unika raġuni tal-Kummissjoni sabiex tiddubita mill-konformità ma' dak il-kriterju għal darba oħra tidher li hija l-qrubija u l-kompetizzjoni perċepita mal-Ajruport ta' Saarbrücken. B'reazzjoni għal dan, il-Ġermanja reġgħet irreferiet għall-kumplimentarjetà taż-żewġ ajruporti, fejn eskludiet kwalunkwe kompetizzjoni bejniethom. Barra minn hekk, hija affermat ukoll li l-qrubija lejn ajruporti reġjonali oħrajn ma kinitx ta' importanza fir-rigward tal-kwistjoni ta' jekk l-infrastruttura sussidjata tissodisfax objettiv ta' interess komuni. Il-Ġermanja qalet ukoll li l-uniku fattur rilevanti kien l-interess tal-Land Rhineland-Palatinate, minħabba li dan ried iservi l-interessi komuni fit-territorju tiegħu stess u mhux ikollu jiddependi fuq infrastruttura li tinsab f'reġjuni oħrajn.

L-infrastruttura hija neċessarja u proporzjonali għall-objettiv

(109)

Il-Ġermanja spjegat li l-infrastruttura hija neċessarja u proporzjonali għall-objettiv li ġie ffissat. Skont il-Ġermanja, l-investimenti infrastrutturali dejjem kienu limitati sabiex jikkumplimentaw u jestendu l-infrastruttura eżistenti, mingħajr ma joħolqu faċilitajiet addizzjonali għaljin jew elaborati bla bżonn. Hija enfasizzat li ma nħoloq ebda ajruport ġdid fi Zweibrücken, iżda sempliċiment kien hemm ajruport li qabel kien iservi għal skopijiet militari li ġie kkonvertit għal użu ċivili. Il-Ġermanja enfasizzat ukoll li l-infrastruttura hija meħtieġa sabiex jinħolqu l-impjiegi. Skont il-Ġermanja, madwar il-Land Rhineland-Palatinate, inħolqu madwar 5 000 impjieg direttament jew indirettament b'konnessjoni mal-eżistenza tal-Ajruport ta' Zweibrücken. Minn fost dawk il-5 000 impjieg, sal-2011 inħolqu 2 708 impjiegi direttament u indirettament fl-ajruport jew fiż-żona ta' konverżjoni tal-madwar. Dawn l-impjiegi għenu wkoll sabiex jiġu ffrankati spejjeż soċjali (EUR 25 miljun fis-sena) u sabiex jinħoloq introjtu mit-taxxa. Il-Ġermanja ddikjarat ukoll li l-impjiegi huma partikolarment importanti f'din iż-żona b'rata ta' qgħad li bħalissa hija 2 % aktar mill-medja tal-Land. Il-Ġermanja sostniet li żewġ opinjonijiet ta' esperti jenfasizzaw l-importanza tal-ajruport għall-ekonomija reġjonali (22).

(110)

Il-Ġermanja enfasizzat għal darba oħra li l-qrubija għall-Ajruport ta' Saarbrücken ma ddgħajjifx in-neċessità u l-proporzjonalità tal-infrastruttura fi Zweibrücken. Skont il-Ġermanja, l-infrastruttura fi Zweibrücken hija meħtieġa għall-inġenji tal-ajru kbar u tqal minħabba li huma jistgħu jinżlu biss fi Zweibrücken, billi r-runway f'Saarbrücken ma tipprovdix it-tul meħtieġ. Il-Ġermanja żżid li Zweibrücken joffri wkoll il-possibbiltà ta' titjiriet bil-lejl, li hija importanti għat-titjiriet bil-merkanzija.

L-infrastruttura toffri prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq perjodu ta' żmien medju

(111)

Il-Ġermanja ddikjarat li l-infrastruttura toffri prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq perjodu ta' żmien medju. Il-Ġermanja enfasizzat li l-għadd ta' passiġġieri għall-Ajruport ta' Zweibrücken żdied minn 17 732 passiġġier biss fl-2005 għal 223 165 passiġġier fl-2011. Hija spjegat li, skont dak il-kriterju, huwa biss l-għadd ipproġettat ta' passiġġieri li huwa rilevanti, u li l-projezzjonijiet rilevanti juru żieda fid-domanda fir-reġjun. B'referenza għall-istudju ta' previżjoni pprovdut minn “Desel Consulting” u l-“Airport Research GmbH” fl-2009, il-Ġermanja sostniet li sal-2025 tista' tkun mistennija żieda għal mill-inqas 1 350 000 passiġġier fl-Ajruport ta' Zweibrücken.

(112)

Il-Ġermanja affermat għal darba oħra li l-qrubija tal-Ajruport ta' Saarbrücken ma naqqsitx mill-prospetti għall-użu fuq perjodu ta' żmien medju ta' Zweibrücken. Hija ssottomettiet previżjonijiet li juru li l-Ajruport ta' Saarbrücken jista' jistenna wkoll żieda fl-għadd ta' passiġġieri u li l-kooperazzjoni prevista bejn iż-żewġ ajruporti tiżgura li dawn ma jikkompetux għall-istess passiġġieri fil-ġejjieni.

Aċċess ugwali u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura

(113)

Il-Ġermanja ddikjarat li l-utenti potenzjali kollha tal-infrastruttura għandhom aċċess għaliha b'mod ugwali u mhux diskriminatorju. Fil-prinċipju, l-iskeda tat-tariffi mill-2005 tapplika b'mod uniformi għall-utenti kollha tal-ajruport taħt l-istess kundizzjonijiet. Filwaqt li l-Ġermanja sostniet li fil-prattika ntlaħaq qbil fuq xi devjazzjonijiet mill-iskeda ta' tariffi uffiċjali għat-titjiriet skedati u charter, hija qalet ukoll li ġew offruti tariffi mnaqqsin għall-ewwel sena u skontijiet lill-kumpaniji kollha tal-linji tal-ajru fuq bażi mhux diskriminatorja, bi kwoti komparabbli.

L-iżvilupp tal-kummerċ mhuwiex affettwat sa ċertu punt li jmur kontra l-interess tal-Unjoni; il-prinċipji ġenerali tan-neċessità u tal-proporzjonalità

(114)

Il-Ġermanja spjegat li l-iżvilupp tal-kummerċ mhuwiex affettwat sa ċertu punt li jmur kontra l-interess komuni abbażi tal-argumenti li saru diġà. Skont il-Ġermanja, il-miżuri kienu meħtieġa minħabba li l-Ajruport ta' Zweibrücken ma jistax jiġi sostitwit mill-Ajruport ta' Saarbrücken. Il-Ġermanja żiedet li l-investimenti infrastrutturali kienu limitati għall-miżuri meħtieġa sabiex tiġi żgurata s-sikurezza operaztorja tal-ajruport. F'dan il-kuntest, hija enfasizzat li l-immodernizzar tar-runway kien ikun neċessarju anki li kieku l-Ajruport ma kienx disponibbli għall-avjazzjoni kummerċjali.

4.1.2.   GĦAJNUNA OPERATORJA

4.1.2.1.    Eżistenza tal-għajnuna

(115)

Fir-rigward tal-kwistjoni ta' jekk l-operat ta' ajruport huwiex attività ekonomika, il-Ġermanja tenniet li qabel ma l-Ajruport beda jipprovdi servizzi għall-avjazzjoni kummerċjali fl-2006, huwa serva biss għall-finijiet tal-avjazzjoni ġenerali u tal-avjazzjoni militari. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja sostniet li l-iffinanzjar tal-operat tal-ajruport fir-rigward ta' dawk l-attivitajiet ma kienx jikkostitwixxi attività ekonomika.

(116)

Il-Ġermanja qalet ukoll li l-maġġoranza tat-telf ta' FZG li huwa kopert minn FGAZ permezz tal-Ftehim P&L jirriżulta mill-fatt li FZG twettaq kompiti li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Skont il-Ġermanja, il-kopertura tal-ispejjeż relatati mal-eżekuzzjoni tas-setgħat pubbliċi ma tistax tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(117)

Fir-rigward tal-elementi li jifdal tad-definizzjoni tal-għajnuna mill-Istat fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-Ġermanja rreferiet għall-argumenti mressqa minnha fuq dan l-aspett fir-rigward tal-miżuri ta' investimenti infrastrutturali, fejn sostniet li huma japplikaw b'mod ugwali hawnhekk.

4.1.2.2.    Kompatibbiltà

Id-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005

(118)

Il-Ġermanja sostniet li l-pagamenti annwali li jkopru t-telf ta' FZG huma konformi mal-prinċipji tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005. Il-Ġermanja affermat li l-liċenzja għall-operat tal-Ajruport, li timponi dmir li jopera, tikkostitwixxi l-att ta' inkarigu. Barra minn hekk, il-Ġermanja ddikjarat li l-Ajruport kien mill-inqas “fattwalment” fdat bil-forniment ta' SIEĠ. Madankollu, skont il-Ġermanja, anki li kieku l-Kummissjoni kellha ssib li ma kien jeżisti ebda att ta' inkarigu, l-għajnuna operatorja lill-Ajruport xorta waħda tkun konformi mal-prinċipji tar-regoli dwar l-SGEI u, għalhekk, ikollha titqies bħala kompatibbli mas-suq intern.

(119)

Barra minn hekk, il-Ġermanja ma laqgħetx is-suġġeriment tal-Kummissjoni li d-dmir tal-operat skont il-liċenzja għall-operat tal-ajruport jiġi fi tmiemu awtomatikament jekk l-ajruport iwaqqaf l-operazzjonijiet tiegħu. Hija affermat li l-appoġġ finanzjarju mogħti lill-ajruport iservi biex jippermetti lill-ajruport ikompli jopera u b'hekk jissodisfa d-dmir tiegħu li jopera, jiġifieri, li jipprovdi s-SIEĠ li bih kien inkarigat. Il-Ġermanja sostniet ukoll li l-prevenzjoni tal-għeluq tal-faċilità hija l-essenza tad-dmir tal-operat.

(120)

B'referenza għad-diskrezzjoni wiesgħa tal-Istati Membri li jiddefinixxu x'jikkostitwixxi SIEĠ, il-Ġermanja rrimarkat li hija kellha d-diskrezzjoni sabiex tiddetermina n-neċessità u l-firxa tal-inkarigu tal-ajruport b'SIEĠ. Sa fejn il-Kummissjoni rreferiet għall-qrubija għall-Ajruport ta' Saarbrücken, il-Ġermanja enfasizzat għal darba oħra li, mingħajr iż-żewġ ajruporti, ir-reġjun jispiċċa jsofri minn nuqqas ta' provvista ta' servizzi tal-ajruport, li allura jwassal għall-ħtieġa li ż-żewġ ajruporti jiġu inkarigati b'SIEĠ.

It-Taqsimiet 4.2 u 4.3 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005

(121)

Il-Ġermanja affermat li anki li kieku l-għajnuna operatorja kellha titqies bħala li ma kinitx eżentata minn notifika skont id-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005, hija xorta waħda tkun kompatibbli skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005.

(122)

Mill-bidu nett, il-Ġermanja enfasizzat li parti kbira mit-telf kopert jirriżulta mill-fatt li l-Ajruport iwettaq attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Barra minn hekk, hija rrimarkat li l-Ftehim P&L ma jkoprix l-ispejjeż li “normalment” ikollu jħallas operatur ta' ajruport. F'dan il-kuntest, hija sostniet li parti kbira mill-ispejjeż mhux relatati mat-twettiq tal-attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika joriġinaw mill-istorja partikolari tal-ajruport ta' Zweibrücken u, f'dan is-sens, mhumiex “spejjeż normali”. Il-Ġermanja sostniet li l-Ajruport għandu l-obbligu li jakkomoda l-avjazzjoni ġenerali u kellu jġarrab l-ispejjeż għall-konverżjoni tal-infrastruttura militari eżistenti.

(123)

Fi kwalunkwe każ, il-Ġermanja affermat li l-kundizzjonijiet tat-Taqsimiet 4.2 u 4.3 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 ġew issodisfati “fattwalment”. B'mod partikolari, il-Ġermanja ddikjarat li, billi huwa biss it-telf attwali li jiġi kopert, il-preżenza ta' kumpens eċċessiv tista' tiġi eskluża.

4.2.   GĦAJNUNA POTENZJALI B'KONNESSJONI MA' SELF BANKARJU U L-PARTEĊIPAZZJONI FIL-FOND INTERN TAL-FLUS TAL-LAND RHINELAND-PALATINATE

(124)

Fir-rigward tas-self bankarju, il-Ġermanja sostniet li Sparkasse Südwestpfalz, li ta s-self, jopera bħala bank kummerċjali normali u aġixxa bħala tali fl-għoti tas-self, għalhekk, id-deċiżjoni li jingħata s-self mhijiex imputabbli lill-Istat. Il-Ġermanja żiedet li meta ġiet biex tieħu s-self, FZG qabblet l-offerti li saru minn diversi banek, u s-self offrut minn Sparkasse kien konformi mat-termini tas-suq.

(125)

Fir-rigward tal-garanzija ta' 100 % tas-self mogħti mil-Land, il-Ġermanja qalet li hija prattika kummerċjali normali għal azzjonist li jiggarantixxi s-self meħud mis-sussidjarji tiegħu. Fi kwalunkwe każ, il-Ġermanja sostniet li s-self intuża esklussivament għall-immodernizzar tar-runway, minħabba tħassib relatat mas-sikurezza u, b'hekk, jaqa' fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. B'hekk, minħabba li l-miżura ffinanzjata mis-self ma kinitx soġġetta għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, hija sostniet li l-garanzija mogħtija mil-Land ma tikkostitwixxi ebda għajnuna. Fl-aħħar nett, il-Ġermanja affermat li anki li kieku l-garanzija kellha titqies bħala li hija soġġetta għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, ma ngħata ebda vantaġġ lil FZG, minħabba li r-rata tal-imgħax fuq is-self garantit xorta waħda kienet ogħla minn dik fuq is-self komparabbli mogħti lil FGAZ, li ma kienx kopert minn garanzija.

(126)

Fir-rigward tal-fond intern tal-flus, il-Ġermanja sostniet li l-fond inter tal-flus tal-Land huwa mekkaniżmu ta' finanzjament normali użat fir-relazzjoni bejn il-kumpaniji prinċipali u s-sussidjarji. Il-Ġermanja ddikjarat li l-fond intern tal-flus huwa strument finanzjarju li ġie stabbilit mil-Land fl-2002. L-istituzzjonijiet u l-fondazzjonijiet tal-Land u l-impriżi kollha rregolati mil-liġi privata, li minnhom il-Land jippossjedi aktar minn 50 %, jistgħu jipparteċipaw fil-faċilità tal-fond tal-flus. Il-Ġermanja spjegat li l-bilanċ tal-kont ta' kuljum tal-fond tal-flus huwa ġestit mil-“Landeshauptkasse” tal-Land.

(127)

Skont il-Ġermanja, il-fond tal-flus mhuwiex iffinanzjat direttament mill-baġit tal-Land, iżda mill-flus żejda tal-parteċipanti. Il-Ġermanja tispjega wkoll li kwalunkwe flus żejda fil-fond tal-flus jiġu investiti fis-swieq kapitali; bl-istess mod, defiċit jiġi bbilanċjat bis-self miksub fis-suq kapitali. B'hekk, il-Ġermanja kienet tal-opinjoni li kwalunkwe appoġġ finanzjarju mill-faċilità tal-fond tal-flus ma jingħatax permezz ta' riżorsi tal-Istat u mhuwiex imputabbli lill-Istat.

(128)

Il-Ġermanja rrimarkat li anki jekk ma huwa meħtieġ ebda kollateral mingħand l-impriżi li jibbenifikaw mill-ġabra komuni ta' flus, dawn jinsabu taħt is-superviżjoni tal-Land u, bħala azzjonist maġġoritarju ta' FGAZ, il-Land dejjem jista' jitlob titoli.

(129)

Fl-opinjoni tal-Ġermanja, jagħmel sens ekonomiku li l-kumpanija prinċipali tagħti ċ-ċans lis-sussidjarji tagħha jiffinanzjaw lilhom infushom b'rati komparabbli għal dawk disponibbli għall-kumpanija prinċipali — f'dan il-każ il-Land Rhineland-Palatinate — innifisha. Għalhekk, skont il-Ġermanja, il-finanzjament derivat mill-fond tal-flus ma jistax jitqabbel ma' self klassiku. Fl-aħħar nett, il-Ġermanja affermat li l-Land qatt ma injetta riżorsi mill-baġit regolari tiegħu fil-fond tal-flus, iżda minflok straħ fuq il-kapital fis-suq, fejn kien meħtieġ.

(130)

Fid-dawl tal-affermazzjoni li s-self, il-garanzija u l-fond tal-flus ma jikkostitwixxu ebda għajnuna mill-Istat, il-Ġermanja ma ppreżentat ebda argument dwar il-kompatibbiltà tagħhom.

4.3.   SKONTIJIET FUQ IT-TARIFFI TAL-AJRUPORT GĦAL RYANAIR, GERMANWINGS U TUIFly

(131)

Il-Ġermanja sostniet li l-kuntratti bejn l-Ajruport ta' Zweibrücken u d-diversi linji tal-ajru ma kienu jinkludu ebda għajnuna mill-Istat, minħabba li qabelxejn ma kinux imputabbli lill-Istat. Hija affermat li n-negozjati u l-konklużjoni ta' dawk il-ftehimiet kienu r-responsabbiltà ta' FZG u kienu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompiti purament kummerċjali tagħha. Skont il-Ġermanja, filwaqt li l-kuntratti kienu diskussi mal-bord superviżorju ta' FZG, il-Land Rhineland-Palatinate kien involut biss indirettament permezz tar-rappreżentanti tiegħu fuq il-bord superviżorju ta' FGAZ. Il-Ġermanja żiedet li l-Land ma pparteċipax direttament fi kwalunkwe negozjati mal-linji tal-ajru dwar l-iskontijiet. Il-Ġermanja sostniet li l-imputabbiltà tista', finalment, ma tirriżultax mill-fatt li l-iskeda ta' tariffi kellha tiġi approvata minn awtorità superviżorja pubblika skont il-paragrafu 43a tal-LuftVZO, li huwa rekwiżit regolatorju ġenerali li japplika għall-ajruporti pubbliċi u privati bl-istess mod.

(132)

Il-Ġermanja kienet ukoll tal-opinjoni li l-iskontijiet mogħtija lil diversi linji tal-ajru ma tawhom ebda vantaġġ selettiv, billi l-iskontijiet kienu ugwalment disponibbli għal-linji tal-ajru interessati kollha. Hija sostniet li l-iskontijiet kienu jagħtu vantaġġ selettiv biss li kieku ma kinux disponibbli fuq bażi mhux diskriminatorja u li kieku kien hemm linja tal-ajru waħda li ħallset tariffi ogħla jew orħos minn oħrajn, mingħajr ma kien hemm xi raġuni oġġettiva għal din id-differenzjazzjoni.

(133)

Skont il-Ġermanja, fl-istess ħin, l-għoti tal-iskontijiet jitqies bħala li għamel sens ekonomiku għal FZG, minħabba li ppermetta lil-linji tal-ajru jistabbilixxu lilhom infushom f'ajruport li kien ġdid għall-avjazzjoni kummerċjali. Il-Ġermanja sostniet li, bl-għoti tal-iskontijiet, l-Ajruport iddistribwixxa r-riskju involut fl-istabbiliment ta' rotta ġdida bejnu u l-linji tal-ajru, filwaqt li ppermetta wkoll li ż-żewġ naħat japprofittaw minn żieda fl-għadd ta' passiġġieri. Il-Ġermanja affermat li, mingħajr l-iskontijiet, il-linji tal-ajru ma kinux ikunu lesti li jistabbilixxu lilhom infushom fi Zweibrücken.

(134)

Il-Ġermanja qalet li l-iskontijiet għal-linji tal-ajru għandhom jitqiesu bħala possibbiltà sabiex jiġi ġġenerat dħul addizzjonali għal FZG, billi l-ispejjeż fissi għall-operat tal-ajruport kellhom jitħallsu f'kull każ (biex iservi għall-avjazzjoni ġenerali u militari), filwaqt li l-istabbiliment ta' linji tal-ajru ġodda jikkawża biss spejjeż varjabbli addizzjonali marġinali ħafna. Skont il-Ġermanja, minħabba li l-inizjattiva li jiġu servuti linji tal-ajru ġodda ma wasslitx għal spejjeż inkrementali notevoli, ma kienx meħtieġ li jitħejjew pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju ex ante sabiex jiġi ddeterminat jekk kuntratt ma' linja tal-ajru jkunx inkrementalment profittabbli.

(135)

Skont il-Ġermanja, it-tariffi mnaqqsin tal-ajruport mhumiex selettivi minħabba li ngħataw fuq bażi mhux diskriminatorja. Għalhekk, il-Ġermanja kienet tal-opinjoni li ma kien hemm ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-Ġermanja affermat li l-linji tal-ajru ma setgħux joħolqu pożizzjoni aktar b'saħħitha fis-suq abbażi ta' dawn it-tariffi.

(136)

Fid-dawl tal-affermazzjoni li l-iskontijiet offruti lil diversi linji tal-ajru ma jikkostitwixxu ebda għajnuna mill-Istat, il-Ġermanja ma ressqet ebda argument li jikkonċerna l-kompatibbiltà tagħhom.

4.4.   KUNTRATTI TA' KUMMERĊJALIZZAZZJONI MA' RYANAIR U AMS

(137)

Il-Ġermanja enfasizzat li l-kuntratti ta' kummerċjalizzazzjoni konklużi bejn il-Land u AMS huma indipendenti minn FZG. Il-Ġermanja affermat li l-għan tal-kuntratti ta' kummerċjalizzazzjoni kien li jinxtraw servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni bi prezz tas-suq li primarjament jippromwovu lil-Land Rhineland-Palatinate bħala destinazzjoni għat-turiżmu u għal attivitajiet ekonomiċi. Skont il-Ġermanja, billi l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma kienx immirat speċifikament biex jippromwovi lill-ajruport, ma kien hemm ebda konnessjoni bejn il-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni u l-għadd ta' passiġġieri. Il-Ġermanja ddikjarat li, inċidentalment, il-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni mmiraw ukoll li jippromwovu l-Ajruport ta' Zweibrücken.

(138)

Filwaqt li enfasizzat li bil-konklużjoni tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni l-Land sempliċiment xtara s-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni bil-prezz tas-suq, il-Ġermanja sostniet li l-kuntratt ta' kummerċjalizzazzjoni ma kienx jinkludi għajnuna mill-Istat u ma kellux bżonn jiġi vvalutat bħala miżura ta' għajnuna li minnha tibbenifika linja tal-ajru skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005.

5.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

5.1.   RYANAIR

5.1.1.   TARIFFI TAL-AJRUPORT SKONTATI

(139)

Ryanair affermat li l-iskontijiet mogħtija lil diversi linji tal-ajru minn FZG ma kienu jinkludu ebda għajnuna mill-Istat, minħabba li kienu konformi mal-prinċipju tal-OES. L-ewwel nett, Ryanair sostniet li fl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-OES għar-relazzjoni bejn l-ajruport u l-linji tal-ajru, għandu jiġi mistoqsi biss jekk il-kuntratt kienx inkrementalment profittabbli għall-ajruport. Ryanair kienet tal-fehma li l-ispejjeż infrastrutturali u operatorji fissi kollha għandhom jiġu ttrattati bħala spejjeż mitlufa. Skont Ryanair, meta tiġi biex tivvaluta jekk il-kuntratt kienx konformi mal-prinċipju tal-OES, b'hekk, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra biss l-ispejjeż inkrementali tal-ajruport, li huma direttament relatati mal-forniment ta' servizzi fl-ajruport lil-linja tal-ajru inkwistjoni, u teżamina jekk id-dħul totali derivat mill-kuntratt kienx jissupera dawk l-ispejjeż inkrementali. F'dan il-kuntest, Ryanair enfasizzat li l-ispejjeż tal-infrastruttura ma kellhom ebda konnessjoni mal-ftehim bejn Ryanair u FZG u li, għalhekk, dawn ma jistgħux jitqiesu bħala spejjeż inkrementali konnessi ma' dak il-ftehim.

(140)

Min-naħa l-oħra, fil-valutazzjoni tal-introjtu, Ryanair affermat li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll l-esternalitajiet tan-netwerk li kienu mistennija jimmaterjalizzaw meta FZG u Ryanair ikkonkludew il-kuntratt dwar is-servizzi fl-2008. Ryanair qalet li l-fatt li fl-aħħar mill-aħħar dawk l-esternalitajiet tan-netwerk ma mmaterjalizzawx ma setax ikun previst u, għalhekk, ma kellu ebda rilevanza.

(141)

Ryanair spjegat ukoll li l-iskont ma ffavorixxiex lil Ryanair b'mod selettiv. Ryanair affermat li l-iskont disponibbli għall-ewwel sena tal-operazzjonijiet kien offrut bħala rikonoxximent għar-riskju kummerċjali sinifikanti li hija ħadet meta stabbilixxiet operazzjonijiet skedati matul is-sena kollha lejn ajruport li f'dak iż-żmien kien għadu mhux magħruf. Skont Ryanair, fil-każ ta' Zweibrücken ma kien jagħmel ebda sens għal Ryanair li taċċetta tali riskju kummerċjali mingħajr skema ta' inċentiv.

(142)

Barra minn hekk, Ryanair iddikjarat li arranġament simili kien miftuħ għal kwalunkwe linja tal-ajru oħra, jiġifieri l-iskont fuq it-tariffi għas-servizzi offruti fl-ajruport għall-ewwel sena tal-operat kien disponibbli għal-linji tal-ajru kollha li bdew rotot ġodda minn Zweibrücken. B'mod partikolari, Ryanair enfasizzat li l-kuntratt tagħha ma' FZG kien jinkludi klawżola li tgħid li “[d]an il-Ftehim jiġi konkluż fuq bażi mhux esklussiva. Il-Partijiet jaqblu li l-kundizzjonijiet mogħtija lil Ryanair skont il-Ftehim ikunu disponibbli wkoll, fuq bażi trasparenti u mhux diskriminatorja, għal kwalunkwe linja tal-ajru oħra li timpenja ruħha għal volum ekwivalenti ta' attività tal-linji tal-ajru fl-Ajruport” (23).

(143)

Fi kwalunkwe każ, Ryanair sostniet li l-ftehimiet bejnha u FZG ma jistgħux jinkludu għajnuna mill-Istat minħabba li mhumiex imputabbli lill-Istat. Ryanair affermat li l-evidenza użata mill-Kummissjoni sabiex turi l-imputabbiltà lill-Istat mhijiex biżżejjed, minħabba li din tista' tirrifletti l-interess tal-awtoritajiet pubbliċi fir-relazzjonijiet kummerċjali tal-ajruport u fil-ġejjieni tiegħu, iżda ma turi ebda involviment attwali tal-awtoritajiet pubbliċi fin-negozjati u l-ftehimiet ta' FZG ma' Ryanair.

(144)

Barra minn hekk, Ryanair ippreżentat serje ta' noti mħejjija minn Oxera, kif ukoll analiżi mħejjija mill-Professur Damien P. McLoughlin.

Nota 1 ta' Oxera — Identifying the market benchmark in comparator analysis for MEO tests. Ryanair State aid cases (L-identifikazzjoni tal-valur referenzjarju tas-suq fl-analiżi komparattiva għat-testijiet tal-OES. Il-kawżi ta' għajnuna mill-Istat relatati ma' Ryanair), imħejjija minn Oxera għal Ryanair, fid-9 ta' April 2013

(145)

Oxera kienet temmen li l-approċċ tal-Kummissjoni li taċċetta biss ajruporti ta' referenza li jinsabu fl-istess żona ta' lħuq tal-ajruport taħt investigazzjoni huwa żbaljat.

(146)

Oxera sostniet li l-prezzijiet ta' referenza tas-suq li jinkisbu mill-ajruporti ta' referenza mhumiex imniġġsa mill-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-ajruporti tal-madwar. Għalhekk, huwa possibbli li l-valur referenzjarju tas-suq jiġi kkalkolat b'mod affidabbli għat-testijiet tal-OES.

(147)

Dan minħabba li:

(a)

l-analiżijiet ta' referenza jintużaw b'mod wiesa' għat-testijiet tal-OES barra mill-qasam tal-għajnuna mill-Istat;

(b)

il-kumpaniji jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ta' xulxin biss fil-każ li l-prodotti tagħhom ikunu sostitwibbli jew kumplimentari;

(c)

l-ajruporti fl-istess żona ta' lħuq mhux neċessarjament jikkompetu ma' xulxin, u l-ajruporti ta' referenza użati fir-rapporti ppreżentati jiffaċċjaw biss kompetizzjoni limitata mill-ajruporti tal-Istat fiż-żoni ta' lħuq rispettivi tagħhom (inqas minn terz tal-ajruporti kummerċjali fiż-żoni ta' lħuq tal-ajruporti ta' referenza huma kompletament proprjetà tal-Istat u ebda wieħed minnhom ma kien soġġett għal investigazzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat (minn April 2013));

(d)

anki meta l-ajruporti ta' referenza jiffaċċjaw kompetizzjoni minn ajruporti tal-Istat fl-istess żona ta' lħuq, jista' jkun hemm lok sabiex wieħed jemmen li l-imġiba tagħhom tkun konformi mal-prinċipju tal-OES (pereżempju, meta s-settur privat ikollu sehem ta' sjieda kbir jew meta l-ajruport ikun immexxi mill-privat);

(e)

l-ajruporti tal-OES mhux ser jiffissaw prezzijiet taħt l-ispiża inkrementali.

Nota 2 ta' Oxera — Principles underlying profitability analysis for MEO tests. Ryanair State aid cases (Il-prinċipji sottostanti għall-analiżi tal-profittabbiltà għat-testijiet tal-OES. Il-kawżi ta' għajnuna mill-Istat relatati ma' Ryanair), imħejjija minn Oxera għal Ryanair, fid-9 ta' April 2013.

(148)

Oxera sostniet li l-analiżi tal-profittabbiltà mwettqa minn Oxera fir-rapporti tagħha ppreżentati lill-Kummissjoni ssegwi l-prinċipji li għandhom jiġu adottati minn investitur razzjonali fis-settur privat u tirrifletti l-approċċ li jirriżulta mill-preċedenti tal-Kummissjoni.

(149)

Il-prinċipji sottostanti għall-analiżi tal-profittabbiltà huma:

(a)

il-valutazzjoni titwettaq fi stadji;

(b)

mhux bilfors hemm bżonn ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju ex ante;

(c)

fil-każ ta' ajruport mhux traffikuż, l-approċċ ibbażat fuq il-prinċipju tas-“single till” huwa l-metodu ta' pprezzar adegwat,

(d)

għandu jitqies biss il-qligħ marbut mal-attività ekonomika tal-ajruport li jkun qed jopera;

(e)

għandu jiġi kkunsidrat it-tul ta' żmien kollu tal-ftehim, inkluża kull estensjoni;

(f)

il-flussi finanzjarji futuri għandhom jiġu skontati sabiex tkun tista' tiġi vvalutata l-profittabbiltà tal-ftehimiet;

(g)

il-profittabbiltà inkrementali li ġabu magħhom il-ftehimiet ta' Ryanair għall-ajruporti għandha tiġi vvalutata abbażi ta' stimi tar-rata ta' redditu interna jew tal-miżuri bbażati fuq il-valur preżenti nett (VPN).

Analiżi tal-Professur Damien P. McLoughlin — Brand building: why and how small brands should invest in marketing (Il-bini tal-marki kummerċjali: għaliex u kif marki kummerċjali żgħar għandhom jinvestu fil-kummerċjalizzazzjoni), imħejjija għal Ryanair, fl-10 ta' April 2013

(150)

Id-dokument kellu l-għan li jistabbilixxi l-loġika kummerċjali sottostanti għad-deċiżjonijiet tal-ajruporti reġjonali li jixtru reklamar fuq Ryanair.com mingħand AMS.

(151)

Id-dokument saħaq li jeżisti għadd kbir ta' ajruporti b'saħħithom ħafna, magħrufa sewwa u li jintużaw b'mod abitwali. Il-kompetituri aktar dgħajfa għandhom jegħlbu l-imġiba statika tal-konsumaturi fir-rigward tax-xiri sabiex ikunu jistgħu jespandu n-negozju tagħhom. L-ajruporti reġjonali iżgħar iridu jsibu mod kif jikkomunikaw b'mod konsistenti l-messaġġ marbut mal-marka kummerċjali tagħhom lill-aktar udjenza wiesgħa possibbli. Il-forom tradizzjonali ta' komunikazzjoni relatata mal-kummerċjalizzazzjoni jeħtieġu nfiq li jisboq ir-riżorsi tagħhom.

Noti 3 u 4 ta' Oxera — How should AMS Agreements be treated within the profitability analysis as part of the market operator test? (Kif għandhom ikunu ttrattati l-ftehimiet ta' AMS fl-analiżi tal-profittabbiltà bħala parti mit-test tal-operatur f'ekonomija tas-suq?), is-17 u l-31 ta' Jannar 2014

(152)

Ryanair issottomettiet aktar rapporti mħejjija mill-impriża ta' konsulenza tagħha Oxera. F'dawn ir-rapporti, Oxera ddiskutiet il-prinċipji li, skont il-linja tal-ajru, għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni bħala parti mit-test tal-OES fl-analiżi tal-profittabbiltà ta', minn naħa waħda, il-ftehimiet dwar is-servizzi offruti fl-ajruport bejn Ryanair u l-ajruporti u, min-naħa l-oħra, il-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni bejn AMS u l-istess ajruporti (24). Ryanair enfasizzat li dawk ir-rapporti b'ebda mod ma jbiddlu l-pożizzjoni tagħha ppreżentata aktar kmieni li l-ftehimiet dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu analizzati taħt testijiet tal-OES separati.

(153)

Ir-rapporti indikaw li l-profitti ġġenerati minn AMS għandhom jiġu inklużi bħala introjtu f'analiżi konġunta dwar il-profittabbiltà, filwaqt li l-infiq ta' AMS irid jiġi inkorporat fl-ispejjeż. Għal dan il-għan, ir-rapporti ssuġġerew li tiġi applikata metodoloġija bbażata fuq il-likwidità għall-analiżi konġunta tal-profittabbiltà, li tfisser li n-nefqa mill-ajruporti fuq AMS tista' tiġi ttrattata bħala nfiq operatorju inkrementali.

(154)

Ir-rapporti enfasizzaw li l-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni jikkontribwixxu għall-ħolqien u s-sostenn tal-valur tal-marka kummerċjali, li jgħinu sabiex jiġu ġġenerati effetti u benefiċċji mhux biss tul il-kuntratt, iżda wkoll wara t-terminazzjoni tiegħu. Dan ikun partikolarment il-każ jekk, minħabba l-fatt li Ryanair ikkonkludiet ftehim ma' dan l-ajruport, ikun hemm linji tal-ajru oħrajn li jistabbilixxu lilhom infushom fl-ajruport, ċaqliqa li min-naħa tagħha għandha tattira aktar ħwienet biex jiftħu hemmhekk u, għalhekk, irendu aktar introjtu minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għall-ajruport. Skont Ryanair, jekk il-Kummissjoni tipproċedi biex twettaq analiżi konġunta tal-profittabbiltà, dawk il-benefiċċji jridu jittieħdu f'kunsiderazzjoni billi l-infiq ta' AMS jiġi ttrattat bħala spejjeż operatorji inkrementali, netti mill-ħlasijiet ta' AMS.

(155)

Barra minn hekk, Ryanair hija tal-opinjoni li għandu jiġi inkluż valur terminali fil-profitti inkrementali pproġettati fi tmiem il-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport sabiex jittieħed f'kunsiderazzjoni l-valur iġġenerat wara t-terminazzjoni tal-ftehim. Il-valur terminali jista' jiġi adattat fuq il-bażi ta' probabbiltà ta' “tiġdid”, li tkejjel l-aspettattiva li l-profitti ser jippersistu wara t-terminazzjoni tal-ftehim ma' Ryanair jew jekk jiġu maqbula kundizzjonijiet simili ma' linji tal-ajru oħrajn. Ryanair kienet tal-fehma li mbagħad ikun possibbli li jiġi kkalkolat limitu aktar baxx għall-benefiċċji ġġenerati b'mod konġunt mill-ftehim ma' AMS u mill-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport, li jkun jirrifletti l-inċertezzi tal-profitti inkrementali wara t-terminazzjoni tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport.

(156)

Sabiex jissupplimentaw dan l-approċċ, ir-rapporti ppreżentaw sinteżi tar-riżultati tal-istudji dwar l-effetti tal-kummerċjalizzazzjoni fuq il-valur ta' marka kummerċjali. Dawk l-istudji jirrikonoxxu li l-kummerċjalizzazzjoni tista' tappoġġja l-valur ta' marka kummerċjali u tista' tgħin sabiex tinbena klijentela. Skont ir-rapporti, fil-każ ta' ajruport, il-kummerċjalizzazzjoni fuq Ryanair.com iżżid il-viżibbiltà tal-marka kummerċjali b'mod partikolari. Barra minn hekk, ir-rapporti ddikjaraw li l-ajruporti reġjonali iżgħar li jixtiequ jżidu t-traffiku tal-ajru tagħhom jistgħu għalhekk iżidu l-valur tal-marka kummerċjali tagħhom b'mod partikolari billi jikkonkludu ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS.

(157)

Fl-aħħar nett, ir-rapporti indikaw li approċċ ibbażat fuq il-likwidità għandu jiġi ppreferut fuq approċċ ta' kapitalizzazzjoni, fejn l-ispejjeż tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni pprovduti minn AMS jiġu ttrattati bħala nefqa kapitali fuq assi intanġibbli (jiġifieri, il-valur tal-marka kummerċjali) (25). L-approċċ ta' kapitalizzazzjoni jikkunsidra biss il-proporzjon tan-nefqa fuq il-kummerċjalizzazzjoni attribwibbli għall-assi intanġibbli ta' ajruport. L-infiq fuq il-kummerċjalizzazzjoni jiġi ttrattat bħala nefqa kapitali f'assi intanġibbli u mbagħad jiġi deprezzat għat-tul tal-kuntratt, b'kunsiderazzjoni ta' valur residwu mat-terminazzjoni prevista tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport. Dan l-approċċ ma jikkunsidrax il-profitti inkrementali li ġġib magħha l-konklużjoni tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport ma' Ryanair u huwa wkoll diffiċli li jiġi kkalkolat il-valur tal-assi intanġibbli minħabba l-ispejjeż tal-marka kummerċjali u l-perjodu ta' żmien ta' użu tal-assi. Il-metodu tal-likwidità huwa aktar addattat minn approċċ ta' kapitalizzazzjoni, minħabba li tal-aħħar ma jaqbadx il-benefiċċji pożittivi għall-ajruport li huma mistennija bħala riżultat tal-iffirmar tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport ma' Ryanair.

5.1.2.   FTEHIMIET DWAR IS-SERVIZZI TA' KUMMERĊJALIZZAZZJONI

(158)

Ryanair enfasizzat li l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMS huma separati mill-ftehimiet ta' Ryanair mal-ajruporti u għandhom jiġu valutati separatament, minħabba li ma jistgħux jitqiesu bħala benefiċjarju wieħed. Il-ftehimiet ġew innegozjati b'mod indipendenti, kienu relatati ma' servizzi differenti u ma kinux soġġetti għal xi rabta li tiġġustifika l-kunsiderazzjoni tagħhom bħala miżura waħda ta' għajnuna allegatament mogħtija mill-Istat. Il-konklużjoni ta' ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS mhijiex kundizzjoni għall-operat tar-rotot minn Ryanair lejn u minn ajruport. Ryanair enfasizzat li l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMS kien konkluż mal-Ministeru, il-koproprjetarju tal-ajruport, u li minnu bbenefika l-ajruport, iżda ma kienx intiż biex itejjeb il-fattur tat-tagħbija jew ir-rendiment fuq ir-rotot ta' Ryanair.

(159)

Fir-rigward tal-valur tal-kummerċjalizzazzjoni, Ryanair sostniet li l-ispazju ddedikat għall-kummerċjalizzazzjoni fuq is-sit web ta' Ryanair huwa riżorsa skarsa u d-domanda għal dan l-ispazju hija għolja, inkluż minn negozji li mhumiex ajruporti. Skont Ryanair, illum il-ġurnata, anki l-linji tal-ajru tradizzjonali qegħdin jirrealizzaw il-valur tas-siti web tagħhom għall-kummerċjalizzazzjoni u għar-reklamar. Ryanair sostniet li l-ajruporti jagħżlu li jibnu marka kummerċjali billi jirreklamaw fuq Ryanair.com jew fuq siti web ta' linji tal-ajru oħrajn. Ryanair żiedet li l-ajruporti jistgħu jibbenefikaw minn dan ir-rikonoxximent akbar tal-marka kummerċjali b'għadd ta' modi kumplimentari u li jsaħħu lil xulxin b'mod reċiproku. Fuq livell internazzjonali, l-Ajruport ta' Zweibrücken huwa ferm inqas rinomat minn Aéroport de Paris jew mill-Ajruport ta' Heathrow u, għalhekk, jeħtieġ li jinvesti fir-reklamar sabiex itejjeb ir-rikonoxximent tal-marka kummerċjali tiegħu u jimmassimizza l-għadd ta' passiġġieri li jaslu. Ryanair ikkonkludiet li l-Land kellu motivazzjoni doppja sabiex jikkonkludi l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS: l-ewwel nett, waħda purament kummerċjali, bħala 50 % koproprjetarju tal-operatur tal-Ajruport ta' Zweibrücken; it-tieni nett, bħala parti mid-dmir tiegħu li jippromwovi l-opportunitajiet ta' negozju u turiżmu fil-Land. Għalhekk, Ryanair hija tal-opinjoni li l-Land xtara servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni siewja bi prezz tas-suq.

5.2.   AIRPORT MARKETING SERVICES — AMS

(160)

AMS sostniet li, kuntrarju għal dak li kien suġġerit fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ma għandhiex tittratta l-ftehim ta' FZG ma' Ryanair u l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni tal-Land ma' AMS bħala li huma konnessi ma' xulxin, iżda minflok bħala tranżazzjonijiet ta' negozju separati. AMS qalet li hija sussidjarja ta' Ryanair bi skop kummerċjali effettivament tagħha, kif ukoll li nħolqot sabiex tiżviluppa attività li ma tappartjenix għan-negozju prinċipali ta' Ryanair. AMS iċċarat li hija tintuża minn Ryanair bħala intermedjarja biex tbigħ spazju ta' reklamar fuq is-sit web tagħha. AMS sostniet ukoll li, fil-prinċipju, il-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMS mal-ajruporti jiġu nnegozjati u konklużi separatament mill-ftehimiet ta' Ryanair mal-istess ajruporti. AMS affermat li l-ftehim bejn AMS u l-Land ma jagħti ebda vantaġġ lil Ryanair; Ryanair ma tagħmel ebda pressjoni fuq l-imsieħba tagħha sabiex jikkonkludu ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS, filwaqt li l-prestazzjoni tar-rotot ta' Ryanair ġeneralment tkun l-istess fuq ir-rotot lejn ajruporti bi ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS u lejn dawk mingħajr ftehim bħal dan.

(161)

AMS sostniet ukoll li, bix-xiri ta' servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, FZG aġixxiet skont il-prinċipju ta' OES, minħabba li r-reklamar fuq Ryanair.com jitqies bħala li jirrappreżenta valur reali għoli għal-Land u li l-prezz mitlub minn AMS kien il-prezz tas-suq għal dawn is-servizzi. AMS sostniet li l-prezzijiet li bihom jiġi pprovdut l-ispazju tar-reklamar minn AMS, u l-volumi li fihom jinkiseb, ma jagħmlu ebda diskriminazzjoni bejn l-impriżi pubbliċi u privati li jirreklamaw. AMS żiedet tgħid li huwa mifhum li l-korpi pubbliċi u privati jikkompetu għall-aċċess għall-ispazju limitat sabiex jirreklamaw fuq Ryanair.com. Skont AMS, dan ifisser li ma tista' tiġi inkluża ebda għajnuna mill-Istat fl-arranġamenti ta' AMS mal-ajruporti pubbliċi, minħabba li AMS tista' faċilment tbigħ l-ispazju fuq is-sit web lil kumpanija privata, bi prezz komparabbli.

(162)

AMS enfasizzat ukoll li jagħmel sens inerenti għal ajruport reġjonali żgħir li jixtri servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni mingħand AMS. AMS affermat li, tipikament, dawk l-ajruporti għandhom ħtieġa li jżidu r-rikonoxximent tal-marka kummerċjali tagħhom u li r-reklamar fuq sit web ta' linja tal-ajru jista' jżid l-għadd ta' passiġġieri barranin aktar profittabbli (il-passiġġieri barranin jiġġeneraw aktar dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi mill-passiġġieri li jitilqu li joriġinaw mir-reġjun fejn jinsab l-ajruport). AMS enfasizzat li l-Land aġixxa mhux biss bħala l-koproprjetarju tal-operatur tal-ajruport, b'interess dirett fit-titjib tal-immaġini kummerċjali u tal-introjtu tiegħu, iżda wkoll bħala l-awtorità fdata bil-kompitu li tippromwovi l-opportunitajiet ta' negozju u turiżmu fil-Land Rhineland-Palatinate permezz ta' diversi mezzi, inkluż, b'mod partikolari, ir-reklamar.

5.3.   GERMANWINGS

(163)

F'dan l-isfond, Germanwings spjegat fil-qosor għaliex hija ddeċidiet li tibda topera minn Zweibrücken. Hija indikat li għażlet lil Zweibrücken flok Saarbrücken minħabba r-runway aħjar li hemm fi Zweibrücken, fejn irrimarkat li t-topografija tar-runway f'Saarbrücken kienet diffiċli. Hija tispjega wkoll li fl-2006, meta Germanwings iddeċidiet li tibda ttir minn Zweibrücken, Zweibrücken kien mgħammar aħjar għall-inżul bl-istrumenti (is-sistema CAT) u l-ħin tat-titjir lejn Berlin kien kemxejn iqsar. Germanwings affermat li, minħabba n-nuqqas ta' profittabbiltà tar-rotta ta' Berlin, fl-2011, hija ddeċidiet li ma tibqax toffri s-servizzi tagħha minn Zweibrücken.

(164)

L-ewwel nett, Germanwings affermat li l-kuntratti tagħha ma' FZG ma jinkludu ebda għajnuna mill-Istat minħabba li din mhijiex imputabbli lill-Istat. Hija sostniet li d-diversi stqarrijiet għall-istampa mill-politikanti ma jistgħux juru li l-Istat kien involut fin-negozjati jew fil-konklużjoni ta' dawn il-kuntratti, u li l-obbligu li jkun hemm skeda ta' tariffi approvati mill-awtorità superviżorja skont il-paragrafu 43a LuftVZO ma kienx japplika għal ftehimiet individwali.

(165)

It-tieni nett, Germanwings sostniet li, meta ġiet biex tikkonkludi d-diversi ftehimiet, FZG aġixxiet bħal OES. Hija enfasizzat li l-prinċipju tal-OES ma jirrikjedix li investitur ma jagħmel ebda telf fuq perjodu ta' żmien qasir, iżda li dan jista' jkun strateġija ta' negozju normali sabiex ikun profittabbli fuq perjodu ta' żmien minn medju sa twil. L-idea li ajruport ma jistax jimponi tariffi li ma jkoprux l-ispejjeż tiegħu, li Germanwings issib li hija riflessa fid-deċiżjoni tal-ftuħ, titqies bħala li toriġina mill-Artikolu 102 tat-Trattat u bħala li hija applikabbli biss fil-kuntest tal-antitrust, għalhekk ma għandhiex tiġi applikata f'każijiet ta' għajnuna mill-Istat.

5.4.   TUIFly

(166)

F'dan l-isfond, TUIFly spjegat għaliex hija għall-ewwel mexxiet l-operazzjonijiet tagħha mill-Ajruport ta' Saarbrücken għall-Ajruport ta' Zweibrücken. TUIFly qalet li hija mxiet għall-Ajruport ta' Zweibrücken minħabba tħassib relatat mas-sikurezza fl-Ajruport ta' Saarbrücken. TUIFly affermat li waqt il-maltemp, l-infrastruttura u l-karatteristiċi topografiċi tal-Ajruport ta' Saarbrücken kienu jfissru li inġenju tal-ajru b'tagħbija sħiħa ta' TUIFly tat-tip B737-800 ma kienx ikun jista' jinżel fl-ajruport kif suppost, li b'hekk wassal lil dawk l-ajruplani sabiex ibiddlu d-direzzjoni tagħhom lejn l-Ajruport ta' Zweibrücken anki qabel ma l-linja tal-ajru bdiet l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha minn hemmhekk. Skont TUIFly, minbarra li kkawżaw dewmien u inkonvenjenzi għall-passiġġieri, dawk id-devjazzjonijiet kienu assoċjati ma' spejjeż addizzjonali u kwistjonijiet organizzazzjonali għal-linja tal-ajru. TUIFly sostniet li t-tħassib sever relatat mas-sikurezza fl-Ajruport ta' Saarbrücken għamel l-operazzjonijiet tagħha hemmhekk insostenibbli u allura kien inevitabbli li hija tibda topera mill-Ajruport ta' Zweibrücken. Barra minn hekk, hija nnotat li r-runway qasira f'Saarbrücken kienet tfisser li xi ajruplani b'tagħbija sħiħa ma setgħux jistartjaw il-magna tagħhom, bil-konsegwenza li xi titjiriet fuq distanza medja (bħal lejn il-Gżejjer Kanarji) kellhom jibdew b'tankijiet nofshom vojta u jieqfu għar-riforniment tal-fjuwil fi Spanja jew fil-Portugall.

(167)

TUIFly sostniet li l-ftehim tagħha ma' FZG ma kien jinkludi ebda għajnuna mill-Istat u li t-tariffi mħallsin minn TUIFly kienu konformi mar-rati tas-suq. Hija affermat li l-kundizzjonijiet fl-Ajruport ta' Zweibrücken u fir-reġjun tal-madwar huma tali li, sabiex linja tal-ajru tkun tista' topera b'mod profittabbli minn Zweibrücken, huma meħtieġa tariffi baxxi tal-ajruport. B'mod partikolari, TUIFly irreferiet għall-istat tal-infrastruttura tal-passiġġieri fl-Ajruport ta' Zweibrücken, għan-nuqqas ta' trasportazzjoni pubblika xierqa (bil-ferrovija) lejn u mill-ajruport, għall-post fejn jinsab l-Ajruport f'reġjun b'kapaċità tal-akkwist baxxa, għall-istat inizjalment ħażin tar-runway, għan-nuqqas ta' akkomodazzjoni għall-ekwipaġġ, eċċ. TUIFly sostniet ukoll li, kuntrarju għall-Ajruport ta' Saarbrücken (jew kwalunkwe ajruport ieħor fejn topera TUIFly), l-Ajruport ta' Zweibrücken ma għandux l-istatus ta' “ajruport doganali”, bil-konsegwenza li TUIFly hija obbligata li tħallas “tariffa doganali” ta' bejn EUR […] u EUR […] għal kull titjira. Skont TUIFly, din tirrappreżenta spiża addizzjonali ta' madwar EUR […] għal kull passiġġier u żżid l-ispejjeż operatorji totali ta' TUIFly b'aktar minn EUR […] fis-sena.

6.   KUMMENTI MILL-ĠERMANJA DWAR IL-KUMMENTI TA' PARTIJIET TERZI

6.1.   KUMMENTI DWAR IL-KUMMENTI TA' RYANAIR

(168)

Il-Ġermanja laqgħet il-fatt li s-sottomissjonijiet ta' Ryanair jikkonfermaw il-pożizzjoni tal-Ġermanja li la l-Ajruport ta' Zweibrücken u lanqas il-linji tal-ajru li joperaw minn Zweibrücken ma rċevew għajnuna mill-Istat. Hija qablet ukoll li l-kuntratt bejn il-Land Rhineland-Palatinate u AMS għandu jiġi evalwat separatament mill-kuntratt bejn FZG u Ryanair, li tal-ewwel kellu valur reali għal-Land u li kien konkluż bi prezz tas-suq. B'mod partikolari, il-Ġermanja għamlet enfasi fuq l-importanza tat-turiżmu għar-reġjun, fejn sostniet li l-ftehim ma' AMS serva biex jippromwovi t-turiżmu.

6.2.   KUMMENTI DWAR IL-KUMMENTI TA' AMS

(169)

Hekk kif AMS ikkonfermat il-pożizzjoni tal-Ġermanja li l-kuntratt bejn AMS u l-Land Rhineland-Palatinate ma kien jinkludi ebda għajnuna mill-Istat, il-Ġermanja naqset milli tikkummenta dwar is-sottomissjonijiet individwali fid-dettall.

6.3.   KUMMENTI DWAR IL-KUMMENTI TA' GERMANWINGS

(170)

Il-Ġermanja llimitat ir-reazzjoni tagħha għas-sottomissjoni ta' Germanwings li tikkummenta fuq għadd ta' suġġerimenti fattwali mressqa minn Germanwings. B'mod partikolari, hija enfasizzat li, kuntrarju għal dak li Germanwings tidher li qiegħda tissuġġerixxi, ma kien hemm ebda kompetizzjoni bejn Zweibrücken u Saarbrücken, iżda li ż-żewġ ajruporti dejjem ikkunsidraw lilhom infushom bħala li jikkumplimentaw lil xulxin. Il-Ġermanja affermat li l-għażla ta' linja tal-ajru li sservi ajruport jew ieħor hija r-riżultat ta' deċiżjoni strateġika ta' dik il-linja tal-ajru, li dwarha l-Ġermanja ma setgħetx tikkummenta.

7.   VALUTAZZJONI

(171)

Permezz tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat “… kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.”

(172)

Il-kriterji stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, jeħtieġ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin. Jiġifieri, l-appoġġ finanzjarju jrid:

(a)

jingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat;

(b)

jiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti;

(c)

iwassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni; u

(d)

jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.1.   FINANZJAMENT PUBBLIKU MIL-LAND RHINELAND-PALATINATE/ZEF TAL-AJRUPORT TA' ZWEIBRÜCKEN

7.1.1.   EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA

7.1.1.1.    Attività ekonomika u l-kunċett ta' impriża

(173)

Skont każistika stabbilita, il-Kummissjoni għandha l-ewwel tistabbilixxi jekk FGAZ u FZG humiex impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-kunċett ta' impriża jkopri lil kull entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tagħha u l-mod kif tiġi ffinanzjata (26). Kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-offerta ta' prodotti jew servizzi f'suq partikolari hija attività ekonomika (27).

(174)

Fis-sentenza tagħha fil-Kawża L-Ajruport ta' Leipzig/Halle, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li l-operat ta' ajruport għal skop kummerċjali u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport jikkostitwixxu attività ekonomika (28). Ladarba operatur ta' ajruport jinvolvi ruħu f'attivitajiet ekonomiċi billi joffri servizzi bi ħlas fl-ajruport, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tiegħu jew mill-mod kif jiġi ffinanzjat, huwa jikkostitwixxi impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u, għalhekk, ir-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat jistgħu jiġu applikati għal vantaġġi mogħtija mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat lil dak l-operatur tal-ajruport (29).

(175)

Fir-rigward tal-perjodu rilevanti minn meta l-kostruzzjoni u l-operat ta' ajruport isiru attività ekonomika, il-Kummissjoni tfakkar li l-iżvilupp gradwali tal-forzi tas-suq fis-settur tal-ajruporti ma jippermettix li tiġi ddeterminata data preċiża. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rrikonoxxiet l-evoluzzjoni fin-natura tal-attivitajiet tal-ajruport u, fis-sentenza tagħha fil-Kawża L-Ajruport ta' Leipzig/Halle, il-Qorti Ġenerali sostniet li, mis-sena 2000 'il quddiem, ma setgħetx tibqa' tiġi eskluża l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport. Konsegwentement, mid-data tas-sentenza fil-Kawża Aéroports de Paris (it-12 ta' Diċembru 2000) (30), l-operat u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport għandhom jitqiesu bħala attività ekonomika li taqa' fl-ambitu tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat.

Unità ekonomika waħda

(176)

Madankollu, qabel teżamina n-natura tal-attivitajiet imwettqa minn FGAZ u FZG, il-Kummissjoni tfakkar li żewġ entitajiet ġuridiċi separati jistgħu jitqiesu bħala li jifformaw unità ekonomika waħda għall-fini tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Dik l-unità ekonomika mbagħad titqies li hija l-impriża rilevanti.

(177)

Kif ikkonstatat il-Qorti tal-Ġustizzja, “[f]il-liġi tal-kompetizzjoni, it-terminu ‘impriża’ għandu jinftiehem bħala l-ħatra ta' unità ekonomika … anki jekk fil-liġi dik l-unità ekonomika tkun tikkonsisti f'bosta persuni, fiżiċi jew ġuridiċi.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (31). F'dan ir-rigward, il-Qorti ddeċidiet li bosta entitajiet jistgħu jitqiesu bħala li qegħdin iwettqu attività ekonomika flimkien, u b'hekk jikkostitwixxu unità ekonomika, taħt kundizzjonijiet speċifiċi (32).

(178)

Sabiex tiddetermina jekk bosta entitajiet jifformawx unità ekonomika, il-Qorti tal-Ġustizzja tħares lejn l-eżistenza ta' sehem ta' kontroll jew rabtiet funzjonali, ekonomiċi jew organiċi (33).

(179)

F'dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li FGAZ u FZG huma konnessi tant mill-qrib li huma għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu unità ekonomika waħda għall-finijiet tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. L-ewwel nett, ta' min ifakkar li FZG hija sussidjarja 100 % ta' FGAZ, li tagħti lil FGAZ is-setgħa li tikkontrolla lil FZG permezz tal-assemblea tal-azzjonisti. Barra minn hekk, FGAZ u FZG huma konnessi permezz ta' ftehim P&L, li skont il-Ġermanja jfisser li ż-żewġ entitajiet huma ttrattati bħala unità ekonomika waħda skont il-liġi fiskali Ġermaniża. Il-membri tal-bord superviżorju ta' FZG huma, skont l-istatut tiegħu, dejjem identiċi għal dawk fuq il-bord superviżorju ta' FGAZ. Fiż-żewġ impriżi, jiġifieri FGAZ u FZG, il-maniġment jinħatar mill-bord superviżorju rispettiv (li, kif indikat, huwa identiku għaż-żewġ entitajiet). Fil-prattika, […] kien f'kull żmien materjali d-direttur maniġerjali kemm għal FGAZ kif ukoll għal FZG (barra minn hekk, inħatar ukoll it-tieni direttur maniġerjali għal FZG biss, mhux għal FGAZ). Bħala d-direttur maniġerjali waħdieni ta' FGAZ, […] għalhekk irrappreżenta lil FGAZ fl-assemblea tal-azzjonisti ta' FZG, b'FGAZ tkun l-azzjonista waħdanija.

(180)

Fil-prattika, l-informazzjoni disponibbli turi li regolarment jittieħdu deċiżjonijiet importanti rigward l-Ajruport ta' Zweibrücken fil-livell ta' FGAZ, bi struzzjonijiet mgħoddija lil FZG. L-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja dwar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-immodernizzar tar-runway fl-2008/2009 hija istruttiva f'dan ir-rigward. L-ewwel nett, il-bord superviżorju ta' FGAZ ħa d-deċiżjoni li jimmodernizza r-runway. Imbagħad, l-assemblea tal-azzjonisti ta' FGAZ tat struzzjonijiet lill-maniġment ta' FGAZ sabiex jitlob li titlaqqa' assemblea tal-azzjonisti ta' FZG. Il-maniġment ta' FGAZ imbagħad irrappreżenta lil FGAZ bħala l-azzjonist waħdieni fl-assemblea tal-azzjonisti ta' FZG u ta struzzjonijiet lill-maniġment ta' FZG sabiex jimplimenta d-deċiżjoni ta' FGAZ li timmodernizza r-runway.

(181)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li r-rabtiet bejn FGAZ u FZG huma mill-qrib biżżejjed sabiex iż-żewġ entitajiet jiġu ttrattati bħala unità ekonomika waħda. B'mod partikolari, FZG hija ekonomikament u legalment dipendenti għal kollox fuq FGAZ u ma għandhiex qafas kummerċjali tagħha stess. Għalhekk, għall-fini tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, FGAZ/FZG jifformaw impriża waħda.

L-attività ekonomika

(182)

FGAZ/FZG huma involuti fil-kostruzzjoni, fil-manutenzjoni u fl-operat tal-Ajruport ta' Zweibrücken. FGAZ/FZG joffru servizzi tal-ajruport u jitolbu ħlas lill-utenti — operaturi tal-avjazzjoni kummerċjali kif ukoll utenti tal-avjazzjoni ġenerali mhux kummerċjali — għall-użu tal-infrastruttura tal-ajruport, sabiex b'hekk jisfruttaw l-infrastruttura b'mod kummerċjali. Għalhekk, b'segwitu mill-każistika ċċitata fil-premessi 174-175, irid jiġi konkluż li FGAZ/FZG kienu involuti f'attività ekonomika mid-data tas-sentenza fil-Kawża Aéroports de Paris (jiġifieri, it-12 ta' Diċembru 2000) 'il quddiem.

(183)

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tenfasizza li l-attività ekonomika ta' FGAZ/FZG ma bdietx biss mal-bidu tal-avjazzjoni kummerċjali fi Zweibrücken fl-2006.

(184)

L-ewwel nett, jidher ċar mis-sottomissjoni tal-Ġermanja li Zweibrücken diġà kien ipprova — mingħajr suċċess — jattira l-avjazzjoni kummerċjali lejn l-ajruport, li b'hekk turi l-intenzjoni tiegħu li jidħol f'dan is-suq.

(185)

It-tieni nett, l-argument li l-kostruzzjoni u l-operat ta' ajruport jammontaw biss għal attività ekonomika ladarba l-avjazzjoni kummerċjali tkun ġiet attirata b'suċċess iwassal għal konklużjonijiet inaċċettabbli: ma hemm ebda kawża għaliex l-attività preparatorja tal-bini jew tat-tkabbir tal-infrastruttura għandha tinfired mill-użu kummerċjali sussegwenti assoċjat magħha; tabilħaqq, in-natura tal-attività ta' żvilupp għandha tiġi ddeterminata skont jekk l-użu sussegwenti tal-infrastruttura li nbniet jammontax għal attività ekonomika jew le (34). Fis-sentenza tagħha fil-Kawża L-Ajruport ta' Leipzig/Halle, il-Qorti Ġenerali kkjarifikat li l-operat ta' ajruport huwa attività ekonomika, li l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport tagħmel parti inseparabbli minnha.

(186)

Fl-aħħar nett, ta' min jenfasizza li l-offerta ta' servizzi tal-ajruport għall-finijiet tal-avjazzjoni ġenerali tikkostitwixxi wkoll attività ekonomika. L-istess jgħodd fir-rigward tal-forniment ta' servizzi tal-ajruport lill-utenti militari bi ħlas (35). Għalhekk, FGAZ/FZG diġà kienu involvew ruħhom f'attività ekonomika qabel l-2006.

(187)

Għalhekk, ġie konkluż li mit-12 ta' Diċembru 2000 'il quddiem, FGAZ/FZG kienu involuti f'attività ekonomika u jikkostitwixxu, bħala unità ekonomika waħda, impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

Mandat tal-ordni pubbliku

(188)

Għalhekk, filwaqt li FGAZ/FZG iridu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, ta' min ifakkar li mhux l-attivitajiet kollha ta' operatur jew sid ta' ajruport huma neċessarjament ta' natura ekonomika (36).

(189)

Il-Qorti tal-Ġustizzja (37) sostniet li l-attivitajiet li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tas-setgħat uffiċjali tiegħu bħala awtorità pubblika mhumiex ta' natura ekonomika u ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Tali attivitajiet jistgħu jinkludu, pereżempju, is-sigurtà, il-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija, id-dwana, eċċ. Il-finanzjament irid ikun strettament limitat għall-kumpens tal-ispejjeż li għalihom jagħtu lok dawn l-attivitajiet u ma jistax jintuża minflok sabiex jiffinanzja attivitajiet ekonomiċi oħrajn (38).

(190)

Għalhekk, il-finanzjament tal-attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika jew tal-infrastruttura direttament relatata ma' dawk l-attivitajiet b'mod ġenerali ma jikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat (39). F'ajruport, attivitajiet bħall-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija, id-dwana, it-tifi tan-nar, l-attivitajiet neċessarji għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali u l-investimenti relatati mal-infrastruttura u t-tagħmir meħtieġa biex jitwettqu dawn l-attivitajiet huma ġeneralment meqjusa bħala ta' natura mhux ekonomika (40).

(191)

Madankollu, il-finanzjament pubbliku ta' attivitajiet mhux ekonomiċi neċessarjament marbuta mat-twettiq ta' attività ekonomika ma jridx iwassal għal diskriminazzjoni bla bżonn bejn il-linji tal-ajru u l-maniġers tal-ajruporti. Tabilħaqq, hija każistika stabbilita li jkun hemm vantaġġ meta l-awtoritajiet pubbliċi jeħilsu lill-impriżi mill-ispejjeż inerenti għall-attivitajiet ekonomiċi tagħhom (41). Għalhekk, jekk f'sistema ġuridika partikolari huwa normali li l-linji tal-ajru jew il-maniġers tal-ajruporti jġorru l-ispejjeż ta' ċerti servizzi, filwaqt li xi linji tal-ajru jew maniġers tal-ajruporti li jipprovdu l-istess servizzi ma jkollhomx għalfejn iġorru dawk l-ispejjeż, dawn tal-aħħar jistgħu jgawdu vantaġġ, anki jekk dawk is-servizzi minnhom infushom jitqiesu bħala mhux ekonomiċi. Għalhekk, jeħtieġ li ssir analiżi tal-qafas legali applikabbli għall-operatur tal-ajruport sabiex jiġi vvalutat jekk, taħt dak il-qafas legali, il-maniġers tal-ajruporti jew il-linji tal-ajru humiex mitluba li jħallsu l-ispejjeż tal-provvista ta' xi attivitajiet li minnhom infushom jistgħu ma jkunux ekonomiċi, iżda li jkunu inerenti għall-iskjerament tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom.

(192)

Il-Ġermanja sostniet li l-ispejjeż li jirriżultaw mill-attivitajiet li ġejjin (kemm jekk bħala spejjeż ta' investiment kif ukoll jekk spejjeż operatorji) għandhom jitqiesu bħala li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika: miżuri ta' sigurtà fl-ajruporti skont il-paragrafu 8 Luftsicherheitsgesetz (il-Liġi dwar is-Sigurtà tal-Ajru, minn hawn 'il quddiem: “LuftSiG”), miżuri li jiggarantixxu s-sikurezza operazzjonali, il-kontroll tal-ajru u miżuri ta' sikurezza tal-ajru skont il-paragrafu 27c(2) Luftverkehrsgesetz (il-Liġi dwar it-Traffiku tal-Ajru, minn hawn 'il quddiem: “LuftVG”), servizzi meteoroloġiċi u s-servizzi tat-tifi tan-nar.

(193)

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-miżuri skont il-paragrafu 8 tal-LuftSiG, il-miżuri skont il-paragrafu 27c(2) tal-LuftVG (inklużi servizzi meteoroloġiċi) u s-servizz tat-tifi tan-nar jistgħu, fil-prinċipju u soġġetti għall-analiżi fil-premessi 195 et seq. ta' hawn taħt, jitqiesu bħala li jikkostitwixxu attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika.

(194)

Madankollu, fir-rigward tal-miżuri li huma purament relatati mas-sikurezza operatorja, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-iżgurar ta' operazzjonijiet sikuri fl-ajruport huwa parti normali mill-attività ekonomika tal-operat ta' ajruport (42). Soġġetta għal reviżjoni aktar dettaljata fir-rigward tal-attivitajiet u l-ispejjeż individwali, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri mfassla biex jiżguraw is-sikurezza tal-operazzjonijiet fl-ajruport ma jikkostitwux attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Kwalunkwe impriża li tkun tixtieq topera ajruport għandha tiggarantixxi s-sikurezza tal-installazzjonijiet, bħal dik tar-runway utas-superfiċje asfaltata fl-ajrudrom.

(195)

Fir-rigward tal-qafas legali, il-Ġermanja sostniet li għat-taqsima tat-tifi tan-nar ma hemm l-ebda regola ġuridika li strettament timponi dawn l-ispejjeż fuq l-operatur ta' ajruport. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li r-rimunerazzjoni tal-ispejjeż għat-taqsimiet tat-tifi tan-nar taqa' fil-kompetenza ġuridika tal-Länder u li ġeneralment dawn l-ispejjeż jitħallsu mill-awtoritajiet reġjonali rilevanti. Ir-rimunerazzjoni hija limitata sal-punt neċessarju sabiex jiġu koperti dawk l-ispejjeż.

(196)

Fir-rigward tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi meteoroloġiċi, il-Kummissjoni tinnota li l-paragrafu 27d u l-paragrafu 27f tal-LuftVG jistabbilixxu li l-ispejjeż relatati mal-paragrafu 27c LuftVG jiġu koperti mill-Istat għal għadd ta' ajruporti speċifiċi. Filwaqt li, f'dan il-każ, il-Kummissjoni ma għandhiex bżonn tiddeċiedi jekk id-dispożizzjoni tistax tagħti vantaġġ lil dawk l-ajruporti li japprofittaw mill-finanzjament tal-Istat skont il-paragrafu 27d u l-paragrafu 27f tal-LuftVG, jidher ċar li l-liġi tipprevedi li l-ajruporti l-oħrajn kollha għandhom iġorru l-ispejjeż rilevanti huma stess. F'dan id-dawl, l-ispejjeż relatati mal-kontroll tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi meteoroloġiċi għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu spejjeż operatorji normali ta' mill-inqas dawk l-ajruporti mhux indirizzati mill-paragrafu 27d u l-paragrafu 27f tal-LuftVG.

(197)

Fir-rigward tal-miżuri skont il-paragrafu 8 tal-LuftSiG, jidher li l-Ġermanja tqis li l-ispejjeż kollha relatati mal-miżuri preskritti fih jistgħu jitħallsu mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li skont il-paragrafu 8(3) tal-LuftSiG jistgħu jiġu rimborżati biss l-ispejjeż relatati mal-forniment u l-manutenzjoni tal-ispazji u tal-postijiet meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet elenkati fil-paragrafu 8(1), (2) tal-LuftSiG. L-ispejjeż l-oħrajn kollha iridu jitħallsu mill-operatur tal-ajruport. Għalhekk, minħabba li l-finanzjament pubbliku mogħti lil FGAZ/FZG ħeles lil dik l-impriża mill-ispejjeż li hija kellha ġġorr skont il-paragrafu 8(3) tal-LuftSiG, dak il-finanzjament pubbliku mhuwiex eżentat minn skrutinju skont ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

Konklużjonijiet dwar il-mandat tal-politika pubblika

(198)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija fuq, il-Kummissjoni ssib li huwa xieraq li tħejji konklużjonijiet aktar speċifiċi rigward l-ispejjeż tal-investiment u l-ispejjeż operatorji li allegatament jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika.

(199)

Fir-rigward tal-ispejjeż operatorji mġarrbin bejn is-sena 2000 u l-2009, il-Kummissjoni taċċetta li l-ispejjeż operatorji marbuta mat-taqsima tat-tifi tan-nar jikkwalifikaw bħala spejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika, sa fejn ir-rimunerazzjoni ta' dawk l-ispejjeż tkun strettament limitata għal dak li huwa neċessarju sabiex jitwettqu dawk l-attivitajiet. Fir-rigward tal-ispejjeż operatorji marbuta mal-miżuri meħuda skont il-paragrafu 8 tal-LuftSiG, il-Kummissjoni hija tal-fehma li huma biss dawk l-ispejjeż li fil-konfront tagħhom l-operatur tal-ajruport huwa intitolat għal rimborż skont il-paragrafu 8(3) tal-LuftSiG li jikkwalifikaw bħala spejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Fir-rigward tal-miżuri tal-kontroll tal-ajru u tas-sikurezza tal-ajru, kif ukoll tas-servizzi meteoroloġiċi skont il-paragrafu 27c(2) tal-LuftVG, u wara li kien innotat li Zweibrücken huwa wieħed mill-ajruporti li għalihom ġiet rikonoxxuta ħtieġa korrispondenti mill-gvern Federali skont il-paragrafu 27d(1) u l-paragrafu 27f(1) tal-LuftVG, il-Kummissjoni ssib li l-ispejjeż operatorji marbuta mal-miżuri tal-kontroll tal-ajru u tas-sikurezza tal-ajru, kif ukoll mas-servizzi meteoroloġiċi ma jistgħux jikkwalifikaw bħala spejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Bl-istess mod, l-ispejjeż operatorji relatati mal-iżgurar tas-sikurezza operatorja tal-ajruport ma jikkwalifikawx bħala spejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika.

(200)

Meta wieħed jikkunsidra l-investimenti li saru bejn is-sena 2000 u l-2009, il-Kummissjoni taċċetta li l-investimenti li huma direttament relatati mat-taqsima tat-tifi tan-nar jikkwalifikaw bħala spejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Barra minn hekk, ir-rimunerazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti kienet limitata għal dak li huwa neċessarju sabiex jiġu koperti dawk l-ispejjeż. Fir-rigward tal-investimenti marbuta mal-miżuri meħuda skont il-paragrafu 8 tal-LuftSiG, il-Kummissjoni hija tal-fehma li huma biss dawk l-ispejjeż li fil-konfront tagħhom l-operatur tal-ajruport huwa intitolat għal rimborż skont il-paragrafu 8(3) tal-LuftSiG li jikkwalifikaw bħala spejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Fir-rigward tal-investimenti marbuta mal-miżuri tal-kontroll tal-ajru u tas-sikurezza tal-ajru, kif ukoll mas-servizzi meteoroloġiċi skont il-paragrafu 27c(2) tal-LuftVG, u wara li kien innotat li Zweibrücken huwa wieħed mill-ajruporti li għalihom ġiet rikonoxxuta ħtieġa korrispondenti mill-gvern Federali skont il-paragrafu 27d u l-paragrafu 27f tal-LuftVG, il-Kummissjoni ssib li l-investimenti marbuta mal-miżuri tal-kontroll tal-ajru u tas-sikurezza tal-ajru, kif ukoll mas-servizzi meteoroloġiċi ma jistgħux jikkwalifikaw bħala spejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Bl-istess mod, l-investimenti relatati mal-iżgurar tas-sikurezza operatorja tal-ajruport ma jikkwalifikawx bħala spejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. B'mod partikolari, dan ifisser li l-investimenti fl-immodernizzar u l-estensjoni tar-runway, kif ukoll fl-installazzjoni ta' dwal tar-runway eċċ., ma jistgħux jikkwalifikaw bħala li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika.

(201)

Fi kwalunkwe każ, irrispettivament minn jekk il-klassifikazzjoni legali ta' dawk l-ispejjeż taqax fi ħdan il-mandat pubbliku jew le, intwera li, taħt il-qafas ġuridiku applikabbli, dawn għandhom jitħallsu mill-operatur tal-ajruport. Għaldaqstant, li kieku l-Istat kellu jħallas għal dawk l-ispejjeż, l-operatur tal-ajruport jinħeles minn spiża li normalment ikollu jħallas.

Attività ekonomika u l-użu mill-militar

(202)

Il-Kummissjoni tosserva li l-Ajruport ta' Zweibrücken jintuża wkoll mill-forzi militari Ġermaniżi u oħrajn, inkluż għal skopijiet ta' taħriġ. Dan minkejja l-fatt li Zweibrücken mhuwiex mitjar militari, iżda ajruport ċivili (43).

(203)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, fil-prinċipju, il-forniment ta' servizzi tal-ajruport lill-militar, inkluż minn ajruporti ċivili, jista' jikkostitwixxi attività li taqa' fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Madankollu, mhuwiex ċar sa liema punt il-Ġermanja hija tal-opinjoni li l-finanzjament pubbliku tal-Ajruport ikopri biss l-ispejjeż li jirriżultaw mill-issodisfar tal-ħtiġijiet tal-militar fir-rigward tas-servizzi offruti fl-ajruport. Il-Kummissjoni tosserva li, b'mod partikolari fir-rigward tal-ispejjeż operatorji, il-Ġermanja ma tinkludix l-ispejjeż li jirriżultaw mill-preżenza tal-militar bħala li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Fil-prinċipju, l-istess jgħodd għall-investimenti, fejn il-Ġermanja ma tqisx li l-investimenti huma strettament relatati mal-utenti militari tal-ajruport.

(204)

Madankollu, il-Ġermanja ssostni li l-użu kontinwu tal-ajruport mill-militar huwa raġuni waħda għaliex l-investimenti fis-sikurezza tal-ajruport (ir-runway, eċċ.) kienu assolutament meħtieġa u għaliex l-għeluq tal-ajruport ma kienx għażla.

(205)

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tosserva li l-Ajruport ta' Zweibrücken jidher li qiegħed joffri servizzi tal-ajruport lill-militar bi ħlas. Il-minuti tal-bord superviżorju ta' FGAZ tat-2 ta' Ottubru 2006 juru li saret diskussjoni dwar l-eżerċizzji militari fi Zweibrücken. Il-maniġment jenfasizza li waħda mir-raġunijiet favur li jitħallew isiru tali eżerċizzji hija proprju l-introjtu li jiġi ġġenerat minnhom, li jindika li, mill-perspettiva ta' FGAZ/FZG, l-offerta ta' servizzi tal-ajruport lill-militar hija attività ekonomika. Id-diskussjoni titkellem ukoll dwar jekk FZG għandhiex tippermetti li jsiru eżerċizzji militari fi Zweibrücken fil-ġejjieni, li tissuġġerixxi li hija fid-diskrezzjoni ta' FGAZ/FZG jekk iridux jaqdu lill-militar jew le.

(206)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma wkoll li n-nuqqas tal-Ġermanja milli tidentifika kwalunkwe spejjeż partikolari mġarrba, f'termini ta' investimenti jew ta' spejjeż operatorji, speċifikament relatati mal-utenti militari tal-ajruport, jistax jitqies bħala li jindika li l-militar huwa, tabilħaqq, sempliċiment klijent ieħor tal-Ajruport ta' Zweibrücken.

(207)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-forniment ta' servizzi tal-ajruport lill-militar huwa attività ekonomika fl-Ajruport ta' Zweibrücken, billi nnotat b'mod partikolari n-nuqqas ta' identifikazzjoni ta' kwalunkwe spejjeż individwalment marbuta mal-preżenza tal-militar fl-Ajruport ta' Zweibrücken u l-ġustifikazzjoni (parzjalment) ekonomika mogħtija minn FGAZ/FZG sabiex jaqdu lill-militar.

(208)

Anki fix-xenarju alternattiv — jiġifieri jekk il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-ispejjeż li jirriżultaw mill-preżenza tal-militar jistgħu jiġu koperti mill-Istat bħala li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika — xorta waħda għandu jiġi osservat li l-finanzjament pubbliku tal-attività mhux ekonomika tal-ajruport sabiex jaqdi lill-militar ma għandux jitħalla jwassal għal sussidjar inkroċjat tal-attivitajiet ekonomiċi tal-ajruport. B'mod partikolari, mhux ser ikun possibbli li l-investiment sħiħ fl-assi użati wkoll mill-militar (ir-runway, eċċ.) jew l-ispejjeż operatorji fissi jitqiesu bħala li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika.

7.1.1.2.    Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat

(209)

Sabiex jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, il-miżuri inkwistjoni jridu jkunu ffinanzjati mir-riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni biex tingħata l-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat.

(210)

Il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat japplika għal kwalunkwe vantaġġ mogħti permezz tar-riżorsi tal-Istat mill-Istat innifsu jew minn kwalunkwe korp intermedjarju li jaġixxi permezz tas-setgħat mogħtija lilu (44). Ir-riżorsi tal-awtoritajiet lokali huma, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-Trattat, riżorsi tal-Istat (45).

(211)

F'dan il-każ, il-miżuri rilevanti — jiġifieri l-għotjiet ta' investiment dirett lil FZG u l-injezzjonijiet ta' kapital annwali favur FGAZ/FZG — ingħataw direttament mill-baġit tal-awtoritajiet lokali. L-għotjiet ta' investiment ġew direttament mil-Land Rhineland-Palatinate, filwaqt li l-injezzjonijiet ta' kapital kienu kofinanzjati mil-Land u minn ZEF, assoċjazzjoni ta' entitajiet territorjali pubbliċi lokali.

(212)

B'hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li huma ffinanzjati permezz ta' riżorsi tal-Istat u li huma wkoll imputabbli lill-Istat.

7.1.1.3.    Vantaġġ ekonomiku

(213)

Vantaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma setgħetx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta' intervent mill-Istat (46). Huwa biss l-effett tal-miżura fuq l-impriża li huwa rilevanti, mhux il-kawża jew l-għan tal-intervent mill-Istat (47). Kull meta s-sitwazzjoni finanzjarja ta' impriża titjieb bħala riżultat ta' intervent mill-Istat, ikun hemm vantaġġ.

(214)

Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li “l-kapital impoġġi direttament jew indirettament għad-dispożizzjoni ta' impriża mill-Istat f'ċirkostanzi li jikkorrespondu għall-kundizzjonijiet normali tas-suq ma jistax jitqies bħala għajnuna mill-Istat” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (48). F'dan il-każ, sabiex jiġi stabbilit jekk il-finanzjament pubbliku tal-Ajruport ta' Zweibrücken jagħtix lil FGAZ/FZG vantaġġ li ma kinitx tikseb taħt il-kundizzjonijiet normali tas-suq, il-Kummissjoni trid tqabbel l-imġiba tal-awtoritajiet pubbliċi li qed jipprovdu l-għotjiet ta' investiment dirett u l-injezzjonijiet ta' kapital ma' dik ta' OES iggwidat minn prospetti ta' profittabbiltà fit-tul (49).

(215)

Il-valutazzjoni għandha tħalli fil-ġenb kwalunkwe riperkussjonijiet pożittivi fuq l-ekonomija tar-reġjun fejn jinsab l-ajruport, minħabba li l-Qorti ċċarat li l-kwistjoni rilevanti għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-OES hija dwar jekk “f'ċirkostanzi simili, azzjonist privat, wara li jkun ikkunsidra l-prevedibbiltà li jikseb redditu u wara li jwarrab il-kunsiderazzjonijiet soċjali, tal-politika reġjonali u settorjali kollha, ikunx issottoskriva l-kapital inkwistjoni” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (50).

(216)

Fil-Kawża Stardust Marine, il-Qorti qalet li, “[…] sabiex ikun eżaminat jekk l-Istat adottax jew le l-imġiba ta' investitur prudenti li jopera f'ekonomija tas-suq, jeħtieġ li wieħed iqiegħed lilu nnifsu fil-kuntest tal-perjodu li matulu jkunu ttieħdu l-miżuri ta' appoġġ finanzjarju, sabiex jivvaluta r-razzjonalità ekonomika tal-imġiba tal-Istat u, b'hekk, joqgħod lura milli jagħmel xi valutazzjoni msejsa fuq sitwazzjoni sussegwenti” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (51).

(217)

Barra minn hekk, fil-Kawża EDF, il-Qorti ddikjarat li, “[…] għall-finijiet li jintwera li, qabel jew fl-istess ħin li jagħti l-vantaġġ, l-Istat Membru ħa dik id-deċiżjoni bħala azzjonist, mhuwiex biżżejjed li wieħed jistrieħ fuq l-evalwazzjonijiet ekonomiċi magħmula wara li jkun ingħata l-vantaġġ, fuq sejba retrospettiva li l-investiment magħmul mill-Istat Membru kkonċernat kien tabilħaqq profittabbli, jew fuq ġustifikazzjonijiet sussegwenti tal-kors ta' azzjoni tabilħaqq magħżul” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (52).

(218)

Sabiex tkun tista' tapplika l-prinċipju ta' OES, il-Kummissjoni jkollha tqiegħed lilha nnifisha fiż-żmien meta ttieħdet kull deċiżjoni sabiex jiġu pprovduti fondi pubbliċi lil FGAZ/FZG. Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-valutazzjoni tagħha wkoll fuq l-informazzjoni u s-suppożizzjonijiet li kienu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet lokali rilevanti fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni rigward l-arranġamenti finanzjarji tal-miżuri infrastrutturali inkwistjoni.

Għotjiet ta' investiment dirett

(219)

Il-Kummissjoni tinnota li l-għotjiet ta' investiment dirett koprew porzjon tal-ispejjeż tal-investiment imġarrba minn FGAZ/FZG fil-kuntest tal-attività ekonomika tagħha. L-operatur ta' ajruport normalment ikollu jħallas l-ispejjeż kollha relatati mal-kostruzzjoni u l-operat tal-ajruport (bl-eċċezzjoni ta' dawk l-ispejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika u ġeneralment ma jkollhomx għaliex jitħallsu mill-operatur tal-ajruport taħt il-qafas ġuridiku applikabbli), inklużi l-ispejjeż tal-investiment, għalhekk, il-kopertura ta' parti minn dawk l-ispejjeż teħles lil FGAZ/FZG minn piż li normalment ikollha ġġorr.

(220)

Il-Ġermanja ma sostnietx espliċitament li l-għotjiet ta' investiment dirett kienu konformi mal-prinċipju ta' OES. Minflok, hija sostniet li l-għeluq tal-ajruport qatt ma kien għażla realistika għall-awtoritajiet lokali u li, minħabba l-ħtieġa tal-operat tal-ajruport, kien ekonomikament sensibbli li dan jinfetaħ ukoll għall-avjazzjoni kummerċjali. F'punti oħrajn, il-Ġermanja saħqet li l-investimenti fl-ajruport kienu motivati mir-rieda li r-reġjun jissaħħaħ ekonomikament, kif ukoll li s-sussidji pubbliċi kienu meħtieġa minħabba li l-introjtu ġġenerat mill-isfruttar kummerċjali tal-ajruport mhux ser ikun biżżejjed sabiex ikopri l-ispejjeż relatati.

(221)

Il-Ġermanja enfasizzat ukoll li l-infrastruttura hija meħtieġa sabiex jinħolqu l-impjiegi (madwar 5 000 impjieg fil-Land Rhineland-Palatinate kollu, li 2 708 impjiegi minnhom jiddependu direttament u indirettament fuq l-ajruport), sabiex jiġu ffrankati l-ispejjeż soċjali (EUR 25 miljun fis-sena) u sabiex jinħoloq introjtu mit-taxxa. Il-Ġermanja ddikjarat ukoll li l-impjiegi huma partikolarment importanti f'din iż-żona b'rata ta' qgħad li bħalissa hija 2 % aktar mill-medja tal-Land. Il-Ġermanja sostniet li żewġ opinjonijiet ta' esperti jenfasizzaw l-importanza tal-ajruport għall-ekonomija reġjonali (53).

(222)

Madankollu, ma jistgħux jitqiesu kunsiderazzjonijiet soċjali u reġjonali meta jitwettaq test tal-OES. Barra minn hekk, anki li kieku l-Kummissjoni kellha tqis dawk il-kunsiderazzjonijiet soċjali u reġjonali, l-istudji sottomessi mill-Ġermanja juru li, f'Ġunju 2012, FZG ipprovdiet biss 115-il impjieg fl-Ajruport ta' Zweibrücken innifsu. Dawk l-istudji jikkonfermaw li ż-żona kummerċjali madwar l-ajruport ikkonvertit tipprovdi total ta' 2 708 impjiegi diretti u indiretti. Madankollu, minn dawk, 7,8 % biss, jiġifieri 210 impjiegi, għandhom x'jaqsmu mat-trasport u l-ħażna, jiġifieri, attivitajiet li huma konnessi direttament mal-preżenza tal-ajruport.

(223)

Filwaqt li, fil-prinċipju, jista' jiġi aċċettat li anki għotjiet mhux ripagabbli lil kumpanija li hija kompletament proprjetà tal-Istat jistgħu jikkwalifikaw bħala investimenti konformi mas-suq, il-Ġermanja ma ppreżentat ebda pjan ta' direzzjoni tan-negozju jew kalkoli ex ante li jirrigwardjaw il-profittabbiltà mistennija tal-għotjiet ta' investiment. L-uniċi projezzjonijiet li ġew ippreżentati huma studju mill-2003 li jispjega liema għadd ta' passiġġieri tal-avjazzjoni kummerċjali jista' jwassal għal profittabbiltà u l-projezzjoni tal-2010 tar-riżultati annwali mistennija bejn l-2011 u l-2015. Tal-aħħar stenniet li FZG issir profittabbli biss fl-2015, billi assumiet li l-għadd ta' passiġġieri ser jiżdied għal aktar minn 500 000 passiġġier fis-sena.

(224)

L-investimenti infrastrutturali fl-ajruport ta' Zweibrücken jinvolvu spejjeż sinifikanti (ara l-ispejjeż tal-investimenti spjegati fid-dettall fit-Tabella 2 u fit-Tabella 3, netti minn kwalunkwe investimenti li jaqgħu fil-mandat tal-politika pubblika kif identifikati fil-premessi 198 sa 200 u l-investiment li sar qabel it-12 ta' Diċembru 2000) u perjodu twil ta' riżultati negattivi (prevedibbilment mill-inqas sal-2015).

(225)

Minkejja l-inċertezzi inerenti u sinifikanti relatati mal-proġett, bħan-natura fit-tul tiegħu, la kien hemm pjan ta' direzzjoni tan-negozju ex ante u lanqas analiżi tas-sensittività ta' kwalunkwe suppożizzjoni tal-profittabbiltà sottostanti. Dan mhuwiex konformi mat-tip ta' analiżi li investitur prudenti kien jagħmel għal proġett bħal dan.

(226)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li, sa mis-sena 2000, FGAZ/FZG iġġeneraw telf kull sena, b'tendenza dejjem tiżdied sa mill-2005.

(227)

L-ewwel nett, l-għotjiet ta' investiment dirett ma kinux ripagabbli fin-natura tagħhom u ma rendew ebda redditu fuq l-investiment. It-tieni nett, il-Ġermanja ma ppreżentat ebda evidenza li l-għotjiet ta' investiment tpoġġew għad-dispożizzjoni ta' FZG skont it-termini tas-suq. It-tielet nett, il-Ġermanja ma tiddependix fuq il-prinċipju tal-OES. Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li l-għotjiet ta' investiment dirett mil-Land favur FZG mogħtija wara t-12 ta' Diċembru 2000 taw vantaġġ ekonomiku lil FZG (sal-punt li l-għotjiet ta' investiment ma kinux purament relatati ma' attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika kif ġie konkluż fil-premessi 198 sa 200).

Injezzjonijiet ta' kapital annwali

(228)

L-injezzjonijiet ta' kapital annwali mil-Land Rhineland-Palatinate u minn ZEF servew biex ikopru t-telf annwali ta' FGAZ, li min-naħa tiegħu kien ikkawżat kważi kollu kemm hu mit-telf annwali ta' FZG (ara t-Tabella 4). Fl-aħħar nett, għalhekk, l-injezzjonijiet ta' kapital annwali servew biex ikopru parti mill-investiment normali u mill-ispejjeż operatorji ta' FGAZ/FZG, biex b'hekk ħelsu lill-impriża minn piż ekonomiku li normalment ikollha ġġorr.

(229)

Għall-istess raġuni deskritta fil-premessi 222 sa 228 fir-rigward tal-għotjiet ta' investiment dirett lil FZG, il-Kummissjoni ssib ukoll li l-injezzjonijiet ta' kapital annwali favur FGAZ/FZG ma kinux ipprovduti taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Notevolment, il-Ġermanja ma sostnietx li l-injezzjonijiet ta' kapital kienu investimenti normali tas-suq. Il-Ġermanja ma ppreżentat ebda evidenza li turi kunsiderazzjonijiet ta' profittabbiltà ex ante u lanqas ma spjegat għaliex OES ikompli jinjetta l-kapital f'impriża li kontinwament tiġġenera t-telf. F'dan id-dawl, l-injezzjonijiet ta' kapital annwali jridu jikkwalifikaw bħala li jagħtu vantaġġ ekonomiku lil FGAZ/FZG.

Konklużjoni

(230)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tqis li, fin-nuqqas ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju ex ante jew studji sensibbli oħrajn dwar il-profittabbiltà, OES ma kienx ikun jista' jieħu d-deċiżjoni li jimbarka fuq il-proġett ta' investiment inkwistjoni u li jkopri, fuq bażi annwali kontinwa, it-telf dejjem jiżdied ta' FGAZ/FZG. Għalhekk, id-deċiżjoni tal-Land Rhineland-Palatinate u ta' ZEF li jagħtu dawk il-miżuri tagħti vantaġġ ekonomiku lil FGAZ/FZG li ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq.

7.1.1.4.    Selettività

(231)

Sabiex miżura tal-Istat taqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, hija trid tiffavorixxi lil “ċerti impriżi jew ċerti produtturi”. B'hekk, huma biss dawk il-miżuri li jiffavorixxu lill-impriżi li jagħtu vantaġġ b'mod selettiv li jaqgħu taħt il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat.

(232)

Fil-każ inkwistjoni, mill-għotjiet ta' investiment dirett u mill-injezzjonijiet ta' kapital annwali bbenifikat biss FGAZ/FZG. B'hekk, iż-żewġ miżuri huma definittivament selettivi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

7.1.1.5.    Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(233)

Meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża, meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li jikkompetu fis-suq intern, dawn tal-aħħar iridu jitqiesu bħala li ġew affettwati minn dik l-għajnuna (54). Il-vantaġġ ekonomiku mogħti mill-għotjiet ta' investiment dirett u mill-injezzjonijiet ta' kapital annwali, f'dan il-każ lill-operatur tal-ajruport, isaħħaħ il-pożizzjoni ekonomika tiegħu, billi l-operatur tal-ajruport seta' jistabbilixxi n-negozju tiegħu mingħajr ma kellu jġorr l-ispejjeż operatorji u l-ispejjeż ta' investiment inerenti kollha.

(234)

Kif ġie vvalutat fil-premessa 173 et seq., l-operat ta' ajruport huwa attività ekonomika. Minn naħa waħda, il-kompetizzjoni sseħħ bejn l-ajruporti sabiex jattiraw il-linji tal-ajru u t-traffiku tal-ajru korrispondenti (passiġġieri u merkanzija) u, min-naħa l-oħra, bejn il-maniġers tal-ajruporti, li jistgħu jikkompetu bejniethom sabiex jiġu fdati bil-ġestjoni ta' ajruport partikolari. Barra minn hekk, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasportaturi bi prezzijiet baxxi u l-operaturi charter, l-ajruporti li ma jinsabux fl-istess żoni ta' lħuq jew li jinsabu saħansitra fi Stati Membri differenti jistgħu jkunu wkoll f'kompetizzjoni ma' xulxin sabiex jattiraw dawk il-linji tal-ajru.

(235)

Kif issemma fil-punt 40 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 u kif affermat mill-ġdid fil-punt 45 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, mhuwiex possibbli li jiġu esklużi saħansitra ajruporti żgħar mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Barra minn hekk, il-punt 45 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jiddikjara espliċitament li “d-daqs relattivament żgħir tal-impriża li tirċievi finanzjament pubbliku ma jeskludix, bħala tali, il-possibbiltà li jista' jiġi affettwat il-kummerċ bejn l-Istati Membri” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

(236)

L-Ajruport ta' Zweibrücken bħalissa qed jaqdi madwar 242 000 passiġġier fis-sena u fl-imgħoddi qeda xejn inqas minn madwar 340 000 passiġġier fis-sena. Il-previżjoni pprovduta mill-Ġermanja stabbilixxiet li l-għadd ta' passiġġieri jista' jitla' għal aktar minn miljun passiġġier fis-sena fl-2025. Kif ġie osservat fil-premessa 21, l-Ajruport ta' Zweibrücken jinsab fil-viċinanza immedjata tal-Ajruport ta' Saarbrücken (39 kilometru) u f'distanza ta' sagħtejn sewqan minn sitt ajruporti oħrajn. Skont l-istudju dwar il-projezzjoni tat-traffiku tal-ajru pprovdut mill-Ġermanja, bħala medja, 15 % tal-passiġġieri li jużaw l-Ajruport ta' Zweibrücken jiġu minn Stati Membri oħrajn (Franza u l-Lussemburgu). Isiru titjiriet internazzjonali mill-ajruport ta' Zweibrücken lejn destinazzjonijiet bħal Mallorca jew Antalya. Ir-runway fi Zweibrücken għandha tul suffiċjenti (3 000 m) u tippermetti lil-linji tal-ajru jservu destinazzjonijiet internazzjonali b'distanzi medji. Fid-dawl ta' dawn il-fatti, ta' min iqis li l-finanzjament pubbliku lil FGAZ/FZG iwassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni u għandu mill-inqas effett potenzjali fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(237)

Minbarra dawn il-kunsiderazzjonijiet ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-fehma wkoll li l-Ajruport ta' Zweibrücken huwa jew kien f'kompetizzjoni diretta mal-Ajruport ta' Saarbrücken. L-ewwel nett, mhux ta' min jinjora l-fatt li TUIFly, li qabel kienet l-akbar klijenta tal-Ajruport ta' Saarbrücken, telqet mill-ajruport u bdiet topera minn Saarbrücken fl-2007. It-tieni nett, għal perjodu ta' żmien sostanzjali, it-titjiriet lejn Berlin kienu qed jiġu offruti kemm minn Zweibrücken (Germanwings) kif ukoll minn Saarbrücken (Air Berlin u Luxair) b'mod parallel, fatt li wera li kien hemm kompetizzjoni kemm bejn l-ajruporti kif ukoll bejn il-linji tal-ajru. Il-ftehim ta' FZG dwar is-servizzi offruti fl-ajruport ma' Germanwings saħansitra ppreveda tariffi ogħla għas-servizzi li jridu jitħallsu lil FZG f'każ li Air Berlin twaqqaf is-servizz tagħha minn Saarbrücken lejn Berlin.

(238)

Minbarra dawn l-indikaturi għall-kompetizzjoni bejn l-Ajruport ta' Saarbrücken u l-Ajruport ta' Zweibrücken, hemm ukoll evidenza li, minkejja s-sottomissjoni uffiċjali mill-Ġermanja li ż-żewġ ajruporti qatt ma kkunsidraw lilhom infushom bħala li jinsabu f'kompetizzjoni diretta, l-uffiċjali tal-Land Rhineland-Palatinate kienu tal-fehma li kien hemm eżistenza ċara ta' kompetizzjoni. F'żewġ noti interni tal-gvern ta' Rhineland-Palatinate miktuba fl-2003, il-pożizzjoni difiża mill-awturi hija li l-kooperazzjoni bejn l-Ajruport ta' Zweibrücken u l-Ajruport ta' Saarbrücken ma kinitx possibbli/rakkomandabbli f'dak iż-żmien. Minflok, nota waħda spjegat li mill-inqas sakemm FRAPORT AG tkun involuta mal-Ajruport ta' Saarbrücken, ir-relazzjoni bejn iż-żewġ ajruporti tkun waħda ta' kompetizzjoni (55). In-nota tiddikjara wkoll li “mill-perspettiva ta' Rhineland-Palatinate, jista' jkun mistenni li l-Ajruport ta' Zweibrücken jipprevali f'din il-kompetizzjoni fuq perjodu ta' żmien twil” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (56). Dawn id-dikjarazzjonijiet jindikaw li, għall-inqas fl-2003, ir-relazzjoni perċepita bejn iż-żewġ ajruporti kienet tabilħaqq waħda ta' kompetizzjoni.

(239)

F'dan l-isfond, il-finanzjament pubbliku mogħti lil FGAZ/FZG irid jitqies bħala li jista' jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u jkollu effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.1.1.6.    Konklużjoni

(240)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 173 sa 239, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-finanzjament pubbliku mogħti lil FGAZ/FZG fil-forma ta' għotjiet ta' investiment dirett u injezzjonijiet ta' kapital annwali bejn is-sena 2000 u l-2009 jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.1.2.   LEGALITÀ TAL-GĦAJNUNA

(241)

Skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw kwalunkwe pjanijiet li jagħtu jew ibiddlu l-għajnuna, u ma għandhomx jimplimentaw il-miżuri proposti qabel ma l-proċedura ta' notifika tirriżulta f'deċiżjoni finali.

(242)

Billi l-fondi kienu diġà tpoġġew għad-dispożizzjoni ta' FGAZ/FZG, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Ġermanja ma rrispettatx il-projbizzjoni tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat (57).

7.1.3.   IL-KOMPATIBBILTÀ

7.1.3.1.    L-applikabbiltà tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 u tal-2014

(243)

L-Artikolu 107(3) tat-Trattat jipprevedi ċerti eżenzjonijiet għar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat li l-għajnuna mill-Istat mhijiex kompatibbli mas-suq intern. L-għajnuna inkwistjoni tista' tiġi vvalutata biss fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat, li jistipula li: “għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”, tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern.

(244)

F'dan ir-rigward, il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jipprovdu qafas għall-valutazzjoni ta' jekk l-għajnuna mogħtija lill-ajruporti tistax tiġi ddikjarata bħala kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat.

(245)

Skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna illegali mill-Istat  (58) japplika għall-għajnuna illegali għall-investiment mogħtija lill-ajruporti. F'dan ir-rigward, jekk l-għajnuna illegali għall-investiment tkun ingħatat qabel l-4 ta' April 2014, il-Kummissjoni tapplika r-regoli dwar il-kompatibbiltà li kienu fis-seħħ fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna għall-investiment illeġittima. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ser tapplika l-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 fil-każ ta' għajnuna illegali għall-investiment mogħtija lill-ajruporti qabel l-4 ta' April 2014 (59).

(246)

Skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-Kummissjoni hija tal-fehma li d-dispożizzjonijiet tal-avviż tagħha dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna illegali mill-Istat ma għandhomx japplikaw għall-każijiet pendenti ta' għajnuna operatorja illegali mogħtija lill-ajruporti qabel l-4 ta' April 2014. Minflok, il-Kummissjoni ser tapplika l-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 għall-każijiet kollha li jikkonċernaw l-għajnuna operatorja (in-notifiki pendenti u l-għajnuna illegali mhux innotifikata) lill-ajruporti, anki jekk l-għajnuna ngħatat qabel l-4 ta' April 2014 u l-bidu tal-perjodu tranżitorju (60).

(247)

Fil-premessa 242 il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li l-injezzjonijiet diretti u annwali ta' kapital ma jikkostitwixxux għajnuna illegali mill-Istat mogħtija qabel l-4 ta' April 2014.

7.1.3.2.    Distinzjoni bejn għajnuna għall-investiment u għajnuna operatorja

(248)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 imsemmija fil-premessi 245 u 246, il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwix għajnuna għall-investiment jew għajnuna operatorja illegali.

(249)

Skont il-punt 25(r) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna għall-investiment hija definita bħala “għajnuna maħsuba biex tiffinanzja l-assi kapitali fissi; speċifikament, sabiex tiġi koperta d-diskrepanza fil-finanzjament tal-ispejjeż kapitali” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Barra minn hekk, skont il-punt 25(r) tal-Linji Gwida, l-għajnuna għall-investiment tista' tkun relatata kemm ma' pagament bil-quddiem (jiġifieri tkun tkopri l-ispejjeż tal-investiment bil-quddiem) kif ukoll mal-għajnuna mħallsa fil-forma ta' pagamenti akkont perjodiċi (sabiex tkopri l-ispejjeż kapitali, f'termini tad-deprezzament annwali u l-ispejjeż tal-finanzjament).

(250)

Min-naħa l-oħra, l-għajnuna operatorja tfisser l-għajnuna li tkopri l-ispejjeż operatorji kollha, jew parti minnhom, ta' ajruport, definiti bħala “l-ispejjeż sottostanti tal-provvediment ta' servizzi fl-ajruport, inklużi kategoriji bħall-ispejjeż tal-persunal, is-servizzi mogħtija b'kuntratt, il-komunikazzjoni, l-iskart, l-enerġija, il-manutenzjoni, il-kera, l-amministrazzjoni, eċċ., iżda esklużi l-ispejjeż kapitali, l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni jew kwalunkwe inċentivi oħrajn mogħtija lil-linji tal-ajru mill-ajruport, kif ukoll l-ispejjeż li jaqgħu fil-mandat tal-politika pubblika” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (61).

(251)

Fid-dawl ta' dawk id-definizzjonijiet, jista' jiġi kkunsidrat li l-injezzjonijiet ta' kapital diretti, li kienu lkoll marbuta ma' proġetti ta' investiment partikolari, jikkostitwixxu għajnuna għall-investiment favur FGAZ/FZG.

(252)

B'kuntrast ma' dan, il-parti tal-injezzjonijiet ta' kapital annwali li ntużat biex tkopri t-telf operatorju annwali (62) ta' FGAZ/FZG, nett tal-ispejjeż inklużi fl-EBITDA li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika kif stabbilit fil-premessi 198 sa 200 u l-ispejjeż imġarrba qabel it-12 ta' Diċembru 2000, jikkostitwixxu għajnuna operatorja favur FGAZ/FZG.

(253)

Fl-aħħar nett, il-parti tal-injezzjonijiet ta' kapital annwali li tkopri t-telf ta' FGAZ/FZG li mhuwiex inkluż diġà fl-EBITDA (jiġifieri, id-deprezzament annwali tal-assi, l-ispejjeż tal-finanzjament, eċċ.), nieqes l-ispejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika kif stabbilit fil-premessi 198 sa 200 u l-ispejjeż imġarrba qabel it-12 ta' Diċembru 2000, jikkostitwixxu għajnuna għall-investiment.

7.1.3.3.    Kompatibbiltà tal-għajnuna għall-investiment

(254)

Skont il-paragrafu 61 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, il-Kummissjoni trid teżamina jekk humiex issodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

il-kostruzzjoni u l-operat tal-infrastruttura jissodisfaw objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar (l-iżvilupp reġjonali, l-aċċessibbiltà, eċċ.);

(b)

l-infrastruttura hija neċessarja u proporzjonali għall-objettiv li ġie ffissat;

(c)

l-infrastruttura jkollha prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq perjodu ta' żmien medju, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-infrastruttura eżistenti;

(d)

l-utenti potenzjali kollha tal-infrastruttura għandhom aċċess għaliha b'mod ugwali u mhux diskriminatorju; u

(e)

l-iżvilupp tal-kummerċ mhuwiex affettwat sa ċertu punt li jmur kontra l-interess tal-Unjoni.

(255)

Barra minn hekk, sabiex tkun kompatibbli, l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti –bħal kwalunkwe miżura oħra ta' għajnuna mill-Istat — irid ikollha effett ta' inċentiv u tkun neċessarja u proporzjonali fir-rigward tal-objettiv leġittimu fil-mira.

(256)

Il-Ġermanja affermat li l-għajnuna għall-investiment favur FGAZ/FZG hija konformi mal-kriterji tal-kompatibbiltà kollha stipulati fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005.

(a)   Kontribut għal objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar

(257)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 ma jistabbilixxux kriterji preċiżi li abbażi tagħhom jiġi vvalutat jekk l-għajnuna għall-investiment mogħtija lil ajruport tikkontribwix għal objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar. Madankollu, sempliċi duplikazzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport eżistenti ma tistax titqies bħala li sservi objettiv ta' interess komuni.

(258)

F'dan ir-rigward, għalhekk, il-Kummissjoni trid tivvaluta, l-ewwel nett, jekk l-Ajruport ta' Zweibrücken jidduplikax l-infrastruttura tal-ajruport eżistenti fir-reġjun.

Duplikazzjoni: Sovrapożizzjoni bejn l-Ajruport ta' Zweibrücken u l-Ajruport ta' Saarbrücken

(259)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-Ajruport ta' Zweibrücken jinsab fil-qrubija immedjata tal-Ajruport ta' Saarbrücken. Id-distanza lineari bejn iż-żewġ ajruporti hija ta' madwar 20 kilometru, li ssarraf f'madwar 39 kilometru ta' toroq. Il-ħin tal-ivvjaġġar bil-karozza bejn iż-żewġ ajruporti huwa ta' madwar 30 minuta. Barra minn hekk, hemm mill-inqas sitt ajruporti oħrajn li jinsabu f'distanza ta' inqas minn sagħtejn f'ħin tal-ivvjaġġar bogħod mill-Ajruport ta' Zweibrücken.

(260)

Il-qrubija bejn iż-żewġ ajruporti tfisser li t-tnejn iservu żoni ta' lħuq virtwalment identiċi. Id-diversi studji ppreżentati mill-Ġermanja f'dan il-każ (63), kif ukoll fil-proċedura ta' investigazzjoni formali parallela li tirrigwardja l-Ajruport ta' Saarbrücken (64) jikkonfermaw li l-maġġoranza tal-passiġġieri li jużaw iż-żewġ ajruporti jiġu mill-Punent ta' Rhineland-Palatinate u Saarland.

(261)

Il-profili tal-Ajruporti ta' Saarbrücken u Zweibrücken huma wkoll relattivament simili. Meta bdiet l-avjazzjoni kummerċjali fi Zweibrücken fl-2006, l-ewwel klijenta kienet Germanwings, li bdiet toffri rotta lejn Berlin. L-istess rotta kienet servuta minn Saarbrücken minn Luxair u, mill-2007 'il quddiem, minn Air Berlin. It-tieni l-akbar klijenta ta' Zweibrücken kienet TUIFly, li toffri titjiriet lejn diversi postijiet popolari għall-vaganzi, primarjament fil-Mediterran. Qabel bdiet isservi lil Zweibrücken, TUIFly kienet waħda mill-akbar klijenti tal-Ajruport ta' Saarbrücken.

(262)

Zweibrücken ipprova wkoll jidħol fis-suq tal-ivvjaġġar bi prezzijiet baxxi b'mod aktar wiesa' billi daħal f'kuntratti ma' Ryanair, li, madankollu, żammet biss ir-rotta ta' Londra Stansted għal inqas minn sena. Eventwalment, Germanwings ukoll abbandunat l-ajruport, bil-konsegwenza li, mill-aħħar tal-2011, l-Ajruport ta' Zweibrücken beda jikkonċentra kważi esklussivament fuq it-titjiriet charter lejn destinazzjonijiet popolari għall-vaganzi u xi titjiriet ta' trasport ta' merkanzija bl-ajru.

(263)

Madankollu, it-titjiriet charter lejn destinazzjonijiet popolari għall-vaganzi huma u kienu offruti wkoll minn Saarbrücken. Huwa importanti li jidher li d-destinazzjonijiet ewlenin servuti minn Zweibrücken huma servuti wkoll b'mod frekwenti minn Saarbrücken. Bħala eżempju, l-iskeda tat-titjiriet tas-sajf 2014 turi li ż-żewġ destinazzjonijiet l-aktar frekwenti servuti minn Zweibrücken huma Antalya u Palma de Mallorca, li jammontaw għal 70 % tat-titjiriet li jsiru kull ġimgħa. Fl-istess ħin, iż-żewġ destinazzjonijiet huma servuti wkoll minn Saarbrücken bi frekwenza simili: fil-ġimgħa ta' bejn is-16 ta' Ġunju 2014 u t-23 ta' Ġunju 2014, telqu 16-il titjira minn Zweibrücken lejn Antalya jew Palma de Mallorca, filwaqt li telqu 18-il titjira lejn dawk l-istess destinazzjonijiet minn Saarbrücken.

Duplikazzjoni: il-kapaċità, l-għadd ta' passiġġieri u r-riżultati annwali

(264)

Wara li l-Ajruport ta' Zweibrücken daħal fis-suq għall-avjazzjoni kummerċjali, l-għadd ta' passiġġieri żdied b'mod rapidu, minn 78 000 passiġġier fl-2006 għal 338 000 passiġġier fl-2009. Wara dan il-perjodu ta' tkabbir rapidu, l-għadd beda jonqos, fejn fl-2012 niżlu għal 242 000 passiġġier. Għalhekk, meta wieħed iqis li l-kapaċità fi Zweibrücken hija ta' 700 000 passiġġier, l-ajruport qatt ma opera f'aktar minn 50 % tal-kapaċità disponibbli tiegħu, u bħalissa qiegħed jopera f'madwar 35 % tal-kapaċità disponibbli.

(265)

F'paragun, l-għadd ta' passiġġieri f'Saarbrücken kien essenzjalment stabbli għal madwar 450 000 passiġġier fis-sena sakemm Zweibrücken daħal fis-suq tal-avjazzjoni kummerċjali, meta mbagħad l-għadd ta' passiġġieri naqas minn 487 000 passiġġier fl-2005 għal 350 000 passiġġier fl-2007. Wara li adatta t-tariffi tal-ajruport, l-Ajruport ta' Saarbrücken irnexxielu jattira lil Air Berlin fl-2007, li wassal għal effett ta' riperkussjoni u żieda fl-għadd ta' passiġġieri, fejn intlaħaq massimu ta' 518 000 passiġġier fl-2008. Fl-2012, kien hemm 425 000 passiġġier li użaw l-Ajruport ta' Saarbrücken. Meta wieħed iqis li l-kapaċità ta' Saarbrücken bħalissa hija wkoll ta' 700 000 passiġġier fis-sena, intużat biss bejn 50-75 % tal-kapaċità disponibbli tiegħu. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li l-kapaċità tal-Ajruport ta' Saarbrücken tista' tkun ogħla (jiġifieri bejn 750 000 u 800 000 passiġġier fis-sena) li kieku ma kinitx limitata fir-rigward tal-għadd ta' kontrolli tas-sigurtà fuq il-passiġġieri li kapaċi jagħmel l-Ajruport fis-siegħa. Din il-limitazzjoni tirriżulta mill-fatt li bħalissal-Ajruport ta' Saarbrücken għandu biss żewġ skeners tas-sigurtà disponibbli.

(266)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li kemm l-Ajruport ta' Saarbrücken kif ukoll dak ta' Zweibrücken kienu qegħdin jagħmlu t-telf matul il-perjodu li qiegħed jiġi investigat (2000-2009). Notevolment, it-telf annwali fiż-żewġ ajruporti żdied f'daqqa mill-2006 'il quddiem, meta Zweibrücken daħal fis-suq tal-avjazzjoni kummerċjali.

Duplikazzjoni: evidenza ta' kompetizzjoni diretta bejn iż-żewġ ajruporti

(267)

Fil-premessi 237 u 238, il-Kummissjoni diġà osservat li hemm xi indikazzjonijiet li l-Ajruport ta' Zweibrücken sab ruħu f'kompetizzjoni diretta mal-Ajruport ta' Saarbrücken. L-ewwel nett, ta' min jerġa' jfakkar li TUIFly, li qabel kienet l-akbar klijenta tal-Ajruport ta' Saarbrücken, telqet minn dak l-ajruport u marret fl-Ajruport ta' Zweibrücken fl-2007 (65). It-tieni nett, għal perjodu ta' żmien sostanzjali, it-titjiriet lejn Berlin kienu qed jiġu offruti kemm minn Zweibrücken (Germanwings) kif ukoll minn Saarbrücken (Air Berlin u Luxair) b'mod parallel, fatt li wera li kien hemm kompetizzjoni kemm bejn l-ajruporti kif ukoll bejn ir-rotot servuti mil-linji tal-ajru. Il-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport ta' FZG ma' Germanwings ippreveda wkoll tariffi ogħla għas-servizzi li għandhom jitħallsu lil FZG f'każ li Air Berlin tittermina s-servizz tagħha minn Saarbrücken lejn Berlin.

(268)

Minbarra l-indikaturi ulterjuri diġà msemmija (ara l-premessa 238), il-Kummissjoni tirreferi wkoll għall-minuti tal-laqgħa tal-bord superviżorju ta' FGAZ tas-26 ta' Ġunju 2009. Il-minuti, li jiġbru fil-qosor ir-rapport imħejji mill-bord tat-tmexxija, isemmu laqgħa li saret bejn il-maniġment ta' FGAZ, Ryanair u l-Ministeru tal-Ekonomija ta' Rhineland-Palatinate. Matul dik il-laqgħa, li ddiskutiet il-ġejjieni tar-relazzjoni ta' Ryanair ma' Zweibrücken, ir-rappreżentant tal-Ministeru “ġibed l-attenzjoni ta' [Ryanair] li l-Gvern ta' Rhineland-Palatinate jikkunsidrah bħala att spjaċevoli ħafna li kieku Ryanair kellha tibda sservi lil Saarbrücken”. Minflok turi kumplimentarjetà bejn iż-żewġ ajruporti, dik in-nota tindika li ż-żewġ ajruporti kienu qegħdin jikkompetu għan-negozju.

Duplikazzjoni: merkanzija

(269)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-Ajruport ta' Zweibrücken huwa involut ukoll fl-immaniġġjar tal-merkanzija bl-ajru. Filwaqt li l-merkanzija mhijiex aspett sinifikanti tal-operazzjonijiet fl-Ajruport ta' Saarbrücken, hija tifforma element ċentrali tal-mudell kummerċjali tal-Ajruport ta' Frankfurt-Hahn. Kif ġie ddikjarat fil-premessa 21, l-Ajruport ta' Frankfurt-Hahn jinsab biss madwar 128 km jew madwar 84 minuta bil-karozza bogħod minn Zweibrücken. Barra minn hekk, il-merkanzija tiġi mmaniġġjata wkoll fl-ajruport tal-Lussemburgu, li jinsab madwar 145 km, jew madwar 86 minuta bil-karozza (ara l-premessa 21) bogħod mill-Ajruport ta' Zweibrücken.

(270)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li t-trasport tal-merkanzija ġeneralment ikun aktar mobbli mit-trasport tal-passiġġieri (66). B'mod ġenerali, iż-żona ta' lħuq għall-ajruporti tal-merkanzija titqies bħala li għandha raġġ ta' mill-inqas madwar 200 kilometru u sagħtejn f'ħin tal-ivvjaġġar. Sa ċertu punt, jidher li l-industrija tissuġġerixxi li, b'mod ġenerali, sa nofs ġurnata ta' ħin tas-sewqan bit-trakkijiet (jiġifieri, sa 12-il siegħa ta' sewqan bit-trakkijiet) hija aċċettabbli (67).

(271)

Meta wieħed iqis li ż-żona ta' lħuq għall-merkanzija hija tipikament ferm akbar minn dik għall-passiġġieri, l-Ajruporti ta' Frankfurt-Hahn u tal-Lussemburgu jipprovdu kapaċità suffiċjenti għat-trasport tal-merkanzija bl-ajru għar-reġjun.

Duplikazzjoni: diskussjoni dwar is-sejbiet

(272)

Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet deskritti fil-premessi 259 sa 270, il-Kummissjoni ssib li l-Ajruport ta' Zweibrücken jidduplika l-infrastruttura tal-ajruport disponibbli fl-Ajruport ta' Saarbrücken. B'mod aktar partikolari, il-Kummissjoni hija tal-fehma li anki qabel ma Zweibrücken daħal fis-suq tal-avjazzjoni kummerċjali, ir-reġjun diġà kien konness sewwa bl-ajruporti eżistenti, primarjament l-Ajruport ta' Saarbrücken u li l-Ajruport ta' Zweibrücken ma jżidx il-konnettività tar-reġjun.

(273)

Barra minn hekk, kwalunkwe domanda ta' servizz tal-avjazzjoni mhux issodisfata mill-Ajruport ta' Saarbrücken tista' faċilment tiġi ssodisfata mis-sitt ajruporti l-oħrajn li jistgħu jintlaħqu f'ħin tal-ivvjaġġar ta' inqas minn sagħtejn. B'mod partikolari, fir-rigward tat-titjiriet għal skop ta' divertiment, b'mod komuni huma aċċettati ħinijiet tal-ivvjaġġar sa massimu ta' sagħtejn. L-istess jgħodd fir-rigward tad-domanda għal servizzi ta' trasport tal-merkanzija bl-ajru.

(274)

Il-Ġermanja ma ppreżentat ebda evidenza li turi li l-għadd pproġettat ta' passiġġieri kien jeħtieġ id-dħul fis-suq tal-Ajruport ta' Zweibrücken. B'mod partikolari, filwaqt li d-dħul fis-suq tal-avjazzjoni kummerċjali seħħ fl-2006, l-aktar studju bikri dwar il-projezzjonijiet tal-għadd ta' passiġġieri pprovda dati minn Settembru 2009 (68). Għalhekk, ma jistax jiġi sostnut li l-finanzjament pubbliku mis-sena 2000 kien immirat biex jissodisfa d-domanda għas-servizzi tal-avjazzjoni li kieku ma kinux jiġu ssodisfati.

(275)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li fl-1997 l-Ajruport ta' Saarbrücken ipproġetta li l-għadd ta' passiġġieri tiegħu kien ser jiżdied għal 676 000 sal-2010 (69). Minħabba li, f'dak iż-żmien, l-Ajruport ta' Zweibrücken kien għadu mhux attiv fis-suq tal-avjazzjoni kummerċjali, jista' jiġi preżunt li l-projezzjoni kienet l-aktar previżjoni affidabbli tal-passiġġieri għar-reġjun. Minħabba li Saarbrücken għandu kapaċità ta' bejn 700 000 u 800 000 passiġġier fis-sena, jidher ċar li l-għadd ta' passiġġieri previst fl-1997 seta' jiġi ssodisfat mill-Ajruport ta' Saarbrücken waħdu għal perjodu ta' żmien sinifikanti.

(276)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li anki l-għadd ta' passiġġieri attwali fl-Ajruporti ta' Zweibrücken u Saarbrücken ma jurix li l-kapaċità ta' Saarbrücken hija insuffiċjenti sabiex tissodisfa d-domanda fir-reġjun. Huwa minnu li l-għadd ta' passiġġieri kkombinati f'Saarbrücken u Zweibrücken laħqu kważi 850 000 passiġġier fl-2008 u 810 000 fl-2009, jiġifieri aktar mill-kapaċità massima tal-Ajruport ta' Saarbrücken. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tqis li dak l-għadd jipproġetta immaġini pjuttost mgħawġa tad-domanda reali fir-reġjun: l-ewwel nett, l-għadd għoli ta' passiġġieri jidher li huwa xprunat mill-kompetizzjoni diretta bejn ir-rotot ta' Berlin offruti minn Zweibrücken u Saarbrücken (u minn Germanwings u Air Berlin/Luxair, rispettivament), li temporanjament attiraw passiġġieri addizzjonali. Madankollu, ladarba Germanwings waqqfet ir-rotta mhux profittabbli tagħha lejn Berlin, id-domanda għar-rotta naqset. It-tieni nett, il-Kummissjoni ssib (ara t-Taqsima 7.3) li Germanwings, TUIFly u Ryanair ilkoll ibbenifikaw minn għajnuna mill-Istat inkompatibbli mogħtija lilhom minn FGAZ/FZG. Sa fejn dan seta' jiġi tradott fi prezzijiet tal-biljetti mnaqqsin, hemm dubju dwar kemm l-għadd ta' passiġġieri b'hekk issussidjati fi Zweibrücken kienu jirrappreżentaw id-domanda reali fir-reġjun. Fl-aħħar nett, ta' min jinnota li l-għadd ta' passiġġieri konġunti naqas mill-2009 'il hawn: l-għadd ta' passiġġieri konġunti fi Zweibrücken u Saarbrücken kienu madwar 670 000 fl-2012 u, b'hekk, taħt il-limitu tal-kapaċità tal-Ajruport ta' Saarbrücken.

(277)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument imressaq mill-Ġermanja li ż-żewġ ajruporti qegħdin biss jikkumplimentaw lil xulxin, minflok jikkompetu ma' xulxin. L-ewwel nett, minkejja l-fatt li l-mudelli tan-negozju taż-żewġ ajruporti jidhru li huma sa ċertu punt differenti, jidher b'mod ċar li n-negozju prinċipali tal-Ajruport ta' Zweibrücken (it-titjiriet għall-btajjel, b'mod partikolari lejn Antalya/Palma de Mallorca) huwa pprovdut ukoll minn Saarbrücken. Huwa minnu li altrimenti Saarbrücken jikkonċentra fuq it-titjiriet skedati lejn bliet ewlenin bħal-Lussemburgu, Berlin u Ħamburg. Madankollu, dan ma jbiddilx il-fatt li Zweibrücken jidher li għandu biss negozju limitat li mhuwiex jew ma jistax ikun servut minn Saarbrücken.

(278)

Il-Kummissjoni ssib ukoll li d-differenzi fl-infrastruttura li jeżistu bejn iż-żewġ ajruporti ma jimminawx is-sejba tagħha li l-Ajruport ta' Zweibrücken jidduplika l-infrastruttura tal-ajruport li diġà kienet teżisti qabel f'Saarbrücken. Filwaqt li huwa minnu wkoll li Zweibrücken għandu runway itwal, li tagħmlu aktar addattat għal titjiriet fuq distanza twila u għall-ajruplani tqal tal-merkanzija, dawn id-differenzi mhumiex biżżejjed biex jiġġustifikaw il-preżenza ta' żewġ ajruporti f'daqstant qrubija. L-ewwel nett, kif ġie spjegat fil-premessi 269 u 270, id-domanda għat-trasport tal-merkanzija bl-ajru qiegħda tiġi ssodisfata b'mod suffiċjenti mill-Ajruporti ta' Frankfurt-Hahn u tal-Lussemburgu, fejn — skont l-informazzjoni tal-Kummissjoni — ma hemm ebda restrizzjoni rilevanti fir-rigward tal-piż tal-ajruplani. It-tieni nett, il-Ġermanja ma wrietx li għadd sinifikanti tat-titjiriet kummerċjali tal-passiġġieri li jitilqu minn Zweibrücken ma jistgħux jitilqu minn Saarbrücken.

(279)

Fl-aħħar nett, meta wieħed iqis li l-Ajruport ta' Saarbrücken apparentement seta' jakkomoda d-domandi tas-servizz tal-avjazzjoni li issa huma parzjalment meħuda minn Zweibrücken qabel dan tal-aħħar daħal fis-suq, id-differenza fl-infrastruttura ma tiġġustifikax id-duplikazzjoni tal-infrastruttura li diġà kienet teżisti f'Saarbrücken.

Konklużjoni

(280)

Fid-dawl tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ippreżentati u diskussi fil-premessi 255 sa 279, il-Kummissjoni ssib li l-għajnuna għall-investiment favur FGAZ/FZG serviet għall-ħolqien jew għall-manutenzjoni ta' infrastruttura li sempliċiment tidduplika l-ajruport (mhux profittabbli) f'Saarbrücken. Għalhekk, l-għajnuna għall-investiment ma tistax titqies bħala li tikkontribwixxi għal objettiv ta' interess komuni.

(281)

Billi l-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà elenkati (fil-premessa 254) huma kumulattivi, il-Kummissjoni ma għandhiex għalfejn tevalwa l-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà li fadal. Għaldaqstant, sal-punt li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, l-għajnuna għall-investiment għandha tinstab li mhijiex kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat.

(282)

Minħabba li l-Ġermanja ma ppreżentat u l-Kummissjoni ma identifikat ebda bażi alternattiva ta' kompatibbiltà, għalhekk, huwa konkluż li, sal-punt li tammonta għal għajnuna mill-Istat, l-għajnuna għall-investiment favur FGAZ/FZG hija inkompatibbli mas-suq intern.

7.1.3.4.    Kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja skont ir-regoli dwar is-SIEĠ

(283)

Il-Ġermanja ssostni li l-finanzjament pubbliku relatat mal-għajnuna operatorja favur FGAZ/FZG irid jitqies bħala kompatibbli mas-suq intern bħala kumpens għall-forniment ta' SIEĠ skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat.

(284)

L-Artikolu 106(2) tat-Trattat jgħid li “kull impriża responsabbli sabiex topera servizzi ta' importanza ekonomika ġeneral, jew li jkollha l-karattru ta' monopolju fiskali għandha tkun suġġetta għar-regoli tat-Trattati, b'mod partikolari dawk li jirreferu għall-kompetizzjoni, sa fejn l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ma tostakolax it-twettiq de jure jew de facto tal-funzjonijiet speċifiċi mogħtija lil dik l-impriża. L-iżvilupp tal-kummerċ m'għandux jiżviluppa b'mod kuntrarju għall-interessi tal-Unjoni.”

(285)

Dak l-Artikolu fih deroga (parzjali) mill-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat inkluża fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat sal-punt li l-għajnuna hija meħtieġa u proporzjonali sabiex jiġi żgurat it-twettiq tas-SIEĠ taħt kundizzjonijiet ekonomiċi aċċettabbli.

(286)

Qabel il-31 ta' Jannar 2012, il-Qafas tas-IEĠ tal-2005 (70) u d-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 irrappreżentaw il-politika tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tad-deroga fl-Artikolu 106(2) tat-Trattat.

(287)

Il-Kummissjoni tinnota li dawk iż-żewġ strumenti jirrikjedu li l-impriża inkwistjoni tiġi fdata b'SIEĠ ġenwin. L-inkarigu tal-operatur tal-ajruport b'missjonijiet ta' servizz pubbliku jrid jiġi rreġistrat ukoll f'“dokument uffiċjali wieħed jew aktar” li jinkludu, fost l-oħrajn, “in-natura preċiża tal-obbligu tas-servizz pubbliku” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (71).

SIEĠ ġenwin

(288)

L-ewwel nett, fir-rigward tal-kwistjoni ta' jekk l-Ajruport ta' Zweibrücken jikkostitwix SIEĠ ġenwin, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex attività tikkostitwixxi SIEĠ, dik l-attività għandha turi karatteristiċi speċjali mqabbla ma' attivitajiet ekonomiċi ordinarji, u li l-objettiv ta' interess ġenerali segwit ma jistax sempliċiment ikun dak tal-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi jew oqsma ekonomiċi kif previsti fl-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat (72). F'dan id-dawl, il-Kummissjoni tqis li dan jista' jkun il-każ biss jekk parti miż-żona servuta mill-ajruport tkun, fin-nuqqas ta' dan l-ajruport, iżolata mill-bqija tal-Unjoni sal-punt li jkun ta' detriment għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħha (73).

(289)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li teżisti ċerta duplikazzjoni bejn id-definizzjoni xierqa ta' SIEĠ u l-kwistjoni ta' jekk il-finanzjament pubbliku ta' ajruport (kemm l-ispejjeż ta' investiment kif ukoll l-ispejjeż operatorji) jikkontribwix għal objettiv definit sewwa ta' interess komuni. Il-Kummissjoni fakkret fil-premessi 257 et seq. li l-finanzjament pubbliku li jwassal għad-duplikazzjoni tal-infrastruttura ta' ajruport f'reġjun partikolari ma jistax jitqies bħala li jikkontribwixxi għal objettiv ta' interess komuni (ara wkoll il-premessi 294 et seq.). Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-ġestjoni globali ta' ajruport tista' titqies biss bħala li tikkostitwixxi SIEĠ “jekk parti miż-żona li potenzjalment tuża l-ajruport, mingħajr l-ajruport, tkun iżolata mill-bqija tal-Unjoni sal-punt li l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħha jkun preġudikat” [traduzzjonin mhux uffiċjali] (74). F'dan id-dawl, il-Kummissjoni tqis ukoll li l-operat ta' ajruport li jidduplika ajruport ieħor fl-istess reġjun ma jistax jitqies bħala li jikkostitwixxi SIEĠ ġenwin (75).

(290)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li, sal-punt li jammonta għal għajnuna mill-Istat, il-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura tal-Ajruport ta' Zweibrücken huwa inkompatibbli mas-suq intern minħabba li jidduplika l-infrastruttura eżistenti. Bl-istess mod, il-Kummissjoni ssib li l-operat tal-Ajruport ta' Zweibrücken ma jikkostitwixxi ebda servizz ġenwin ta' interess ekonomiku ġenerali. Għalhekk, sal-punt li l-Ġermanja tqis li l-operat tal-Ajruport ta' Zweibrücken jammonta għal SIEĠ, hija tkun għamlet żball manifest fid-definizzjoni tas-SIEĠ (76).

L-att ta' inkarigu

(291)

It-tieni nett, il-Kummissjoni ssib li, f'kull każ, FGAZ/FZG ma kinux fdati kif xieraq bl-operat tal-Ajruport ta' Zweibrücken bħala SIEĠ. Bħala atti ta' inkarigu rilevanti, il-Ġermanja rreferiet biss għal-liċenzja tal-operat ġenerali tal-Ajruport u għall-“obbligu tal-operat” skont il-paragrafu 45 tal-LuftVZO. Il-Kummissjoni tinnota li, skont il-Ġermanja, l-impożizzjoni ta' obbligu tal-operat kien ir-riżultat ta' ammeljorament tal-Ajruport ta' Zweibrücken minn “mitjar” għal “ajruport” fis-sens tal-paragrafu 49 u tal-paragrafu 38 tal-LuftVZO (77). Madankollu, dak l-ammeljorament seħħ biss fil-bidu tal-2010, li kien ifisser li għall-perjodu taħt investigazzjoni f'dan il-każ (2000 — 2009) ma kien inferit ebda inkarigu mill-paragrafu 45 tal-LuftVZO.

(292)

Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li “ma kien hemm ebda inkarigu uffiċjali ġenerali ta' FZG b'SIEĠ, apparti mil-liċenzja tal-operat u l-inklużjoni fil-proġett ta' konverżjoni ta' Rhineland-Palatinate”. Meta wieħed iqis li l-Ġermanja ma spjegatx kif il-liċenzja tal-operat, minnha nnifisha, tista' tikkostitwixxi att ta' inkarigu li jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-premessa 287, jew kif l-inklużjoni fil-proġett ta' konverżjoni tikkostitwixxi inkarigu xieraq, il-Kummissjoni ssib li FGAZ/FZG ma kinux inkarigati kif xieraq b'SIEĠ ġenwin.

(293)

Għaldaqstant, għar-raġunijiet spjegati fil-premessi 288 et seq. huwa konkluż li l-finanzjament pubbliku mogħti lil FGAZ/FZG, li jammonta għal għajnuna operatorja, ma jistax jitqies bħala kumpens għal SIEĠ kompatibbli mas-suq intern.

7.1.3.5.    Kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014

(294)

It-Taqsima 5.1 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 tistabbilixxi l-kriterji li tapplika l-Kummissjoni meta tiġi biex tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. Skont il-punt 172 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-Kummissjoni tapplika dawk il-kriterji għall-każijiet kollha li jikkonċernaw l-għajnuna operatorja, inklużi n-notifiki pendenti u l-każijiet ta' għajnuna illegali mhux innotifikata.

(295)

L-għajnuna operatorja illegali mogħtija qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mal-firxa sħiħa ta' spejjeż operatorji skoperti diment li jiġu ssodisfati (78) l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kontribut għal objettiv ta' interess komuni definit sewwa: din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk, fost l-oħrajn, l-għajnuna żżid il-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni jew tiffaċilita l-iżvilupp reġjonali (79);

(b)

il-ħtieġa għal intervent mill-Istat: l-għajnuna trid tiġi mmirata lejn sitwazzjonijiet fejn tali għajnuna tista' ġġib magħha titjib materjali li s-suq innifsu ma jistax iwassal (80);

(c)

l-eżistenza tal-effett ta' inċentiv: din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk ikun probabbli li, fin-nuqqas ta' għajnuna operatorja, u b'kunsiderazzjoni tal-preżenza possibbli tal-għajnuna għall-investiment u l-livell tat-traffiku tal-ajru, il-livell tal-attività ekonomika tal-ajruport ikkonċernat jitnaqqas b'mod sinifikanti (81);

(d)

il-proporzjonalità tal-ammont ta' għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu neċessarju): sabiex tkun proporzjonata, l-għajnuna operatorja lill-ajruporti trid tkun limitata għall-minimu neċessarju sabiex tkun tista' titwettaq l-attività megħjuna (82);

(e)

l-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ (83).

(a)   Kontribut għal objettiv ta' interess komuni definit sewwa

(296)

Il-punt 114 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jispjega li “d-duplikazzjoni tal-ajruporti mhux profittabbli ma tikkontribwix għal objettiv ta' interess komuni” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-argumenti ppreżentati fil-premessa 259 et seq. fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-investiment favur FGAZ/FZG skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 huma ugwalment applikabbli għall-kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni ssib li l-għajnuna operatorja mogħtija lil FGAZ/FZG sempliċiment tidduplika ajruport mhux profittabbli u, għalhekk, ma tikkontribwix għal objettiv ta' interess komuni definit sewwa. Għalhekk, sal-punt li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, l-għajnuna operatorja lil FGAZ/FZG ma tistax tinstab li hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat.

Konklużjoni

(297)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna operatorja mogħtija lil FGAZ/FZG mhijiex kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat jew skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat. Minħabba li l-Ġermanja ma ppreżentat u l-Kummissjoni ma identifikat ebda bażi alternattiva ta' kompatibbiltà, għalhekk, huwa konkluż li, sal-punt li tammonta għal għajnuna mill-Istat, l-għajnuna operatorja favur FGAZ/FZG hija inkompatibbli mas-suq intern.

7.2.   GĦAJNUNA POTENZJALI B'KONNESSJONI MA' SELF BANKARJU U L-PARTEĊIPAZZJONI FIL-ĠABRA KOMUNI TA' FLUS TAL-LAND RHINELAND-PALATINATE

7.2.1.   EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA

7.2.1.1.    Attività ekonomika u l-kunċett ta' impriża

(298)

Għar-raġunijiet spjegati fil-premessa 173 et seq., FGAZ/FZG trid titqies bħala li tikkostitwixxi impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

7.2.1.2.    Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat

(299)

Sabiex jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, il-miżuri inkwistjoni jridu jkunu ffinanzjati mir-riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni biex tingħata l-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat.

(300)

Il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat japplika għal kwalunkwe vantaġġ mogħti permezz tar-riżorsi tal-Istat mill-Istat innifsu jew minn kwalunkwe korp intermedjarju li jaġixxi permezz tas-setgħat mogħtija lilu (84). Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-Trattat, ir-riżorsi tal-awtoritajiet lokali huma riżorsi tal-Istat (85).

Garanzija tal-Istat ta' 100 %

(301)

Kwanlunkwe garanzija pubblika tinvolvi telf potenzjali ta' riżorsi mill-Istat. Minħabba li l-garanzija tal-Istat ta' 100 % inħarġet direttament mil-Land Rhineland-Palatinate, hija ngħatat mir-riżorsi tal-Istat u hija wkoll imputabbli lill-Istat.

Ġabra komuni ta' flus tal-Land

(302)

Il-Ġermanja sostniet li l-ġabra komuni ta' flus tal-Land Rhineland-Palatinate mhijiex iffinanzjata direttament mill-baġit pubbliku tal-Land. Hija ssostni li l-fondi kollha fil-ġabra komuni ta' flus ġejjin jew mill-impriżi parteċipanti jew inkella jinkisbu fil-forma ta' self fis-suq tal-kapital.

(303)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li fil-każ inkwistjoni, l-Istat dejjem eżerċita kontroll dirett jew indirett fuq ir-riżorsi fil-ġabra komuni ta' flus, bil-konsegwenza li dawn kienu jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. L-ewwelnett, huma biss l-impriżi fi sjieda maġġoritarja mil-Land Rhineland-Palatinate (sjieda ta' mill-inqas 50 %) li jistgħu jipparteċipaw fil-ġabra komuni ta' flus. Minħabba s-sjieda pubblika maġġoritarja, jidher b'mod ċar li l-impriżi parteċipanti huma impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2 (b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE (86). Minħabba li l-impriżi parteċipanti kollha huma b'hekk impriżi pubbliċi, ir-riżorsi tagħhom jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. Dan il-fatt waħdu juri li l-fondi tal-ġabra komuni ta' flus, sal-punt li jkunu komposti mid-depożiti magħmula mill-impriżi parteċipanti, jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat.

(304)

It-tieni, f'każ li d-depożiti tal-impriżi parteċipanti fil-ġabra komuni ta' flus ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-likwidità ta' parteċipant, il-Land Rhineland-Palatinate jikseb finanzjament għal perjodu ta' żmien qasir fis-suq finanzjarju f'ismu stess u mbagħad jgħaddi dawk il-fondi lill-impriżi li jipparteċipaw fil-ġabra komuni ta' flus. Billi l-Land jieħu s-self meħtieġ f'ismu stess, għandu jiġi kkunsidrat li l-fondi b'hekk miksuba jikkostitwixxu wkoll riżorsi tal-Istat.

(305)

B'hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-finanzjament ipprovdut mill-ġabra komuni ta' flus huwa ffinanzjat permezz ta' riżorsi tal-Istat, minħabba li kemm id-depożiti mill-impriżi parteċipanti kif ukoll is-self meħud mil-Land sabiex jingħelbu l-lakuni tal-likwidità fil-ġabra komuni ta' flus jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat.

(306)

Barra minn hekk, huwa ċar ukoll li l-Land kellu kontroll estensiv fuq l-operat tal-ġabra komuni ta' flus, bil-konsegwenza li l-finanzjament ipprovdut lill-impriżi parteċipanti huwa imputabbli lill-Istat. L-ewwelnett, il-Kummissjoni tinnota li l-Ftehim għall-parteċipazzjoni fil-ġabra komuni ta' flus huwa konkluż bejn il-Land u l-impriżi involuti. B'hekk, id-deċiżjoni li impriża titħalla tipparteċipa fil-ġabra komuni ta' flus tittieħed direttament mil-Land. Il-Land jiddeċiedi wkoll fuq l-ammont massimu li impriża parteċipanta tista' tirtira mill-ġabra komuni ta' flus fil-forma ta' linja ta' kreditu. Barra minn hekk, il-Land Rhineland-Palatinate jiġġestixxi direttament l-operazzjonijiet ta' kuljum tal-ġabra komuni ta' flus permezz tal-“Landeshauptkasse”, li hija istituzzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi tal-Land Rhineland-Palatinate. Il-“Landeshauptkasse” tirrappreżenta uffiċjalment lil-Land meta dan jikseb fondi fis-suq sabiex jimla l-lakuni tal-likwidità fil-ġabra komuni ta' flus.

(307)

Abbażi ta' dawn l-elementi, jidher li l-Istat kapaċi jikkontrolla direttament l-attivitajiet tal-ġabra komuni ta' flus, l-aktar ċentrali l-kwistjoni ta' liema impriża tista' tipparteċipa u l-linja ta' kreditu individwali mogħtija lil kull impriża parteċipanti. Għalhekk, id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni fil-ġabra komuni ta' flus u li jikkonċernaw il-firxa ta' dik il-parteċipazzjoni huma imputabbli lill-Istat.

Self mogħti minn Sparkasse Südwestpfalz

(308)

Fir-rigward tas-self innifsu, il-Kummissjoni taċċetta li Sparkasse Südwestpfalz huwa bank indipendenti li jieħu deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' self taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess. Ma hemm ebda indikazzjoni ċara li d-deċiżjoni li jingħata s-self lil FGAZ/FZG hija imputabbli lill-Istat. B'hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura mhijiex imputabbli lill-Istat.

7.2.1.3.    Vantaġġ ekonomiku

Garanzija tal-Istat ta' 100 %

(309)

Skont il-punt 3.2 tal-Avviż ta' Garanzija, garanzija tal-Istat individwali ma titqiesx bħala għajnuna meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: “(a) Il-mutwatarju ma jkunx f'diffikultà finanzjarja […], (b) Il-firxa tal-garanzija tkun tista' titkejjel sewwa meta tingħata, […] (c) il-garanzija ma tkoprix aktar minn 80 % tas-self pendenti jew ta' obbligu finanzjarju ieħor […], (d) Jitħallas prezz orjentat fis-suq għall-garanzija […]”.

(310)

F'dan il-każ, il-Land Rhineland-Palatinate pprovda garanzija ta' 100 % għall-kollateralizzazzjoni ta' self mogħti favur FGAZ/FZG, b'hekk, il-garanzija taqbeż il-limitu massimu ta' 80 % tas-self pendenti. Barra minn hekk, kif ġie spjegat hawn taħt, il-prezz tal-garanzija fis-suq ma jitħallasx. Għalhekk, jidher ċar li l-garanzija tinvolvi vantaġġ.

(311)

Skont il-punt 4.2 tat-tieni subparagrafu tal-Avviż ta' Garanzija, il-vantaġġ jista' jiġi kkalkolat bħala d-differenza bejn ir-rata tal-imgħax speċifika fis-suq li kien ikollha tħallas FGAZ/FZG mingħajr il-garanzija u r-rata tal-imgħax miksuba permezz tal-garanzija tal-Istat wara li jkun ittieħed f'kunsiderazzjoni kwalunkwe primjum imħallas.

(312)

Fir-rigward tal-garanzija maħruġa mil-Land, il-Kummissjoni tfakkar li FGAZ/FZG kisbet din il-garanzija ta' 100 % mingħajr ħlas u mingħajr ma pprovdiet kollateral. Jidher ċar li, taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, FGAZ/FZG kien ikollha tħallas primjum sabiex tikseb garanzija fuq is-self tagħha mingħand parti terza.

(313)

Billi FGAZ/FZG ma kellhiex bżonn tħallas primjum, hija kisbet vantaġġ ekonomiku li altrimenti ma kienx ikun disponibbli fis-suq. L-ammont ta' dak il-vantaġġ huwa ekwivalenti għall-primjum li kien ikollha tħallas FGAZ/FZG taħt kundizzjonijiet normali tas-suq.

Fond komuni ta' flus tal-Land

(314)

Fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' FGAZ/FZG fil-fond komuni ta' flus, il-Ġermanja spjegat li l-funzjonijiet tal-fond komuni ta' flus huma dawn li ġejjin: l-FGAZ titlob fondi mill-fond biex tiżgura l-likwidità tagħha u l-Land jipprovdi dawk il-fondi mill-fond komuni ta' flus. Ir-rati tal-imgħax imposti huma rati ta' flus li jistgħu jinġibdu bbażati fis-suq, fil-livell disponibbli għal-Land innifsu. Meta d-depożiti tal-impriżi parteċipanti ma jkunux biżżejjed biex ikopru t-talba, il-Land jerġa' jforni l-fond komuni ta' flus billi jieħu self f'ismu stess. Il-Ġermanja tispjega wkoll li l-Land essenzjalment jgħaddi l-kundizzjonijiet li jikseb fis-suq tal-kapital lill-parteċipanti fil-fond komuni ta' flus, sabiex b'hekk jippermetti lill-parteċipanti — l-impriżi sussidjarji tal-Land — jerġgħu jiffinanzjaw lilhom infushom taħt l-istess kundizzjonijiet bħal-Land innifsu, mingħajr ebda kunsiderazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-finanzjament tagħha huwa disponibbli għall-impriżi għal perjodu ta' żmien mhux limitat.

(315)

Fid-dawl ta' dan il-mekkaniżmu, jingħata vantaġġ lil FGAZ meta l-kundizzjonijiet li fuqhom il-Land jagħti s-self mill-ġabra komuni ta' flus ikunu aktar favorevoli minn dawk li kieku jkunu disponibbli għal FGAZ fis-suq. Il-kundizzjonijiet għat-teħid ta' self mill-fond komuni ta' flus huma l-istess bħal dawk disponibbli għal-Land sabiex ikun jista' jerġa' jiffinanzja lilu nnifsu. Meta wieħed iqis li l-Land, bħala awtorità pubblika, jista' jieħu self b'rati favorevoli ħafna (minħabba li virtwalment ma hemm ebda riskju ta' inadempjenza), il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-rata li biha FGAZ tista' tikseb self mill-ġabra komuni ta' flus hija aktar favorevoli minn dik li kieku tkun disponibbli għaliha. Barra minn hekk, FGAZ ma għandhiex għalfejn tipprovdi kollateral għal dak is-self u s-sitwazzjoni finanzjarja/l-affidabbiltà kreditizja tagħha ma tiġix ikkunsidrata. B'hekk, billi ppermetta lil FGAZ tipparteċipa fil-fond komuni ta' flus, il-Land ta vantaġġ ekonomiku lill-impriża FGAZ/FZG (87).

7.2.1.4.    Selettività

(316)

Billi l-garanzija ta' 100 % u d-dritt tal-parteċipazzjoni fil-fond komuni ta' flus ingħataw biss lil FGAZ/FZG (u, fil-każ tal-ġabra komuni ta' flus, impriżi oħrajn li fihom il-Land għandu maġġoranza tal-ishma), iż-żewġ miżuri ikollhom jikkwalifikaw bħala li huma selettivi fin-natura tagħhom.

7.2.1.5.    Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(317)

Għall-istess raġunijiet spjegati fil-premessa (233) et seq., il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe vantaġġ ekonomiku selettiv mogħti lil FGAZ/FZG jista' jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.2.1.6.    Konklużjoni

(318)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni ssib li l-Land, billi ta garanzija ta' 100 % fuq self bankarju bla ħlas lil FGAZ/FZG u billi ppermetta lil FGAZ tipparteċipa fil-ġabra ta' flus komuni tal-Land, ta għajnuna mill-Istat lil FGAZ/FZG.

(319)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-self mogħti minn Sparkasse Südwestpfalz innifsu ma kien jikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat.

7.2.2.   KOMPATIBBILTÀ

(320)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kunsiderazzjonijiet tal-kompatibbiltà ppreżentati fil-premessi 248 et seq. u 283 et seq. fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' għotjiet ta' investiment dirett u injezzjonijiet ta' kapital annwali huma ugwalment applikabbli għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanzija u parteċipazzjoni fil-fond komuni ta' flus. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li l-għajnuna mill-Istat mogħtija billi tiġi pprovduta garanzija ta' 100 % mingħajr ħlas lil FGAZ/FZG u billi din titħalla tipparteċipa fil-fond komuni ta' flus tal-Land hija inkompatibbli mas-suq intern.

7.3.   SKONTIJIET FUQ IT-TARIFFI TAL-AJRUPORT U L-FTEHIM DWAR IS-SERVIZZI TA' KUMMERĊJALIZZAZZJONI MA' RYANAIR

7.3.1.   EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA

7.3.1.1.    Attività ekonomika u l-kunċett ta' impriża

(321)

Billi jipprovdu servizzi ta' trasportazzjoni bl-ajru, il-linji tal-ajru qegħdin iwettqu attività ekonomika u, għalhekk, jikkostitwixxu impriżi għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Għaldaqstant, irid jiġi analizzat jekk il-ftehimiet bejn il-linji tal-ajru u l-ajruport inkwistjoni, jekk ikunu imputabbli lill-Istat u jinvolvu trasferiment ta' riżorsi tal-Istat, tawx vantaġġ ekonomiku lil tal-ewwel.

7.3.1.2.    Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat

(322)

Il-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat u tingħata mir-riżorsi tal-Istat. Fis-sentenza mogħtija fil-kawża Stardust Marine (88), il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li r-riżorsi ta' impriża inkorporata taħt liġi privata, li l-maġġoranza tal-ishma tagħha huma proprjetà pubblika, jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. F'dan ir-rigward, hija prattika konsistenti tal-Kummissjoni li tikkunsidra li, irrispettivament minn jekk impriża pubblika hijiex qiegħda tagħmel telf jew profitt, ir-riżorsi kollha tagħha għandhom jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat (89).

(323)

Fir-rigward tal-imputabbiltà, fis-sentenza tagħha fil-Kawża Stardust Marine, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet ukoll li l-fatt li l-Istat jew entità tal-Istat ikunu l-azzjonist waħdieni jew maġġoritarju ta' impriża mhuwiex biżżejjed sabiex jinstab li trasferiment tar-riżorsi minn dik l-impriża huwa imputabbli lill-azzjonisti pubbliċi tiegħu (90). Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, anki jekk l-Istat kien f'pożizzjoni li jikkontrolla impriża pubblika u li jeżerċita influwenza dominanti fuq l-operazzjonijiet tagħha, l-eżerċitar effettiv ta' dak il-kontroll f'każ partikolari ma jistax jiġi preżunt awtomatikament, minħabba li impriża pubblika tista' taġixxi wkoll b'aktar jew inqas indipendenza, skont il-livell ta' awtonomija li jħallilha l-Istat.

(324)

Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-indikaturi li minnhom tista' tiġi dedotta l-imputabbiltà huma (91):

(a)

il-fatt li l-impriża inkwistjoni ma setgħetx tieħu d-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma tqis ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet pubbliċi;

(b)

il-fatt li l-impriża kellha tqis id-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet pubbliċi;

(c)

l-integrazzjoni tal-impriża pubblika fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika;

(d)

in-natura tal-attivitajiet tal-impriża pubblika u t-twettiq ta' dawn l-attivitajiet fis-suq f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni ma' operaturi privati;

(e)

l-istatus legali tal-impriża;

(f)

l-intensità tas-superviżjoni eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq it-tmexxija tal-impriża;

(g)

kwalunkwe indikatur ieħor li juri, fil-każ partikolari, l-involviment mill-awtoritajiet pubbliċi fl-adozzjoni ta' miżura jew in-nuqqas ta' probabbiltà tal-involviment tagħhom, fid-dawl ukoll tal-portata tal-miżura, tal-kontenut tagħha u tal-kundizzjonijiet li din tinvolvi.

Riżorsi tal-Istat

(325)

Il-Kummissjoni tinnota li FGAZ/FZG huma 100 % proprjetà tal-Istat, jiġifieri 50 % mil-Land Rhineland-Palatinate u 50 % minn ZEF. B'hekk, FGAZ/FZG iridu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2 (b) tad-Direttiva 2006/111/KE. L-Istat, bħala l-azzjonist waħdieni ta' FGAZ/FZG u billi jaħtar il-bordijiet superviżorji (identiċi) ta' FGAZ/FZG (li min-naħa tagħhom jaħtru lill-maniġment), jista' jiġi preżunt bħala li għandu influwenza dominanti fuq FGAZ/FZG u jista' jikkontrolla r-riżorsi tagħhom. B'hekk, kwalunkwe vantaġġ mogħti mir-riżorsi ta' FGAZ/FZG juri telf ta' riżorsi tal-Istat, biex b'hekk jikkostitwixxi trasferiment ta' riżorsi tal-Istat.

Imputabbiltà

(326)

Filwaqt li l-Ġermanja sostniet li l-konklużjoni tal-kuntratti bejn il-linji tal-ajru u FZG mhijiex imputabbli lill-Istat, hija rrikonoxxiet li l-Istat — irrappreżentat mil-Land Rhineland-Palatinate u ZEF — huwa involut indirettament, jiġifieri permezz tar-rappreżentanti tiegħu fuq il-bord superviżorju tal-kumpanija prinċipali ta' FZG, FGAZ. Skont l-istatuti ta' FGAZ u FZG, il-bordijiet superviżorji taż-żewġ entitajiet huma interament magħmula minn rappreżentanti maħtura minn awtoritajiet pubbliċi, jiġifieri l-Land u ZEF. Rappreżentant maħtur mil-Land awtomatikament iservi bħala l-president taż-żewġ bordijiet superviżorji. Il-bordijiet superviżorji jaħtru l-maniġment ta' FGAZ u FZG. Għaż-żewġ entitajiet, il-bordijiet superviżorji jkollhom japprovaw it-tranżazzjonijiet kollha li jammontaw għal aktar minn EUR […], li jagħtihom kontroll wiesa' fuq l-attivitajiet ekonomiċi ta' FGAZ/FZG.

(327)

It-tieni nett, il-minuti tal-bord superviżorju ta' FGAZ urew li l-bord superviżorju kien infurmat u kkonsultat dwar in-negozjati u l-konklużjoni ta' kuntratti mal-linji tal-ajru. Aktar minn hekk, il-minuti wrew ukoll li, bil-konklużjoni tal-kuntratti, il-maniġment ta' FGAZ/FZG kellu jqis ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet pubbliċi. Pereżempju, il-minuti tal-laqgħa tal-bord tat-13 ta' Lulju 2006 juru li wara li l-maniġment irrapporta dwar il-konklużjoni b'suċċess tal-kuntratt ma' Germanwings, il-president tal-bord superviżorju indika li l-Land kien kuntent ħafna bl-iżvilupp, fejn irrimarka li dan jista' jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi u jgħin sabiex jiġġustifika l-ajruport fuq livell ekonomiku. Notevolment, il-president issuġġerixxa wkoll li dawn l-effetti pożittivi — il-ħolqien tal-impjiegi u l-ġustifikazzjoni ekonomika tal-ajruport — jistgħu jwasslu għal estensjoni tal-Ftehim P&L bejn FGAZ u FZG. Meta wieħed iqis li FZG kienet dipendenti b'mod vitali fuq il-Ftehim P&L biex tkopri t-telf operatorju tagħha, u li l-Land u ZEF kellhom is-setgħa li ma jestendux il-ftehim dwar it-trasferiment tal-profitt u tat-telf jew li jwaqqfu l-injezzjonijiet ta' kapital li għamlu l-operat tagħha possibbli, jidher b'mod ċar li t-tmexxija ta' FGAZ/FZG kellha tieħu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti tal-awtoritajiet pubbliċi jekk riedet li tiggarantixxi s-sopravivenza ekonomika tagħha stess.

(328)

Il-minuti tal-bord superviżorju tat-13 ta' Lulju 2006 jindikaw ukoll li eżerċizzju militari li sar fl-Ajruport ta' Zweibrücken wassal għal ilmenti miċ-ċittadini dwar l-istorbju. Il-maniġment irrimarka li l-eżerċizzju militari mill-forzi tal-ajru Netherlandiżi ħoloq introjtu sinifikanti. Madankollu, il-president issuġġerixxa li l-maniġment għandu, fil-ġejjieni, jikkunsidra bir-reqqa jekk l-eżerċizzji militari għandhomx jitwettqu u għandu jgħarraf lill-popolazzjoni fil-ħin. Dan kollu li ssemma hawn fuq juri li l-awtoritajiet pubbliċi kienu involuti fid-deċiżjonijiet dwar it-tmexxija ta' kuljum ta' FGAZ/FZG u qablu magħhom.

(329)

Barra minn hekk, il-minuti tal-laqgħa tal-bord superviżorju tas-26 ta' Ġunju 2009 jissuġġerixxu li l-Istat, irrappreżentat mil-Land Rhineland-Palatinate, kien involut direttament fin-negozjati mal-linji tal-ajru. Il-minuti jsemmu r-rapport tal-maniġment lill-bord superviżorju, billi jagħmlu referenza għal laqgħa li saret bejn il-maniġment, rappreżentant tal-Ministeru tal-Ekonomija ta' Rhineland-Palatinate u Ryanair f'Londra. Matul dik il-laqgħa, ġiet diskussa r-relazzjoni bejn Ryanair u l-Ajruport ta' Zweibrücken. L-involviment attiv tal-Ministeru jista' jiġi dedott, apparti mis-sempliċi preżenza ta' rappreżentant f'dawk in-negozjati kummerċjali, mir-rappreżentant tal-Ministeru li jfakkar lil Ryanair li l-gvern ta' Rhineland-Palatinate jikkunsidrah bħala “att spjaċevoli” ħafna li kieku Ryanair kellha tibda sservi lill-Ajruport ta' Saarbrücken.

(330)

Il-ġejjieni tal-involviment ta' Ryanair fi Zweibrücken imbagħad kien diskuss fil-bord superviżorju, li kien tal-fehma li mingħajr titjib notevoli fl-iskeda ta' Ryanair u b'kunsiderazzjoni tal-kontribuzzjoni monetarja mitluba minn Ryanair (92), huwa appoġġja l-proposta tal-maniġment li jwaqqaf ir-relazzjoni. B'kunsiderazzjoni tal-kontribuzzjoni monetarja mitluba minn Ryanair, li kellha trendi l-approvazzjoni ta' kuntratt ġdid mill-bord superviżorju bħala waħda obbligatorja, kif ukoll tal-involviment bikri tal-awtoritajiet pubbliċi fin-negozjati, jidher b'mod ċar li l-bord superviżorju kellu kontroll estensiv fuq id-deċiżjoni kummerċjali tal-maniġment. Dan jista' jidher bħala indikatur ulterjuri li l-maniġment kellu jqis ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet pubbliċi meta jiġi biex jieħu d-deċiżjonijiet, u juri l-livell ta' kontroll u influwenza eżerċitati mill-bord superviżorju fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali ta' FGAZ/FZG.

(331)

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni hija tal-fehma li hemm biżżejjed indikaturi sabiex jinstab li l-konklużjoni tal-kuntratti ta' servizzi offruti fl-ajruport bejn FGAZ/FZG u d-diversi linji tal-ajru hija imputabbli lill-Istat.

7.3.1.3.    Vantaġġ ekonomiku

(332)

Sabiex jiġi vvalutat jekk ftehim bejn ajruport li huwa proprjetà pubblika u linja tal-ajru jagħtix vantaġġ ekonomiku lil tal-aħħar, jeħtieġ li jiġi analizzat jekk dan il-ftehim kienx konformi mal-prinċipju ta' OES. Fl-applikazzjoni tat-test tal-OES għal ftehim bejn ajruport u linja tal-ajru, għandu jiġi vvalutat jekk, fid-data meta ġie konkluż il-ftehim, operatur prudenti fl-ekonomija tas-suq setax jistenna li dan il-ftehim iwassal għal profitt ogħla milli seta' jinkiseb b'mod ieħor. Dan il-profitt ogħla għandu jitkejjel permezz tad-differenza bejn id-dħul inkrementali li mistenni jiġi ġġenerat mill-kuntratt (jiġifieri, id-differenza bejn id-dħul li jinkiseb li kieku kellu jiġi konkluż il-kuntratt u d-dħul li jinkiseb fin-nuqqas tal-kuntratt) u l-ispejjeż inkrementali li mistennija jiġġarrbu bħala riżultat tal-kuntratt (jiġifieri, id-differenza bejn l-ispejjeż li jiġġarrbu li kieku kellu jiġi konkluż il-kuntratt u l-ispejjeż li jiġġarrbu fin-nuqqas tal-kuntratt), bil-flussi tal-flus li jirriżultaw jiġu skontati b'rata ta' skont xierqa.

(333)

F'din l-analiżi jridu jiġu kkunsidrati d-dħul u l-ispejjeż inkrementali rilevanti kollha assoċjati mal-ftehim. Id-diversi elementi (skontijiet fuq it-tariffi tal-ajruporti, għotjiet għall-kummerċjalizzazzjoni, inċentivi finanzjarji oħrajn) ma jistgħux jiġu vvalutati separatament. Tabilħaqq, kif ġie ddikjarat fis-sentenza ta' Charleroi: “huwa neċessarju, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat, li t-tranżazzjoni kummerċjali tiġi kkunsidrata fl-intier tagħha sabiex jiġi vverifikat jekk l-entità tal-Istat u l-entità kkontrollata minn din tal-aħħar, meħuda flimkien, aġixxewx bħala operaturi razzjonali f'ekonomija tas-suq. Fil-fatt, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni, fl-evalwazzjoni tal-miżuri inkwistjoni, l-elementi kollha rilevanti u l-kuntest tagħhom […]” (93).

(334)

Id-dħul inkrementali mistenni irid jinkludi, b'mod partikolari, id-dħul mit-tariffi tal-ajruporti, b'kunsiderazzjoni tal-iskontijiet kif ukoll tat-traffiku li mistenni jiġi ġġenerat mill-ftehim u d-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi li mistenni jiġi ġġenerat mit-traffiku addizzjonali. L-ispejjeż inkrementali mistennija iridu jinkludu, b'mod partikolari, l-ispejjeż operatorji u l-ispejjeż għall-investiment inkrementali kollha li ma jiġġarbux fin-nuqqas tal-ftehim, kif ukoll l-ispejjeż tal-għotjiet għall-kummerċjalizzazzjoni u ta' inċentivi finanzjarji oħrajn.

(335)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll f'dan il-kuntest li d-differenzazzjoni tal-prezzijiet (inkluż l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni u inċentivi oħrajn) hija prattika kummerċjali standard. Madankollu, tali politiki differenzjati tal-prezzijiet għandhom ikunu kummerċjalment ġustifikati (94).

L-applikazzjoni tal-MEOP għall-ftehimiet inkwistjoni, b'mod partikolari ma' Ryanair

(336)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju, wara li ħadet inkunsiderazzjoni l-fatti ta' dan il-każ, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ewwel pass għandu jkun li jiġu mwieġba l-mistoqsijiet li ġejjin:

(a)

Il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u l-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport, li kienu ffirmati fi żmien ġimagħtejn minn xulxin, għandhom jiġu analizzati separatament jew flimkien?

(b)

Il-Land x'benefiċċji seta' jistenna li jikseb OES ipotetiku li jaġixxi minflok FGAZ/FZG mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni?

(c)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-OES, x'inhi r-rilevanza tat-tqabbil tat-termini tal-ftehimiet dwar is-servizzi offruti fl-ajruport imsemmija fil-proċedura ta' investigazzjoni formali mat-tariffi tal-ajruport mitluba f'ajruporti oħrajn?

(337)

Wara li wieġbet dawn il-mistoqsijiet, il-pass li jmiss għall-Kummissjoni ser ikun li tapplika l-prinċipju tal-OES għad-diversi miżuri li qegħdin jiġu diskussi.

(a)   Rigward analiżi tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u l-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport flimkien

(338)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li ż-żewġ tipi ta' miżuri koperti mill-investigazzjoni formali f'dan il-każ, jiġifieri l-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruporti u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, iridu jiġu evalwati flimkien bħala miżura waħda. Dan l-approċċ jikkonċerna l-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport konkluż bejn Ryanair u FZG, fuq naħa waħda, u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni bejn FZG u Ryanair, kif ukoll bejn AMS u l-Land Rhineland-Palatinate, fuq in-naħa l-oħra. Ryanair ma tikkontestax li l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni konkluż direttament bejn Ryanair u FZG għandu jiġi vvalutat flimkien mal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport. Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-istess japplika għall-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS.

(339)

Hemm bosta indikazzjonijiet li jirreferu għall-fatt li dawk il-ftehimiet għandhom jiġu evalwati bħala miżura waħda minħabba li huma ddaħħlu fil-qafas ta' tranżazzjoni waħda.

(340)

L-ewwel nett, il-kuntratti ġew konklużi essenzjalment mill-istess partijiet kważi fl-istess punt fiż-żmien:

(a)

AMS hija s-sussidjarja 100 % ta' Ryanair. Il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ġie ffirmat f'isem AMS mis-Sur Edward Wilson, li f'dak iż-żmien kien Direttur ta' AMS u fl-istess ħin Direttur ta' Ryanair (95). Għall-fini tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, AMS u Ryanair huma meqjusa bħala impriża waħda, fis-sens li AMS taġixxi bħala intermedjarja fl-interess u taħt il-kontroll ta' Ryanair. Għall-ftehimiet f'dan il-każ, dan jista' jiġi dedott ukoll mill-fatt li l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jiddikjara fil-preambolu tiegħu li “AMS għandha liċenzja esklussiva biex toffri servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni fuq is-sit web tal-ivvjaġġar www.ryanair.com, is-sit web tal-linja tal-ajru Irlandiża b'nollijiet baxxi Ryanair.”

Barra minn hekk, kien innotat fil-premessa 326 et seq. li d-deċiżjoni ta' FGAZ/FZG li tikkonkludi ftehimiet dwar is-servizzi offruti fl-ajruport ma' linji tal-ajru bħal Ryanair kienet imputabbli lill-Istat. L-influwenza tal-kontroll fuq FGAZ/FZG kienet, f'dan ir-rigward, eżerċitata mil-Land Rhineland-Palatinate u minn ZEF. Madankollu, meta wieħed iqis li kien dejjem il-Land li ħatar il-president tal-bord superviżorju ta' FGAZ/FZG u li l-Land effettivament iffinanzja bejn 95 % u 80 % tat-telf ta' FGAZ/FZG (sabiex b'hekk għandu influwenza sinifikanti fuq ZEF u interess finanzjarju akbar fl-impriża), il-Land jista' faċilment jitqies bħala li kellu kontroll effettiv fuq FGAZ/FZG. Fir-rigward tar-relazzjoni kummerċjali bejn Ryanair u FGAZ/FZG, fuq naħa waħda, u l-Land Rhineland-Palatinate fuq in-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ssib li l-interess ta' FGAZ/FZG u tal-Land li jidħlu fil-ftehimiet rispettivi kienu konverġenti ħafna: it-tnejn kienu interessati fiż-żieda tat-traffiku fl-ajruport u ftit li xejn kienet tagħmel differenza għal-Land jekk il-kuntratt kienx konkluż minn FGAZ/FZG (bl-ispejjeż tiegħu kellhom jiġu rimborżati aktar tard permezz tal-Ftehim P&L) jew jekk ikkonkludiex il-kuntratt huwa stess. F'dan id-dawl, il-fatt li wieħed mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ġie konkluż mil-Land direttament, filwaqt li l-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport ġie konkluż mas-sussidjarja dipendenti tiegħu ma jistax jimmilita kontra l-valutazzjoni tal-ftehimiet bħala tranżazzjoni kummerċjali waħda.

(b)

Il-ftehimiet ġew konklużi wkoll kważi fl-istess punt fiż-żmien, billi l-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruporti (it-22 ta' Settembru 2008) ġie konkluż eżattament ġimagħtejn qabel il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS (is-6 ta' Ottubru 2008).

(341)

It-tieni nett, il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS jiddikjara fl-ewwel taqsima tiegħu, intitolata “L-Għan tal-Ftehim”, li l-ftehim “għandu l-għeruq tiegħu fl-impenn ta' Ryanair li topera fuq rotta bejn Zweibrücken u Londra”. Din il-formulazzjoni tistabbilixxi rabta diretta mhux ambigwa bejn il-ftehim dwar is-servizzi u l-ftehim ta dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni fis-sens li wieħed ma setax jiġi konkluż mingħajr l-ieħor. Il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni huwa bbażat fuq il-konklużjoni tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u s-servizzi pprovduti minn Ryanair. Tabilħaqq, il-preambolu għall-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jiddikjara li l-Land Rhineland-Palatinate għandu l-ħsieb li jiffoka fuq il-passiġġieri ta' Ryanair sabiex jippromwovi t-turiżmu u l-opportunitajiet ta' negozju fir-reġjun u, b'mod partikolari, l-Ajruport ta' Zweibrücken bħala destinazzjoni.

(342)

It-tielet nett, il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jiddikjara fil-preambolu tiegħu li l-Land Rhineland-Palatinate ddeċieda li “jippromwovi b'mod attiv lill-Ajruport ta' Zweibrücken bħala destinazzjoni għall-btajjel għall-vjaġġaturi internazzjonali bl-ajru u wkoll bħala ċentru tan-negozju attraenti.” Din hija indikazzjoni li l-konklużjoni tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għandha l-għan primarju u speċifiku li tippromwovi speċifikament lill-Ajruport ta' Zweibrücken (u r-reġjun tal-madwar).

(343)

Ir-raba' nett, il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jistabbilixxi speċifikament li għandhom jitpoġġew żewġ links fil-bar tal-lemin fuq il-paġna tad-destinazzjoni ta' Zweibrücken u ħames paragrafi fit-taqsima intitolata “Top Five Things To Do” fuq il-paġna tad-destinazzjoni ta' Zweibrücken ta' Ryanair.com. Minn dawk id-dispożizzjonijiet jista' jiġi dedott li l-għan tal-ftehim huwa li jappoġġja lill-Ajruport ta' Zweibrücken speċifikament u mhux lil-Land Rhineland-Palatinate kollu kemm hu.

(344)

Il-ħames nett, il-ftehim jista' jiġi tterminat minnufih minn Rhineland-Palatinate f'każ li Ryanair tieqaf topera r-rotta bejn Zweibrücken u Londra. Dan juri għal darba oħra li l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u l-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport huma marbutin flimkien b'mod inseparabbli.

(345)

Bħala konklużjoni, il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni konkluż minn Rhineland-Palatinate u AMS huwa b'hekk marbut b'mod indiviżibbli mal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport iffirmat minn Ryanair u FZG. Il-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq juru li mingħajr il-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport, il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma setax jiġi konkluż. Tabilħaqq, il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jiddikjara espliċitament li huwa bbażat fuq is-servizz ta' Ryanair bejn Zweibrücken u Londra u essenzjalment jipprevedi servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni mmirati biex jippromwovu dik ir-rotta. Fl-istess ħin, jidher li l-konklużjoni tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport kienet dipendenti wkoll fuq il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni: għalkemm il-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport ġie konkluż aktar kmieni fiż-żmien, huwa ma obbligax lil Ryanair sabiex tibda toffri servizzi minn Zweibrücken. Minflok, huwa stipula b'mod espliċitu li “jekk is-servizz ma jibdiex sat-28 ta' Ottubru 2008, dan il-ftehim jiskadi u jiġi fi tmiemu mingħajr ebda obbligu lejn parti minnhom”. Fil-fatt, Ryanair bdiet biss l-operazzjonijiet tagħha fi Zweibrücken wara li kien ġie konkluż il-kuntratt ma' AMS.

(346)

Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li l-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport tat-22 ta' Settembru 2008 u l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni tas-6 ta' Ottubru 2008 jiġu analizzati flimkien, bil-għan li jiġi ddeterminat jekk jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat jew le.

(b)   Rigward il-benefiċċji li OES seta' jistenna li jikseb mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u l-prezz li kien ikun lest li jħallas għal dawk is-servizzi

(347)

Sabiex ikun jista' jiġi applikat il-prinċipju ta' OES għall-każ inkwistjoni, l-imġiba ta' FGAZ/FZG u tal-Land bħala firmatarji tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport ma' Ryanair u tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS trid titqabbel ma' dik ta' OES ipotetiku responsabbli mill-operat tal-Ajruport ta' Zweibrücken.

(348)

Meta tiġi analizzata t-tranżazzjoni inkwistjoni, huwa rakkomandat li jiġu vvalutati l-benefiċċji li jista' jikseb dan l-OES ipotetiku, motivat mill-prospett ta' profitti, mix-xiri tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. Din l-analiżi ma għandhiex tqis l-impatt ġenerali ta' dawn is-servizzi fuq it-turiżmu u fuq il-prestazzjoni ekonomika tar-reġjun. Huwa biss l-impatt ta' dawn is-servizzi fuq il-profittabbiltà tal-ajruport li għandu jiġi kkunsidrat, minħabba li dan ikun l-uniku tħassib għal OES ipotetiku.

(349)

B'hekk, is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom jistimulaw it-traffiku tal-passiġġieri fuq ir-rotot tal-ajru koperti mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u mill-ftehimiet korrispondenti dwar is-servizzi offruti fl-ajruport, minħabba li s-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni huma ddisinjati biex jippromwovu dawk ir-rotot tal-ajru. Għalkemm dan l-impatt primarjament ser ikun ta' benefiċċju għall-kumpanija tal-ajru kkonċernata, jista' jkun ta' benefiċċju wkoll għall-operatur tal-ajruport. Żieda fit-traffiku tal-passiġġieri tista' twassal għal żieda fid-dħul iġġenerat minn ċerti tariffi tal-ajruport għall-operatur tal-ajruport, kif ukoll għal żieda fid-dħul minn servizzi mhux relatati mal-avjazzjoni, b'mod partikolari mill-parkeġġi tal-karozzi, mir-ristoranti u minn negozji oħrajn fl-ajruport.

(350)

Għalhekk, ma jista' jkun hemm ebda dubju li OES li jopera l-Ajruport ta' Zweibrücken minflok FGAZ/FZG u l-Land ikun qies l-effett pożittiv meta kkunsidra li jidħol fi ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u fil-ftehim korrispondenti dwar is-servizzi offruti fl-ajruport. L-OES kien iqis l-impatt tar-rotta tal-ajru inkwistjoni fuq id-dħul u l-kostijiet futuri billi, f'dan il-każ, jikkalkula l-għadd ta' passiġġieri li jużaw dawn ir-rotot, illi kieku kien jirrifletti l-effett pożittiv tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, dan l-effett kien ikun evalwat għat-terminu sħiħ tal-operat tar-rotot tal-ajru inkwistjoni, hekk kif stabbilit fil-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u fil-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni.

(351)

Meta operatur ta' ajruport jidħol fi ftehim għall-promozzjoni ta' ċerti rotot tal-ajru, hija prattika standard li jiġi kkalkolat il-proporzjon tat-tagħbija (jew il-fattur tat-tagħbija) (96) għar-rotot tal-ajru inkwistjoni u li dan jitqies meta jiġi vvalutat id-dħul iġġenerat fil-ġejjieni. Il-Kummissjoni taqbel ma' Ryanair fuq din il-kwistjoni, jiġifieri, li l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni mhux biss jiġġeneraw spejjeż għall-operatur tal-ajruport, iżda jrendu wkoll benefiċċji.

(352)

Barra minn hekk, huwa rakkomandat li jiġi ddeterminat jekk jistgħux raġonevolment ikunu mistennija benefiċċji oħrajn u jiġu kkwantifikati għal OES ipotetiku li jopera fl-Ajruport ta' Zweibrücken minflok FGAZ/FZG u l-Land, jiġifieri, minbarra l-benefiċċji mill-effett pożittiv fuq it-traffiku tal-passiġġieri fuq ir-rotot tal-ajru koperti mill-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni matul it-terminu tal-operat ta' dawn ir-rotot, hekk kif stabbilit fil-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jew fil-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport.

(353)

Ċerti partijiet terzi interessati, fosthom Ryanair fl-istudju tagħha tas-17 ta' Jannar 2014, isostnu din it-teżi. L-istudju tas-17 ta' Jannar 2014 huwa msejjes fuq it-teorija li s-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni miksuba minn operatur ta' ajruport, bħal FGAZ/FZG u l-Land, jgħinu biex tittejjeb l-immaġini tal-marka kummerċjali tal-ajruport u, b'riżultat ta' hekk, jgħinu biex jiżdied b'mod sostenibbli l-għadd ta' passiġġieri li jużaw dan l-ajruport u mhux biss l-għadd fuq ir-rotot tal-ajru koperti mill-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u mill-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport għat-terminu tal-operat stabbilit f'dawk il-ftehimiet. B'mod partikolari, Ryanair sabet fl-istudju tagħha li s-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ser ikollhom effetti pożittivi sostenibbli fuq it-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport anki wara li jkun skada l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni.

(354)

L-ewwel nett, għandu jiġi rrimarkat li ma hemm xejn li jagħti x'jifhem li, meta ġie konkluż il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, l-operatur tal-ajruport qattx ikkunsidra, u wisq inqas ikkwantifikax, l-effetti pożittivi possibbli tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni fuq ir-rotot tal-ajru li jmorru “lil hinn minn dawk koperti mill-ftehim, jew il-possibbiltà li dawn l-effetti jkomplu jinħassu anki wara li jkun skada l-ftehim. Barra minn hekk, il-Ġermanja ma ssuġġeriet ebda metodu għall-kalkolu tal-valur possibbli li OES ipotetiku li jopera l-Ajruport ta' Zweibrücken minflok FGAZ/FZG u l-Land seta” poġġa fuq dawn l-effetti meta vvaluta jekk għandux jidħol jew le fil-ftehimiet fl-2008.

(355)

Barra minn hekk, in-natura sostenibbli ta' dawn l-effetti ma tistax tiġi vvalutata abbażi tal-informazzjoni disponibbli. Huwa possibbli li r-reklamar ta' Zweibrücken u tar-reġjun fuq web ta' Ryanair seta' ħeġġeġ aktar nies iżuru dak is-sit biex jixtru biljetti ta' Ryanair lejn Zweibrücken hekk kif dak ir-reklamar tpoġġa fuq is-sit jew ftit wara. Madankollu, ftit li xejn huwa probabbli li l-effett tar-reklamar fuq il-viżitaturi ppersista jew kellu influwenza fuq ix-xiri tal-biljetti tal-ajruplani għal aktar minn ftit ġimgħat wara li r-reklamar tpoġġa fuq is-sit web ta' Ryanair. Huwa aktar probabbli li kampanja ta' reklamar ikollha effett sostenibbli meta l-attivitajiet promozzjonali jinvolvu mezz wieħed jew aktar ta' reklamar li għalihom il-konsumaturi jkunu esposti regolarment għal perjodu speċifiku. Pereżempju, kampanja ta' reklamar li tinvolvi l-istazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju ġenerali, siti web popolari u/jew diversi powsters ta' reklamar li jitpoġġew barra jew ġewwa postijiet pubbliċi, jista' jkollha effett sostenibbli jekk il-konsumaturi jiġu esposti regolarment għal dawk il-mezzi. Madankollu, l-attivitajiet promozzjonali limitati biss għas-sit web ta' Ryanair ftit li xejn jista' jkollhom effett li jibqa' jinħass sostanzjalment wara li tintemm il-kampanja promozzjonali.

(356)

Fil-fatt, huwa probabbli ħafna li l-maġġoranza tan-nies ma jżurux is-sit web ta' Ryanair ta' spiss biżżejjed biex ir-reklamar waħdu jħallilhom memorja ċara tar-reġjun ikkonċernat. Dan l-argument huwa sostnut tajjeb minn żewġ fatturi. L-ewwel nett, skont it-termini tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, il-promozzjoni tar-reġjun ta' Zweibrücken fuq il-paġna prinċipali tas-sit web ta' Ryanair kienet limitata għal ħames paragrafi ta' 150 kelma taħt it-taqsima “Top Five Things To Do” fuq il-paġna speċifika għad-destinazzjoni ta' Zweibrücken, il-preżenza għal perjodu ta' żmien qasir ħafna (16-il jum) ta' link sempliċi fuq il-paġna prinċipali ta' www.ryanair.com li twassal għal sit magħmul disponibbli mil-Land u l-preżenza ta' żewġ links sempliċi fuq il-paġna għad-destinazzjoni ta' Zweibrücken, li wkoll iwasslu għal sit magħmul disponibbli mil-Land. Kemm it-tip ta' attivitajiet promozzjonali (link sempliċi b'valur ta' kummerċjalizzazzjoni limitat) kif ukoll il-ħajja qasira tagħhom setgħu jnaqqsu severament l-effett ta' dawn l-attivitajiet wara li tintemm il-promozzjoni, b'mod partikolari minħabba li dawn l-attivitajiet kienu limitati għas-sit web ta' Ryanair u ma kinux appoġġjati minn xi mezz ieħor. It-tieni nett, il-prevalenza tal-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fil-ftehim konkluż ma' AMS kienet biss fir-rigward tal-paġna web iddedikata għad-destinazzjoni ta' Zweibrücken. Huwa probabbli ħafna li l-maġġoranza tan-nies ma jżurux dik il-paġna ta' spiss; jekk u meta jżuruha, dan probabbli jkun minħabba li huma jkunu diġà interessati f'dik id-destinazzjoni.

(357)

B'hekk, anki jekk is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni żiedu t-traffiku tal-passiġġieri fuq ir-rotot tal-ajru koperti mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għall-perjodu tal-implimentazzjoni tagħhom, huwa probabbli ħafna li dan l-effett kien ineżistenti jew negliġibbli wara li għadda dak il-perjodu u li l-effett fuq rotot tal-ajru oħrajn kien ugwalment insinifikanti.

(358)

Mill-istudji ta' Ryanair tas-17 u tal-31 ta' Jannar 2014 jirriżulta li l-ġenerazzjoni tal-benefiċċji 'lil hinn mir-rotot tal-ajru koperti mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jew li jippersistu wara l-perjodu tal-implimentazzjoni tagħhom għal dawn ir-rotot, hekk kif stabbilit fil-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u fil-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport, kienet estremament inċerta u ma setgħetx tiġi kkwantifikata b'livell ta' affidabbiltà li jitqies bħala biżżejjed minn OES prudenti.

(359)

B'hekk, pereżempju, skont l-istudju tas-17 ta' Jannar 2014, “il-profitti inkrementali futuri wara l-iskadenza skedata tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport huma, fin-natura tagħhom, inċerti”. Barra minn hekk, dak l-istudju jissuġġerixxi żewġ metodi għall-evalwazzjoni a priori tal-effetti pożittivi tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni: approċċ “ibbażat fuq il-flussi tal-flus” u approċċ ta' “kapitalizzazzjoni”.

(360)

L-approċċ “ibbażat fuq il-flussi tal-flus” jinvolvi l-evalwazzjoni tal-benefiċċji tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u tal-ftehimiet dwar is-servizzi offruti fl-ajruport li jistgħu jiġu ġġenerati mill-operatur tal-ajruport permezz tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u dwar is-servizzi offruti fl-ajruport, neqsin l-ispejjeż korrispondenti. Fl-approċċ ta' “kapitalizzazzjoni”, it-titjib tal-immaġini tal-marka kummerċjali tal-ajruport permezz tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jiġi ttrattat bħala assi intanġibbli, akkwistat għall-prezz stipulat fil-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni.

(361)

Madankollu, l-istudju jenfasizza d-diffikultajiet kbar ippreżentati mill-approċċ ta' “kapitalizzazzjoni” u juri li r-riżultati prodotti b'dan il-metodu jistgħu ma jkunux affidabbli; huwa jissuġġerixxi li l-approċċ “ibbażat fuq il-flussi ta' flus” ikun aħjar. B'mod partikolari, l-istudju jsib li:

“L-approċċ ta' kapitalizzazzjoni għandu jqis biss il-proporzjon tan-nefqa fuq il-kummerċjalizzazzjoni li hija attribwibbli għall-bażi tal-assi intanġibbli ta' ajruport. Madankollu, jista' jkun diffiċli li jiġi identifikat il-proporzjon tan-nefqa fuq il-kummerċjalizzazzjoni li hija mmirata lejn il-ġenerazzjoni tad-dħul mistenni fil-ġejjieni għall-ajruport (jiġifieri investiment fil-bażi tal-assi intanġibbli tal-ajruport) kuntrarju għall-ġenerazzjoni tad-dħul attwali għall-ajruport.”

Huwa jenfasizza wkoll li:

“Sabiex jiġi implimentat l-approċċ ibbażat fuq il-kapitalizzazzjoni, jeħtieġ li jiġi kkalkolat it-tul ta' żmien medju li ajruport ikun jista' jżomm klijent grazzi għall-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMS. Fil-prattika, ikun diffiċli ħafna li jiġi kkalkolat il-perjodu medju taż-żamma tal-klijenti wara kampanja ta' AMS minħabba dejta insuffiċjenti.” [traduzzjoni mhux uffiċjali]

(362)

L-istudju tal-31 ta' Jannar 2014 jipproponi li jiġi applikat b'mod prattiku l-approċċ “ibbażat fuq il-flussi tal-flus”. Skont dan l-approċċ, il-benefiċċji tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u tal-ftehimiet dwar is-servizzi offruti fl-ajruport li jibqgħu jinħassu anki wara l-iskadenza tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni huma espressi bħala “valur terminali” kkalkolat fid-data ta' skadenza tal-ftehim. Dan il-valur terminali jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-profitti inkrementali mistennija mill-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u mill-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni matul l-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport. Dawk il-profitti huma estiżi fil-perjodu li jmiss, li t-terminu tiegħu huwa ugwali għat-terminu tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport, u jiġu aġġustati sabiex jieħdu f'kunsiderazzjoni r-rata ta' tkabbir għas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Ewropa u l-fattur ta' probabbiltà intiżi biex ikun jirrifletti l-kapaċitajiet tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni li jikkontribwixxu għall-profitti tal-ajruport wara li jkunu skadew. Skont l-istudju tal-31 ta' Jannar 2014, il-kapaċità li jiġu ġġenerati benefiċċji sostenibbli tiddependi fuq diversi fatturi “inklużi prominenza akbar u marka kummerċjali aktar b'saħħitha, flimkien ma' aspetti esterni tan-netwerk u passiġġieri rikorrenti”, għalkemm ma ngħatawx dettalji dwar dawn il-fatturi. Barra minn hekk, dan il-metodu jikkunsidra rata ta' skont li tirrifletti l-ispejjeż kapitali.

(363)

L-istudju jipproponi fattur ta' probabbiltà ta' 30 %, li huwa jqis bħala prudenti. Madankollu, dan l-istudju, li huwa ta' natura teoretika ħafna, ma jipprovdi ebda evidenza serja għal dan il-fattur, la minn lat kwantitattiv u lanqas minn dak kwalitattiv. Huwa ma jibbaża ruħu fuq ebda fatt relatat mal-attivitajiet ta' Ryanair, mas-swieq tat-trasport bl-ajru jew mas-servizzi tal-ajruport biex jissostanzja din ir-rata ta' 30 %. Huwa ma jistabbilixxi ebda rabta bejn din ir-rata u l-fatturi li jsemmi fil-qasir ħafna (prominenza, marka kummerċjali b'saħħitha, aspetti esterni tan-netwerk u passiġġieri rikorrenti) u li huma mistennija jtawlu l-benefiċċji tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni wara d-dati ta' skadenza tagħhom. Fl-aħħar nett, huwa b'ebda mod ma jibbaża ruħu fuq il-kontenut speċifiku tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni previst fid-diversi kuntratti ma' AMS meta jiġi biex janalizza sa liema punt dawk is-servizzi jistgħu jinfluwenzaw dawk il-fatturi.

(364)

Barra minn hekk, dan ma jurix li, mal-iskadenza tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, hemm xi probabbiltà li l-profitti ġġenerati minn dawn il-ftehimiet għall-operatur tal-ajruport matul l-aħħar sena tal-applikazzjoni tagħhom jistgħu jissoktaw fil-ġejjieni. Bl-istess mod, dan ma jipprovdi ebda evidenza li r-rata ta' tkabbir tas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Ewropa huwa indikatur utli sabiex jitkejjel l-impatt ta' ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u ta' ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għal ajruport speċifiku.

(365)

Għalhekk, ikun improbabbli ħafna li “valur terminali” kkalkolat permezz tal-metodu propost minn Ryanair jitqies minn operatur OES prudenti meta dan jiġi biex jiddeċiedi jidħolx fi ftehim jew le.

(366)

Għalhekk, l-istudju tal-31 ta' Jannar 2014 juri li approċċ “ibbażat fuq il-flussi ta' flus” iwassal biss għal riżultati mhux affidabbli u inċerti ħafna, l-istess bħall-metodu ta' “kapitalizzazzjoni”.

(367)

Barra minn hekk, la l-Ġermanja u ebda parti terza interessata ma pprovdiet evidenza li turi li l-metodu ppreżentat minn Ryanair fl-istudju tal-31 ta' Jannar 2014, jew kwalunkwe metodu ieħor li jimmira li jikkwantifika l-profitti wara l-iskadenza tal-ftehimiet dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, kien implimentat b'suċċess mill-operaturi ta' ajruporti reġjonali komparabbli għall-operatur ta' Zweibrücken. Il-Ġermanja ma għamlet ebda kumment dwar l-istudji tas-17 u tal-31 ta' Jannar 2014.

(368)

Barra minn hekk, valur terminali kkalkolat permezz tal-metodu ppreżentat minn Ryanair ikun pożittiv biss (u, għalhekk, ikollu biss it-tendenza li jżid il-profittabbiltà tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni) jekk il-profitt inkrementali mistenni minn dawn il-ftehimiet fl-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport ikun pożittiv. Jekk ikun negattiv, it-teħid tal-valur terminali f'kunsiderazzjoni ġeneralment inaqqas il-profittabbiltà tal-ftehimiet. Hawn taħt ser jintwera (ara l-premessa 378 et seq.) li l-ftehimiet tal-2008 irriżultaw fi flussi ta' flus inkrementali negattivi.

(369)

Barra minn hekk, kif ġie ddikjarat aktar 'il fuq (ara l-premessa 341 et seq.), is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni huma evidentement immirati għall-persuni li x'aktarx jużaw ir-rotta koperta mill-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. Jekk din ir-rotta ma tiġġeddidx hekk kif jiskadi l-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport, huwa improbabbli li s-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jibqa' jkollhom effett pożittiv fuq it-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport wara d-data tal-iskadenza. Huwa diffiċli ħafna li operatur ta' ajruport jivvaluta l-probabbiltà li linja tal-ajru tkompli topera rotta wara l-iskadenza tat-terminu li tkun intrabtet bih fil-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport. Il-linji tal-ajru bi spejjeż baxxi, b'mod partikolari, urew li, meta jiġu għall-ftuħ u l-għeluq tar-rotot, huma reattivi ħafna għall-kundizzjonijiet tas-suq li, aktar ta' spiss milli le, jinbidlu malajr ħafna. Għalhekk, meta jidħol fi tranżazzjoni bħal dik li qiegħda tiġi eżaminata f'dan il-każ, OES prudenti ma jiddependix fuq kumpanija tal-ajru li testendi l-operat tar-rotta inkwistjoni mal-iskadenza tal-ftehim.

(370)

Bħala konklużjoni, minn dak li ntqal hawn fuq jidher biċ-ċar li l-uniku benefiċċju li OES prudenti jista' jistenna li jikseb minn ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u li jista' jikkwantifika ladarba jiddeċiedi jidħolx fi ftehim bħal dan jew le, flimkien ma' ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport, ikun l-effett pożittiv li possibbilment ikollhom is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni fuq l-għadd ta' passiġġieri li jużaw ir-rotot koperti mill-ftehimiet inkwistjoni matul it-terminu tal-operat ta' dawk ir-rotot, kif stabbilit fil-ftehimiet. IL-Kummissjoni hija tal-fehma li kwalunkwe benefiċċji possibbli oħrajn huma inċerti wisq biex jiġu kkwantifikati u kkunsidrati.

(c)   Il-fattibbiltà tat-tqabbil tal-ajruport ta' Zweibrücken ma' ajruporti Ewropej oħrajn

(371)

Skont il-linji gwida l-ġodda għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-OES, l-eżistenza ta' għajnuna lil linja tal-ajru li tuża ajruport partikolari tista', fil-prinċipju, tiġi eskluża jekk il-prezz mitlub għas-servizzi offruti fl-ajruport ikun jikkorrispondi għall-prezz tas-suq, jew jekk ikun jista' jintwera, permezz ta' analiżi ex ante — jiġifieri analiżi bbażata fuq l-informazzjoni disponibbli meta tkun ingħatat il-miżura u fuq l-iżviluppi prevedibbli f'dak il-mument — li l-arranġament mal-ajruport/linja tal-ajru jwassal għal kontribuzzjoni ta' profitt inkrementali pożittiv għall-ajruport (97). Madankollu, fir-rigward tal-ewwel approċċ (tqabbil mal-“prezz fis-suq”), il-Kummissjoni għandha d-dubji dwar kemm, fil-preżent, jista' jiġi identifikat punt ta' riferiment xieraq sabiex jiġi stabbilit prezz tas-suq veru għas-servizzi pprovduti mill-ajruporti. Għalhekk, hija tal-fehma li analiżi ex ante tal-profittabbiltà inkrementali hija l-aktar kriterju rilevanti għall-valutazzjoni tal-arranġamenti konklużi mill-ajruporti ma' linji tal-ajru individwali (98).

(372)

B'mod ġenerali, ta' min jinnota li l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' OES abbażi ta' prezz medju fi swieq simili oħrajn tista' tkun utli jekk tali prezz ikun jista' jiġi identifikat jew dedott b'mod raġonevoli minn indikaturi oħrajn tas-suq. Madankollu, dan il-metodu mhuwiex rilevanti fil-każ tas-servizzi offruti fl-ajruport, billi l-istruttura tal-ispejjeż u d-dħul għandha t-tendenza li tvarja ħafna minn ajruport għal ieħor. Dan minħabba li l-ispejjeż u d-dħul jiddependu fuq kemm ajruport ikun żviluppat, l-għadd ta' linji tal-ajru li jużaw l-ajruport, il-kapaċità tiegħu f'termini tat-traffiku tal-passiġġieri, l-istat tal-infrastruttura u l-investimenti relatati, il-qafas regolatorju li jista' jvarja minn Stat Membru għal ieħor u kwalunkwe dejn jew obbligi li jkun daħal għalihom l-ajruport fl-imgħoddi (99).

(373)

Barra minn hekk, il-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru tikkomplika kull analiżi purament komparattiva. Barra minn hekk, kif jista' jidher f'dan il-każ, il-prattiki kummerċjali bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru mhux dejjem ikunu bbażati esklussivament fuq skeda ppubblikata ta' tariffi. Minflok, dawn ir-relazzjonijiet kummerċjali jkunu varjati ħafna. Dawn jinkludu kondiviżjoni tar-riskji fir-rigward tat-traffiku tal-passiġġieri u ta' kwalunkwe responsabbiltà kummerċjali u finanzjarja relatata, skemi ta' inċentivi standard u tibdil fit-tixrid tar-riskji tul it-terminu tal-ftehimiet. Konsegwentement, tranżazzjoni waħda ma tistax titqabbel ma' oħra abbażi ta' prezz varjabbli jew prezz għal kull passiġġier.

(374)

Fl-aħħar nett, wara li nassumu li jista' jiġi stabbilit, abbażi ta' analiżi komparattiva valida, li l-“prezzijiet” involuti fid-diversi tranżazzjonijiet li huma s-suġġett ta' din il-valutazzjoni huma ekwivalenti għal jew ogħla mill-“prezzijiet tas-suq” stabbiliti permezz ta' kampjun komparattiv ta' tranżazzjonijiet, il-Kummissjoni ma tkunx tista', għal dan kollu, tikkonkludi li dawn it-tranżazzjonijiet huma konformi mat-test tal-OES jekk jirriżulta li, meta ġew stabbiliti, l-operatur tal-ajruport kien stenna li dawn jiġġeneraw spejjeż inkremenali ogħla mid-dħul inkrementali. B'hekk, OES ma jkollu ebda inċentiv sabiex joffri prodotti jew servizzi bi “prezz tas-suq” jekk dan iwassal għal telf inkrementali.

(375)

F'kundizzjonijiet bħal dawn, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, wara li qieset l-informazzjoni kollha disponibbli għaliha, ma hemm ebda bażi għal diverġenza mill-approċċ rakkomandat fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-OES għar-relazzjonijiet bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru, jiġifieri, analiżi ex ante tal-profittabbiltà inkrementali.

7.3.1.4.    Valutazzjoni tal-ispejjeż u d-dħul inkrementali

Qafas ta' żmien

(376)

Meta jiġi biex jiddeċiedi jekk jidħolx fi ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u/jew ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċalizzazzjoni, OES jagħżel qafas ta' żmien għall-valutazzjoni tiegħu abbażi tat-terminu tal-ftehimiet inkwistjoni jew tat-terminu ffissat f'kull ftehim individwali. Fi kliem ieħor, huwa jivvaluta l-ispejjeż u d-dħul inkrementali għat-terminu tal-applikazzjoni tal-ftehimiet.

(377)

Ma jidher li hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex jintgħażel perjodu ta' żmien itwal. Fid-data tal-iffirmar tal-ftehimiet, OES prudenti ma joqgħodx fuq il-ftehimiet li jiġu mġedda ladarba jiskadu, kemm jekk taħt l-istess termini jew inkella taħt termini ġodda. Barra minn hekk, operatur ġeneralment prudenti jkun konxju li linji tal-ajru bi spejjeż baxxi bħal Ryanair dejjem kienu u huma magħrufa għall-fatt li huma reattivi ħafna għall-iżviluppi fis-suq, kemm meta jibdew kif ukoll meta jwaqqfu rotot u meta jżidu jew inaqqsu l-għadd ta' titjiriet.

Valutazzjoni

(378)

Il-Ġermanja tafferma li FGAZ/FZG ma ħejjiet ebda pjan ta' direzzjoni tan-negozju ex ante qabel ikkonkludiet ftehimiet individwali dwar is-servizzi offruti fl-ajruport mad-diversi linji tal-ajru. Hija spjegat li minħabba li l-maġġoranza tal-ispejjeż tal-ajruport jistgħu jitqiesu bħala fissi u li espansjoni tal-attivitajiet kummerċjali ma għandhiex twassal għal spejjeż addizzjonali sinifikanti, ma kien meħtieġ ebda pjan ta' direzzjoni tan-negozju ex ante bħal dan.

(379)

Madankollu, fuq talba tal-Kummissjoni, il-Ġermanja ħejjiet ħarsa ġenerali lejn l-ispejjeż u d-dħul inkrementali li setgħu jkunu mistennija fiż-żmien li ġew konklużi l-ftehimiet rilevanti. Il-Ġermanja ħejjiet dik id-dejta għal kull wieħed mill-ftehimiet konklużi mal-linji tal-ajru matul il-perjodu li qed jiġi investigat, jiġifieri bejn is-sena 2000 u l-2009, kif miġbur fil-qosor fit-Tabella 8.

Tabella 8

Il-profittabbiltà inkrementali tal-kuntratti ma' Germanwings, TUIFly u Ryanair

 

Germanwings

(Kuntratt 15 ta' Sett. 2006— 15 ta' Sett. 2009)

Germanwings

(Kuntratt 30 ta' Ġunju 2008 — 31 ta' Diċ. 2011) (100)

TUIFly

(Kuntratt 1 ta' Apr. 2008— 31 ta' Mar. 2011) (101)

Ryanair

(Kuntratt 22 ta' Sett. 2008— 21 ta' Sett. 2009) (102)

Passiġġieri Mistennija

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul Addizzjonali Mistenni mill-Avjazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul Addizzjonali Mistenni Mhux mill-Avjazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż Addizzjonali Mistennija

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż tal-Appoġġ għall-Kummerċjalizzazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

Riżultat Nominali Mistenni

(…)

(…)

(…)

(…)

Rata ta' Skont

(…)

(…)

(…)

(…)

Riżultat Nominali Skontat

(…)

(…)

(…)

(…)

(380)

Meta ġiet biex tħejji t-Tabella 8, il-Ġermanja ħadet kont tal-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-għadd ta' passiġġieri mistennija ġie dedott mill-għadd previst ta' titjiriet fil-ġimgħa u estrapolati għat-tul tal-ftehim.

(b)

Id-dħul mistenni mill-avjazzjoni (it-tariffi tal-immaniġġjar u tal-inżul, it-tindif u t-tneħħija tas-silġ, eċċ.) ġie kkalkolat tul id-durata tal-ftehim abbażi tal-kundizzjonijiet maqbula ma' kull linja tal-ajru, b'kunsiderazzjoni tar-ribassi u l-inċentivi rilevanti.

(c)

Id-dħul mistenni minn attivitajiet mhux relatati mal-avjazzjoni (tariffi tal-parkeġġ, l-infiq fit-terminal, eċċ.) ġie kkalkolat ukoll tul id-durata tal-ftehim.

(d)

L-ispejjeż inkrementali mistennija ġew ikkalkolati tul id-durata tal-ftehim, wara li tqiesu d-deprezzament tal-investimenti meħtieġa għall-immaniġġjar tal-avjazzjoni kummerċjali (it-terminal il-ġdid, bankijiet ġodda tar-reġistrazzjoni (check in), spazji tal-parkeġġ, eċċ.), kif ukoll l-ispejjeż addizzjonali relatati mal-persunal u mal-materjal. Tqiesu biss l-ispejjeż ikkawżati minn kull linja tal-ajru individwali. Abbażi ta' dan, il-Ġermanja sostniet li l-ispejjeż tat-terminal il-ġdid u tal-impjegar ta' ħaddiema ġodda kienu oriġinarjament ikkawżati minn Germanwings meta bdiet topera minn Zweibrücken, sabiex b'hekk dawk l-ispejjeż kienu fil-biċċa l-kbira tagħhom allokati għall-ewwel kuntratt ta' Germanwings.

(e)

Fuq talba tal-Kummissjoni, il-ħlasijiet magħmula lil Ryanair għall-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni skont il-ftehim bejn il-Land u AMS tqiesu bħala spejjeż inkrementali tal-kuntratt ta' Ryanair.

(f)

Ir-rata ta' skont kienet ibbażata fuq ir-rati ta' skont tal-Bundesbank Ġermaniż mill-2008.

(381)

Il-Kummissjoni ssib li l-approċċ meħud mill-Ġermanja fil-kalkolu tal-għadd ta' passiġġieri u fil-kalkolu, abbażi ta' dan, tad-dħul inkrementali mistenni mill-avjazzjoni u minn attivitajiet mhux relatati mal-avjazzjoni, huwa tajjeb. L-istess jgħodd fir-rigward tar-rati ta' skont.

(382)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll in-nuqqas ta' qbil tal-Ġermanja li fil-kalkolazzjoni tad-dħul inkrementali biss matul id-durata tal-ftehim, il-profitti fit-tul ma jitqisux. B'reazzjoni għal dan, il-Kummissjoni tirreferi għar-raġunament tagħha żviluppat fil-premessi 376 u 377, li huwa tabilħaqq xieraq li jiġu kkunsidrati biss l-ispejjeż u d-dħul inkrementali ġġenerati matul id-durata tal-ftehim.

(383)

Il-Kummissjoni tieħu wkoll nota tas-sottomissjoni tal-Ġermanja li l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma setax jitqies bħala li jipproduċi biss spejjeż, iżda għandu jitqies ukoll bħala li jiġġenera introjtu. Il-Ġermanja ma pproponiet ebda metodoloġija sabiex jiġi evalwat id-dħul inkrementali speċifiku ġġenerat mill-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni 'lil hinn miż-żieda tat-traffiku (u b'hekk ukoll id-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi) fl-ajruport. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni diġà ddeterminat fil-premessa 347 et seq. li OES iqis biss id-dħul inkrementali tal-ajruport meta jiġi biex jevalwa l-effetti pożittivi tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni.

(384)

Fir-rigward tal-ispejjeż operatorji inkrementali, b'mod partikolari, il-Kummissjoni trid tibbaża ruħha fuq id-dejta pprovduta mill-Ġermanja u minn FGAZ/FZG, sakemm din tidher li hija raġonevoli, minħabba li hija nnifisha mhijiex f'pożizzjoni li tikkalkula dawk l-ispejjeż b'mod indipendenti. Fil-prinċipju, l-istess jgħodd għall-ispejjeż tal-investiment inkrementali, minħabba li l-Ġermanja u FGAZ/FZG huma f'pożizzjoni aħjar li jikkalkolaw liema investiment jista' jiġi traċċat lura direttament għal ftehim partikolari dwar is-servizzi offruti fl-ajruport. Wara li analizzat l-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja, il-Kummissjoni taċċetta l-kalkolu ġenerali tal-ispejjeż inkrementali bħala raġonevoli.

(385)

Barra minn hekk, jidher li huwa raġonevoli li l-impjegar ta' ħaddiema addizzjonali biex jimmaniġġjaw lil Germanwings u l-investimenti inizjali fir-rinnovazzjoni tat-terminal jistgħu jiġu traċċati lura għall-ewwel ftehim ma' Germanwings, minħabba li dak il-ftehim kien il-fattur li wassal għall-iżvilupp b'obbligu tal-avjazzjoni kummerċjali fi Zweibrücken.

Konklużjoni

(386)

Billi r-riżultat skontat mistenni huwa negattiv għall-ewwel ftehim ma' Germanwings, kif ukoll għall-ftehimiet ma' TUIFly u Ryanair, il-Kummissjoni ssib li FGAZ/FZG ma aġixxietx bħal OES fil-konklużjoni ta' dawk il-ftehimiet. L-ajruport ma setax jistenna li jiġu koperti mill-inqas l-ispejjeż inkrementali kkawżati minn kwalunkwe wieħed minn dawk il-ftehimiet. B'hekk, minħabba li FGAZ/FZG ma aġixxietx bħal OES, id-deċiżjoni tagħha li tikkonkludi l-ftehimiet fuq dawk it-termini tat vantaġġ ekonomiku lil Germanwings, TUIFly u Ryanair.

(387)

B'kuntrast ma' dan, it-tieni ftehim ma' Germanwings ma setax ikun mistenni li jwassal għal riżultat skontat pożittiv. Għalhekk, meta kkonkludiet dak il-ftehim, FGAZ/FZG ma tat ebda vantaġġ ekonomiku lil Germanwings.

7.3.1.5.    Selettività

(388)

Il-vantaġġ ekonomiku identifikat fil-premessa 376 et seq. ingħata fuq bażi selettiva, minħabba li kienu biss il-linji tal-ajru li joperaw mill-Ajruport ta' Zweibrücken li bbenifikaw minnu.

(389)

F'dan il-kuntest, l-argument imressaq mill-Ġermanja li l-iskontijiet fuq it-tariffi tal-ajruport mogħtija lil-linji tal-ajru li joperaw minn Zweibrücken ma kinux selettivi għandu jiġi rrifjutat. Il-Ġermanja sostniet li l-iskontijiet kienu miftuħa għal-linji tal-ajru kollha li xtaqu joperaw minn Zweibrücken, li allegatament rendewhom f'mhux selettivi.

(390)

B'reazzjoni għal dan, il-Kummissjoni l-ewwel tosserva li l-ftehimiet individwali konklużi mal-linji tal-ajru jmorru 'lil hinn mill-iskeda tat-tariffi u huma differenti minn xulxin (ara l-premessi 67 sa 72), biex b'hekk fihom kundizzjonijiet li ġew innegozjati individwalment. Il-vantaġġ preċiż mogħti mbagħad jidher bħala selettiv fir-rigward ta' kull linja tal-ajru individwali.

(391)

Madankollu, it-tieni nett, il-Kummissjoni tosserva li anki kieku l-iskeda tat-tariffi kienet applikata bl-istess mod għal kull linja tal-ajru li tixtieq topera minn Zweibrücken, kwalunkwe vantaġġ b'hekk konferit xorta waħda jkun irid jitqies bħala selettiv. Kif sostna l-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża Deutsche Lufthansa AG v. Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH, l-aċċettazzjoni tal-argumentazzjoni tal-Ġermanja “twassal sabiex tiġi miċħuda għalkollox il-possibbiltà li tkun ikkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet li għalihom impriża pubblika toffri s-servizzi tagħha meta tali kundizzjonijiet jirriżultaw applikabbli mingħajr distinzjoni għall-kontraenti kollha tagħha” (103). L-Avukat Ġenerali Mengozzi rrimarka wkoll li

“kif fil-fehma tiegħi osservat korrettement il-Kummissjoni, tali esklużjoni ma tidhirx konformi la mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li l-interventi pubbliċi li jirrigwardaw mingħajr distinzjoni l-operaturi kollha ta' settur ekonomiku speċifiku jista' jkollhom karattru selettiv u lanqas mad-diversi preċedenti li fihom kienu kkunsidrati benefiċċji selettivi li jirriżultaw mill-provvista ta' oġġetti u servizzi minn impriżi pubbliċi (jew privati) b'tariffi jew b'kundizzjonijiet identiċi għall-operaturi kollha li jeżerċitaw attività speċifika” (104).

7.3.1.6.    Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(392)

Miżura mogħtija minn Stat titqies bħala li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni meta din tkun tista' ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li magħhom tikkompeti (105). Għall-finijiet prattiċi kollha, tiġi preżunta distorsjoni tal-kompetizzjoni meta l-Istat jagħti vantaġġ finanzjarju lil impriża f'settur liberalizzat fejn hemm, jew jista' jkun hemm, kompetizzjoni. Skont il-każistika tal-Qrati Ewropej, kwalunkwe għotja ta' għajnuna lil impriża li teżerċita l-attivitajiet tagħha fis-suq intern tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri (106).

(393)

Mid-dħul fis-seħħ tat-tielet pakkett dwar il-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-1 ta' Jannar 1993 (107), it-trasportaturi tal-ajru jistgħu liberament joperaw titjiriet fuq konnessjonijiet intraEwropej. Kif osservat il-Qorti tal-Ġustizzja,

“fejn intrapriża topera f'settur fejn jikkompetu produtturi minn diversi Stati Membri, kwalunkwe għajnuna li tista' tirċievi mill-awtoritajiet pubbliċi tista' taffettwa lill-kummerċ bejn l-Istati Membri u ddgħajjef lill-kompetizzjoni, peress li l-preżenza kontinwa tagħha fis-suq ma tħallix li l-kompetituri minn Stati Membri oħrajn iżidu s-sehem mis-suq tagħhom u tnaqqas il-possibbiltajiet tagħhom li jżidu l-esportazzjonijiet” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (108).

(394)

Il-Kummissjoni sabet li FGAZ/FZG u l-Land Rhineland-Palatinate taw vantaġġ selettiv lil Germanwings, TUIFly u Ryanair. Dawn il-linji tal-ajru huma attivi f'suq kompetittiv madwar l-Unjoni kollha u l-vantaġġ li rċevew seta' jwassal għal titjib tal-pożizzjoni kompetittiva tagħhom f'dak is-suq. F'dan id-dawl, il-Kummissjoni ssib li l-vantaġġ mogħti lil Germanwings, TUIFly u Ryanair jista' jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.3.1.7.    Konklużjoni

(395)

Għar-raġunijiet imsemmija qabel, il-Kummissjoni ssib li Germanwings, TUIFly u Ryanair irċevew għajnuna mill-Istat li tammonta għal madwar EUR 1 054 985, EUR 232 781 u EUR 464 879, rispettivament.

7.3.2.   KOMPATIBBILTÀ

(396)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Ġermanja ma ressqet ebda argument li juri li l-għajnuna mogħtija lil TUIFly, Germanwings u Ryanair hija kompatibbli mas-suq intern.

(397)

B'konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja (109), il-Kummissjoni tfakkar li hija r-responsabbiltà tal-Ġermanja li tindika l-bażi ġuridika li fuqha miżura ta' għajnuna mill-Istat tista' tinstab li hija kompatibbli mas-suq intern u li turi li l-kundizzjonijiet meħtieġa kollha ġew issodisfati. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja biex tipprovdi informazzjoni dwar jekk tistax tiġi stabbilita kompatibbiltà skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. Madankollu, il-Ġermanja ma għamlet ebda sottomissjoni bil-għan li turi li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti għall-għajnuna tal-bidu kompatibbli skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. Lanqas il-partijiet interessati li ssottomettew il-kummenti tagħhom ma ressqu argumenti li juru l-kompatibbiltà tal-miżura ta' għajnuna mill-Istat mas-suq intern.

(398)

Madankollu, il-Kummissjoni ssib li huwa utli li tikkunsidra fil-qosor jekk l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni tistax titqies bħala għajnuna tal-bidu kompatibbli.

7.3.2.1.    Qafas legali applikabbli

(399)

Fir-rigward tal-għajnuna tal-bidu, il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jiddikjaraw li:

“il-Kummissjoni ser tapplika l-prinċipji stabbiliti f'dawn il-linji gwida għall-miżuri ta' għajnuna tal-bidu kollha nnotifikati, li fir-rigward tagħhom hija tintalab tieħu deċiżjoni mill-4 ta' April 2014, anki meta l-miżuri ġew innotifikati qabel dik id-data. Skont l-avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna illegali mill-Istat, il-Kummissjoni ser tapplika r-regoli li kienu fis-seħħ fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna għall-għajnuna tal-bidu illegali mogħtija lil-linji tal-ajru. Għaldaqstant, hija ma tapplikax il-prinċipji stabbiliti f'dawn il-linji gwida fil-każ tal-għajnuna tal-bidu illegali mogħtija lil-linji tal-ajru qabel l-4 ta' April 2014” (110) [traduzzjoni mhux uffiċjali].

(400)

Min-naħa tagħhom, il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 jistipulaw li:

“il-Kummissjoni sejra teżamina l-kompatibbiltà ta' … għajnuna tal-bidu mogħtija mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħha u allura bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat [issal-Artikolu 108(3) tat-Trattat], fuq il-bażi ta' dawn il-linji gwida jekk l-għajnuna bdiet tingħata wara l-pubblikazzjoni tal-linji gwida f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

(401)

Billi l-ftehimiet ma' Germanwings, TUIFly u Ryanair ġew konklużi wara l-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 f'Il-Ġurnal Uffiċjali fid-9 ta' Diċembru 2005, dawk il-linji gwida jikkostitwixxu l-bażi ġuridika applikabbli għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tagħhom mas-suq intern.

7.3.2.2.    Valutazzjoni tal-kompatibbiltà skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005

(402)

Minħabba li l-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà għall-għajnuna tal-bidu stabbiliti fil-punt 79 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 huma kumulattivi, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jeħtieġ biss li jintwera li ma ġietx issodisfata waħda minn dawk il-kundizzjonijiet sabiex issib li l-għajnuna mogħtija lil-linji tal-ajru mhijiex kompatibbli. Il-Kummissjoni tibda l-analiżi tagħha bil-kundizzjoni stabbilita fil-punt 79(d) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005.

(403)

Il-Punt 79(d) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 jesiġi, fost l-oħrajn, li l-ammont ta' għajnuna mogħtija fi kwalunkwe sena partikolari ma jaqbiżx il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli totali għal dik is-sena u li l-għajnuna totali ma taqbiżx medja ta' 30 % tal-ispejjeż eliġibbli. Spejjeż eliġibbli huma definiti bħala l-“ispejjeż tal-bidu addizzjonali li jsiru sabiex titnieda rotta jew frekwenza ġdida … li l-operatur tal-ajru ma jkollux iġarrab ladarba din tibda topera” (111) [traduzzjoni uffiċjali].

(404)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni osservat li l-ftehimiet ma' Germanwings, TUIFly u Ryanair ma pprevedew ebda konnessjoni bejn l-għajnuna mogħtija u l-ispejjeż eliġibbli. Għalhekk, il-Ġermanja ntalbet tipprovdi dettalji dwar ir-relazzjoni bejn l-għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli. La l-Ġermanja u lanqas il-partijiet terzi li jikkummentaw fuq id-deċiżjoni tal-ftuħ ma pprovdew informazzjoni bħal din. F'dan id-dawl, u meta wieħed iqis li l-ftehimiet mal-linji tal-ajru inkwistjoni ma jagħmlu ebda referenza għall-ispejjeż tal-linji tal-ajru, aktar u aktar għall-ispejjeż eliġibbli, il-Kummissjoni ssib li l-kundizzjoni tal-kompatibbiltà stabbilita fil-punt 79(d) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 mhijiex issodisfata.

(405)

Bħala konklużjoni, l-għajnuna mogħtija lil-linji tal-ajru ma tistax tinstab li tikkostitwixxi għajnuna tal-bidu kompatibbli, minħabba li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà ma ġietx issodisfata. Għalhekk, l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Germanwings, TUIFly u Ryanair tikkostitwixxi għajnuna illegali u inkompatibbli mill-Istat li trid tiġi rkuprata.

8.   RKUPRU

(406)

B'konformità mat-Trattat u mal-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni hija kompetenti biex tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat irid jabolixxi jew ibiddel l-għajnuna (112) meta ssib li din hija inkompatibbli mas-suq intern. Il-każistika konsistenti tal-Qorti tindika wkoll li, fil-każ ta' għajnuniet li l-Kummissjoni tkun qieset bħala inkompatibbli mas-suq intern, l-obbligu li l-għajnuna tiġi abolita, li huwa impost fuq l-Istat Membru, għandu l-għan li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni kif kienet qabel (113). F'dan il-kuntest, il-Qorti ddikjarat li dak l-objettiv jintlaħaq ladarba l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti mogħtija permezz ta' għajnuna illegali, biex b'hekk iċedi l-vantaġġ li kien gawda fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u terġa' tiġi stabbilita s-sitwazzjoni ta' qabel il-pagament tal-għajnuna (114).

(407)

B'konformità ma' dik il-każistika, l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (115) stabbilixxa li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju”.

(408)

Għalhekk, l-għajnuna mill-Istat imsemmija hawn fuq (ara l-premessi 282, 297, 318, 320, 395 u 405, b'kunsiderazzjoni tal-premessi 198 sa 200) trid tiġi rrimborżata lill-Ġermanja, sakemm din tkun tħallset.

(409)

It-tabella 9 tindika l-ammonti ta' rkupru approssimattivi.

Tabella 9

Informazzjoni dwar l-ammonti approssimattivi ta' għajnuna rċevuta, li għandha tiġi rkuprata u li diġà ġiet irkuprata

Identità tal-benefiċjarju

Ammont approssimattiv totali tal-għajnuna riċevuta (f'EUR)

Ammont approssimattiv totali tal-għajnuna li trid tiġi rkuprata (116) (f'EUR)

(Kapital)

Ammont totali diġà rrimborżat (f'EUR)

Kapital

Mgħax fuq l-irkupru (117)

FGAZ/FZG: Għotjiet għall-Investiment Dirett

 

 

 

 

FGAZ/FZG: Injezzjonijiet ta' kapital

 

 

 

 

FGAZ/FZG: Garanzija ta' 100 %

 

 

 

 

FGAZ/FZG: Parteċipazzjoni fil-Fond Komuni ta' Flus

 

 

 

 

Germanwings

1 115 971

1 115 971

 

 

TUIFly

233 002

233 002

 

 

Ryanair/AMS

469 132

469 132

 

 

(410)

Sabiex jitqies il-vantaġġ attwali riċevut mil-linja tal-ajru u mis-sussidjarji tagħha skont il-ftehimiet, l-ammonti indikati fit-Tabella 9 jistgħu jiġu aġġustati, skont l-evidenza ta' sostenn ipprovduta mill-Ġermanja, abbażi ta' (i) id-differenza bejn, fuq naħa waħda, il-pagamenti attwali kif ippreżentati ex post, li kienu saru mil-linja tal-ajru fir-rigward tat-tariffi tal-ajruport (inklużi t-tariffa tal-inżul, it-tariffa tal-passiġġieri u s-servizzi tal-groundhandling skont il-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport) u, min-naħa l-oħra, il-flussi tal-flus imbassra (ex ante) fuq dawn l-entrati tal-introjtu u murija fit-Tabella 8, u (ii) id-differenza bejn, minn naħa waħda, il-pagamenti ta' kummerċjalizzazzjoni attwali kif ippreżentati ex post li tħallsu lil-linja tal-ajru jew lis-sussidjarji tagħha skont il-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u, min-naħa l-oħra, l-ispejjeż tal-kummerċjalizzazzjoni kif previsti ex ante, li jikkorrespondu għall-ammonti indikati fit-Tabella 8,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-għajnuna mill-Istat, implimentata illegalment mill-Ġermanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat favur Flugplatz GmbH Aeroville Zweibrücken (“FGAZ”)/Flughafen Zweibrücken GmbH (“FZG”) bejn is-sena 2000 u l-2009 permezz ta' għotjiet għall-investiment dirett, injezzjonijiet ta' kapital annwali, l-għotja ta' garanzija ta' 100 % fuq self bankarju mingħajr ħlas, u li FGAZ titħalla tipparteċipa fil-ġabra komuni ta' flus tal-Land Rhineland-Pfalz, hija inkompatibbli mas-suq intern.

2.   L-għajnuna mill-Istat, implimentata illegalment mill-Ġermanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat favur Germanwings, TUIFly u Ryanair/AMS permezz tal-ftehimiet dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni konklużi fil-15 ta' Settembru 2006 (Germanwings), fl-1 ta' April 2008 (TUIFly) u fit-22 ta' Settembru 2008 / fis-6 ta' Ottubru 2008 (Ryanair/Airport Marketing Services (“AMS”)) hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 2

1.   Is-self mogħti lil FZG minn Sparkasse Südwestpfalz ma jikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat.

2.   Il-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport konkluż minn FZG ma' Germanwings fit-30 ta' Ġunju 2008 ma jikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat.

Artikolu 3

1.   Il-Ġermanja għandha tirkupra l-għajnuna inkompatibbli msemmija fl-Artikolu 1 mingħand il-benefiċjarji.

2.   FGAZ u FZG għandhom jinżammu responsabbli flimkien sabiex iħallsu lura l-għajnuna mill-Istat riċevuta minn waħda minnhom.

3.   Ryanair u AMS għandhom jinżammu responsabbli flimkien sabiex iħallsu lura l-għajnuna mill-Istat riċevuta minn waħda minnhom.

4.   L-ammonti li jridu jiġu rkuprati huma dawn li ġejjin:

(a)

fir-rigward tal-għotjiet għall-investiment dirett mogħtija mil-Land Rhineland-Palatinate u minn ZEF favur FZG: EUR 20 564 170 mogħtija bejn it-12 ta' Diċembru 2000 u l-31 ta' Diċembru 2009, nieqes l-ispejjeż tas-servizzi pprovduti mit-taqsima tat-tifi tan-nar u l-ispejjeż li għalihom l-operatur tal-ajruport huwa intitolat għal rimborż skont il-paragrafu 8(3) tal-Luftsicherheitsgesetz sal-punt li dawn kienu koperti mill-għotjiet għall-investiment dirett;

(b)

fir-rigward tal-injezzjonijiet ta' kapital annwali mogħtija mil-Land Rhineland-Palatinate u minn ZEF favur FGAZ: EUR 26 629 000 mogħtija bejn is-sena 2000 u l-2009, nieqes l-ispejjeż tas-servizzi pprovduti mit-taqsima tat-tifi tan-nar u l-ispejjeż li għalihom l-operatur tal-ajruport huwa intitolat għal rimborż skont il-paragrafu 8(3) tal-Luftsicherheitsgesetz sal-punt li dawn kienu koperti mill-injezzjonijiet ta' kapital annwali u nieqes dawk l-ammonti mogħtija qabel it-12 ta' Diċembru 2000;

(ċ)

fir-rigward tal-garanzija ta' 100 % fuq is-self mogħti mil-Land Rhineland-Palatinate favur FZG: l-ekwivalenti għall-flus kontanti tal-valur tal-garanzija, li jrid jiġi ddeterminat skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji;

(d)

fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' FGAZ fil-ġabra komuni ta' flus tal-Land Rhineland-Palatinate: l-ekwivalenti għall-flus tal-kundizzjonijiet tas-self vantaġġjużi, li jrid jiġi ddeterminat skont il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-iffissar tar-rati ta' skontijiet u ta' referenza tat-12 ta' Diċembru 2007, nieqes kwalunkwe vantaġġ irċevut fuq is-self li ntuża biex ikopri l-ispejjeż tas-servizzi pprovduti mit-taqsima tat-tifi tan-nar li għalihom l-operatur tal-ajruport huwa intitolat għal rimborż skont il-paragrafu 8(3) tal-Luftsicherheitsgesetz;

(e)

fir-rigward tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport konkluż bejn Germanwings u FZG fil-15 ta' Settembru 2006: l-ammont tal-għajnuna inkompatibbli;

(f)

fir-rigward tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport konkluż bejn TUIFly u FZG fl-1 ta' April 2008: l-ammont tal-għajnuna inkompatibbli;

(g)

fir-rigward tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni konklużi bejn Ryanair u FZG fit-22 ta' Settembru 2008 u bejn AMS u l-Land Rhineland-Palatinate fis-6 ta' Ottubru 2008: l-ammont tal-għajnuna inkompatibbli.

5.   L-ammonti li jridu jiġu rkuprati għandhom iġorru mgħax mid-data li fiha tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sal-irkupru attwali tagħhom.

6.   Il-Ġermanja għandha tipprovdi d-dati eżatti li fihom l-għajnuna pprovduta mill-Istat tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji rispettivi.

7.   L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq bażi komposta b'konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (118).

8.   Il-Ġermanja għandha tikkanċella l-ħlasijiet pendenti kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 b'effett mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 ikun immedjat u effettiv.

2.   Il-Ġermanja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur wara d-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

1.   Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni, il-Ġermanja għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-ammont totali ta' għajnuna rċevuta mill-benefiċjarji u, b'mod partikolari:

(i)

l-ammont ta' għotjiet ta' investiment dirett, injezzjonijiet ta' kapital u l-ekwivalenti ta' flus tas-self vantaġġjuż li koprew l-ispejjeż tas-servizzi tat-tifi tan-nar u l-ispejjeż li għalihom l-operatur tal-ajruport huwa intitolat għal rimborż skont il-paragrafu 8(3) tal-LuftSiG;

(ii)

informazzjoni dwar l-affidabbiltà kreditizja ta' FGAZ/FZG meta nħarġet il-garanzija 100 % u meta ġie pprovdut kull self mill-ġabra komuni ta' flus, bil-għan li l-Kummissjoni tkun tista' tiddetermina l-ekwivalenti ta' flus tal-garanzija u l-kundizzjonijiet vantaġġjużi tas-self mill-ġabra komuni ta' flus skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-iffissar tar-rati ta' skontijiet u ta' referenza tat-12 ta' Diċembru 2007, rispettivament;

(b)

l-ammont totali (il-kapital u l-imgħaxijiet fuq l-irkupru) li jridu jiġu rkuprati mingħand kull benefiċjarju;

(c)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà meħuda u ppjanati sabiex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni;

(d)

dokumenti li juru li l-benefiċjarji kienu ordnati jħallsu lura l-għajnuna.

2.   Il-Ġermanja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1. Hija għandha tissottometti immedjatament, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri diġà meħuda u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata rigward l-ammonti ta' għajnuna u l-imgħax fuq l-irkupru diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarji.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem: “TFUE”). Iż-żewġ settijiet ta' Artikoli huma, fis-sustanza tagħhom, identiċi. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE, fejn xieraq. It-TFUE introduċa wkoll ċerti tibdiliet fit-terminoloġija, bħas-sostituzzjoni ta' “Komunità” b'“Unjoni” u “suq komuni” b'“suq intern”. It-terminoloġija tat-TFUE ser tintuża tul din id-Deċiżjoni kollha.

(2)  ĠU C 216, 21.7.2012, p. 56.

(3)  Mistoqsija bil-miktub E-6470/08 tat-2 ta' Diċembru 2008 minn Hiltrud Breyer (Verts/ALE) lill-Kummissjoni rigward is-sussidjar tal-ajruport ta' Zweibrücken mil-Land Rhineland-Palatinate.

(4)  ĠU C 216, 21.7.2012, p. 56.

(5)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).

(6)  Application of Article 92 and 93 of the EC Treaty and Article 61 of the EEA Agreement to State AIDS in the Aviation Sector (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5).

(7)  Community guidelines on financing of airports and start-up aid to airlines departing from regional airports (OJ C 312, 9.12.2005, p. 1).

(8)  ĠU C 113, 15.4.2014, p. 30.

(9)  Regulation No 1 of 15 April 1958 determining the languages to be used by the European Economic Community (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 Diċembru 1993 — K (93) 3964/6 — Konver I — u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 1995 — K (95) 3208 — Konver II. Għal Rhineland-Palatine, il-proġetti ta' konverżjoni kienu jinkludu l-proġett tal-“mitjar militari ta' Zweibrücken”. Il-finanzjament tal-Unjoni laħaq is-somma ta' EUR 9 miljun.

(11)  http://www.flughafen-zweibruecken.de/de/wir-ueber-uns-de/daten-und-fakten-de

(12)  Id-distanzi kollha espressi f'kilometri ta' toroq, abbażi tal-aktar rotta veloċi. Sors: maps.google.com, aċċessat fil-25 ta' Ġunju 2014.

(13)  Desel Consulting und Airport Research Center GmbH, “Fluggast- und Flugbewegungsprognose für den Flughafen Zweibrücken bis zum Jahr 2025”, Gutachten im Auftrag der Flughafen Zweibrücken GmbH, Settembru 2009, p. 56.

(*)  koperti mill-obbligu tas-segretezza professjonali

(14)  Il-Kawżi Konġunti T-443/08 u T-455/08 Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig Halle GmbH vs il-Kummissjoni (minn hawn 'il quddiem: “Is-sentenza ta' Leipzig/Halle”) [2011] Ġabra II-1311, b'mod partikolari l-paragrafi 93-94; ikkonfermata mill-Kawża C-288/11 P Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig-Halle vs il-Kummissjoni [2012] ECLI:EU:C:2012:821.

(15)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat KE rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67).

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).

(17)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku (2011) (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15).

(18)  Communication from the Commission: Community guidelines on State aid for rescuing and restructuring firms in difficulty (2004) (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2).

(19)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont tat-12 ta' Diċembru 2007 (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6).

(20)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10).

(21)  Ippreżentata bħala l-Anness 8 għas-sottomissjoni tal-Ġermanja tas-27 ta' Jannar 2011.

(22)  Prof. Dr. Heuer und Prof. Dr. Klophaus, unter Mitarbeit von Dr. Berster and Wilken, Deutsches Zentrum für Luft — und Raumfahrt, Januar 2006, “Regionalökonomische Bedeutung und Perspektiven des Flugplatzes Zweibrücken”, S. 146; Desel Consulting und Airport Research Center GmbH, “Fluggast- und Flugbewegungsprognose für den Flughafen Zweibrücken bis zum Jahr 2025”, Gutachten im Auftrag der Flughafen Zweibrücken GmbH, Settembru 2009, p. 85.

(23)  Il-Ftehim dwar is-Servizzi Offruti fl-Ajruport bejn Ryanair u FZG tat-22 ta' Settembru 2008, it-Taqsima 3 [traduzzjoni mhux uffiċjali].

(24)  Oxera, “How should AMS agreements be treated within the profitability analysis as part of the market economy operator test?” (Kif għandhom ikunu ttrattati l-ftehimiet ta' AMS fl-analiżi tal-profittabbiltà bħala parti mit-test tal-operatur f'ekonomija tas-suq?) imħejji għal Ryanair, fis-17 ta' Jannar 2014.

(25)  Oxera, “How should AMS agreements be treated within the profitability analysis as part of the market economy operator test?Practical application” (Kif għandhom ikunu ttrattati l-ftehimiet ta' AMS fl-analiżi tal-profittabbiltà bħala parti mit-test tal-operatur f'ekonomija tas-suq? — Applikazzjoni prattika) imħejji għal Ryanair, fil-31 ta' Jannar 2014.

(26)  Il-Kawża C-35/96 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1998] Ġabra I-3851; il-Kawża C-41/90 Höfner u Elser [1991] Ġabra I-1979; il-Kawża C-244/94 Fédération Française des Sociétés d'Assurances v Ministère de l'Agriculture et de la Pêche [1995] Ġabra I-4013; il-Kawża C-55/96 Job Centre [1997] Ġabra I-7119.

(27)  Il-Kawża 118/85 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1987] Ġabra 2599; il-Kawża 35/96 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1998] Ġabra I-3851.

(28)  Is-sentenza Leipzig/Halle, b'mod partikolari l-paragrafi 93-94; ikkonfermata mill-Kawża C-288/11 P Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig-Halle vs il-Kummissjoni [2012] ECLI:EU:C:2012:821; ara wkoll il-Kawża T-128/89 Aéroports de Paris vs il-Kummissjoni [2000] Ġabra II-3929, ikkonfermata mill-Kawża C-82/01P Aéroports de Paris vs il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-9297 u l-Kawża T-196/04 Ryanair vs il-Kummissjoni (“is-sentenza ta' Charleroi”) [2008] Ġabra II-3643.

(29)  Il-Kawżi C-159/91 u C-160/91, Poucet vs AGV u Pistre vs Cancave [1993] Ġabra I-637.

(30)  Is-sentenza ta' Leipzig-Halle, il-paragrafi 42-43.

(31)  Il-Kawża C-170/83 Hydrotherm [1984] Ġabra I-2999, il-paragrafu 11. Ara wkoll il-Kawża T-137/02 Pollmeier Malchow vs il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-3541, il-paragrafu 50.

(32)  L-eżerċizzju konġunt ta' attività ekonomika normalment jiġi vvalutat permezz tal-analiżi tal-eżistenza ta' rabtiet funzjonali, ekonomiċi u organiċi bejn l-entitajiet. Ara, pereżempju, il-Kawża C-480/09 P AceaElectrabel Produzione SpA vs il-Kummissjoni, [2010] Ġabra I-13355, il-paragrafi 47-55; il-Kawża C-222/04 Ministero dell'Economia e delle Finanze vs Cassa di Risparmio di Firenze SpA u Oħrajn [2006] Ġabra I-289, il-paragrafu 112.

(33)  Il-Kawża C-480/09 P Acea Electrabel Produzione SpA vs il-Kummissjoni [2010] Ġabra I-13355 il-paragrafi 47–55; il-Kawża C-222/04 Cassa di Risparmio di Firenze SpA u Oħrajn [2006] Ġabra I-289, il-paragrafu 112.

(34)  Is-sentenza Leipzig/Halle, il-paragrafu 95. Ara wkoll, permezz ta' analoġija, il-Kawża C-205/03 P FENIN vs il-Kummissjoni [2006] Ġabra I-6295, il-paragrafu 26.

(35)  Ara l-minuti tal-bord superviżorju ta' FGAZ tat-2 ta' Ottubru 2006, li jindikaw li l-ajruport jitħallas talli joffri servizzi lill-utenti militari.

(36)  Il-Kawża C-364/92 SAT Fluggesellschaft vs Eurocontrol [1994] Ġabra I-43.

(37)  Il-Kawża C-118/85 Il-Kummissjoni vs l-Italja, [1987] Ġabra 2599, il-paragrafi 7 u 8, u l-Kawża C-30/87 Bodson/Pompes funèbres des régions libérées [1988] Ġabra 2479, il-paragrafu 18.

(38)  Il-Kawża C-343/95 Cali & Figli vs Servizi ecologici porto di Genova [1997] Ġabra I-1547; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N309/02 tad-19 ta' Marzu 2003; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N438/02 tas-16 ta' Ottubru 2002, Għajnuna b'sostenn għall-funzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi fis-settur tal-portijiet Belġjani (ĠU C 284, 21.11.2002).

(39)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N309/02 tad-19 ta' Marzu 2003.

(40)  Ara, b'mod partikolari, il-Kawża C-364/92 SAT Fluggesellschaft vs Eurocontrol [1994] Ġabra I-43, il-paragrafu 30 u l-Kawża C-113/07 P Selex Sistemi Integrati vs il-Kummissjoni [2009] Ġabra I-2207, il-paragrafu 71.

(41)  Ara, fost l-oħrajn, il-Kawża C-172/03 Wolfgang Heiser vs Finanzamt Innsbruck [2005] Ġabra I-1627, il-paragrafu 36, kif ukoll il-każistika ċċitata.

(42)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2014 fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35847 (2012/N) — ir-Repubblika Ċeka — l-Ajruport ta' Ostrava, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali, il-premessa 16.

(43)  Zweibrücken mhuwiex elenkat fil-Pubblikazzjoni ta' Informazzjoni Ajrunawtika Militari (MIL AIP Germany), li tinkludi lista tal-ajruporti militari kollha fil-Ġermanja.

(44)  Il-Kawża C-482/99 Franza v Il-Kummissjoni (“Stardust Marine”) [2002] Ġabra I-4397.

(45)  Il-Kawżi Konġunti T-267/08 u T-279/08 Nord-Pas-de-Calais [2011], ECLI:EU:T:2011:209, il-paragrafu 108.

(46)  Il-Kawża C-39/94 Syndicat français de l'Express international (SFEI) u oħrajn vs La Poste u oħrajn [1996] Ġabra I-3547, il-paragrafu 60 u l-Kawża C-342/96 Ir-Renju ta' Spanja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1999] Ġabra I-2459, il-paragrafu 41.

(47)  Il-Kawża 173/73 Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1974] Ġabra 709, il-paragrafu 13.

(48)  Il-Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust Marine) [2002] Ġabra I-4397, il-paragrafu 69.

(49)  Il-Kawża C-305/89 L-Italja vs Il-Kummissjoni (“Alfa Romeo”) [1991] Ġabra I-1603, il-paragrafu 23; il-Kawża T-296/97 Alitalia vs Il-Kummissjoni [2000] Ġabra II-03871, il-paragrafu 84.

(50)  Il-Kawża 40/85 Il-Belġju v Il-Kummissjoni [1986] Ġabra I-2321.

(51)  Stardust Marine, il-paragrafu 71.

(52)  Il-Kawża C-124/10P Il-Kummissjoni Ewropea vs Électricité de France (“EDF”) [2012], ECLI:EU:C:2012:318, il-paragrafu 85.

(53)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 22.

(54)  Il-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest vs Il-Kummissjoni [1998] Ġabra II-717.

(55)  Vorlage für den Ministerrat, Gemeinsame Kabinettssitzung der Regierung des Saarlandes und der Landesregierung von Rheinland-Pfalz am 27. Mai 2003, Ministerium für Wirtschaft, Verkehr, Landwirtschaft und Weinbau, il-15 ta' Mejju 2003.

(56)  Einschätzung der rheinland-pfälzischen Innenministeriums, il-15 ta' Mejju 2003.

(57)  Il-Kawża T-109/01 Fleuren Compost vs Il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-127.

(58)  ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.

(59)  Il-Punt 173 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(60)  Il-punt 172 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(61)  Il-Punt 25(v) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(62)  Espress fi Qligħ qabel l-Imgħax, it-Taxxa, id-Deprezzament u l-Ammortizzament (Earnings Before Interests, Taxes, Depreciation And Amortisation, “EBITDA”).

(63)  Desel Consulting und Airport Research Center GmbH, “Fluggast- und Flugbewegungsprognose für den Flughafen Zweibrücken bis zum Jahr 2025,” Gutachten im Auftrag der Flughafen Zweibrücken GmbH, September 2009; Intraplan Consult GmbH, “Luftverkehrsprognose Flughafen Saarbrücken — Vorgehensweise und Ergebnisse”, Ottubru 2010.

(64)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ottubru 2014 fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat SA.26190 — il-Ġermanja — l-Ajruport ta' Saarbrücken, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(65)  Il-Kummissjoni tinnota li TUIFly sostniet li d-deċiżjoni tagħha li titlaq minn Saarbrücken u tmur fi Zweibrücken kienet motivata minn kunsiderazzjonijiet ta' sigurtà relatati mar-runway ta' Saarbrücken. Min-naħa l-oħra, fil-kuntest tal-proċedura ta' investigazzjoni formali fil-kawża SA.26190, il-Ġermanja affermat li d-deċiżjonijiet tal-linji tal-ajru li jitilqu minn Saarbrücken qatt ma kienu ġustifikati b'referenza għall-infrastruttura ta' Saarbrücken. Il-Kummissjoni mhijiex f'pożizzjoni li tispekula dwar il-motivi preċiżi ta' TUIFly li tiċċaqlaq minn Saarbrücken għal Zweibrücken.

(66)  Pereżempju, l-ajruport ta' Leipzig/Halle kien f'kompetizzjoni mal-ajruport ta' Vatry (Franza) għall-istabbiliment taċ-ċentru Ewropew tad-DHL. Ara s-sentenza fil-kawża Leipzig/Halle, il-paragrafu 93.

(67)  Rispons tal-ajruport ta' Liege għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(68)  Desel Consulting und Airport Research Center GmbH, “Fluggast- und Flugbewegungsprognose für den Flughafen Zweibrücken bis zum Jahr 2025”, Gutachten im Auftrag der Flughafen Zweibrücken GmbH, September 2009.

(69)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ottubru 2014 fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat SA.26190 — il-Ġermanja — l-ajruport ta' Saarbrücken, li għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

(70)  ĠU C 297, 29.11.2005.

(71)  Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, il-paragrafu 66. Ara wkoll l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005.

(72)  Ara d-Deċiżjoni N 381/04 — Franza — Proġett għal netwerk tat-telekomunikazzjoni ta' kapaċità għolja fil-Pyrénées-Atlantiques (DORSAL) (ĠU C 162, 2.7.2005, p. 5).

(73)  Ara l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 72.

(74)  Il-punt 72 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014. Ara wkoll il-punt 34 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005.

(75)  Ara wkoll il-Kawża T-79/10 Colt Télécommunications France vs il-Kummissjoni [2013] ECLI:EU:T:2013:463, il-paragrafi 150-151, 154, 158 u 166.

(76)  Ibid, il-paragrafi 92, 119.

(77)  Sottomissjoni mill-Ġermanja tas-27 ta' Jannar 2011, p. 17: “Aus der Aufstufung des Flughafens [vom Verkehrslandeplatz zum Verkehrsflughafen] folgt des Weiteren eine Betriebspflicht des Flughafens”.

(78)  Skont il-punt 137 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, mhux il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fit-Taqsima 5.1 tal-Linji Gwida japplikaw għall-għajnuna operatorja li ngħatat fl-imgħoddi.

(79)  Il-punti 137, 113 u 114 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(80)  Il-punti 137 u 116 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(81)  Il-punti 137 u 124 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(82)  Il-punti 137 u 125 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(83)  Il-punti 137 u 131 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(84)  Il-Kawża C-482/99 Franza v Il-Kummissjoni (“Stardust Marine”) [2002] Ġabra I-4397.

(85)  Il-Kawżi Konġunti T-267/08 u T-279/08 Nord-Pas-de-Calais [2011], ECLI:EU:T:2011:209, il-paragrafu 108.

(86)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17).

(87)  L-effett tal-fond komuni ta' flus huwa pjuttost simili għal garanzija ta' 100 % mogħtija lil FGAZ/FZG mingħajr ma kien impost primjum jew intalab kollateral. Il-Land iġorr ir-riskju ta' inadempjenza minn FGAZ/FZG, mingħajr ma jikseb ħlas ta' kumpens lura.

(88)  Stardust Marine, il-paragrafu 51 et seq.

(89)  Ara, pereżempju, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C 41/2005, Hungarian Stranded Costs, (ĠU C 324, 21.12.2005, p. 12), b'referenzi ulterjuri.

(90)  Stardust Marine, il-paragrafu 51 et seq.

(91)  Idem.

(92)  Matul dik il-laqgħa, Ryanair offriet li żżomm ir-rotta bejn Londra u Zweibrücken miftuħa matul ix-xitwa “għal EUR[…]” u li hija lesta li tibda żewġ rotot ġodda (Barċellona u Alicante) minn Zweibrücken “għal EUR […]”.

(93)  Il-Kawża T-196/04 Ryanair vs Il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-3643, il-paragrafu 59.

(94)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/60/UE tas-27 ta' Jannar 2010 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 12/08 (ex NN 74/07) — Is-Slovakkja — Ftehim bejn l-Ajruport ta' Bratislava u Ryanair (ĠU L 27, 1.2.2011, p. 24).

(95)  Ara http://corporate.ryanair.com/investors/biographies/, aċċessibbli fit-23 ta' Ġunju 2014.

(96)  Il-proporzjon tat-tagħbija jew il-fattur tat-tagħbija huwa definit bħala l-proporzjon tal-postijiet mimlija fl-inġenju tal-ajru li jkun qed jopera fuq ir-rotta tal-ajru inkwistjoni.

(97)  Ara l-punt 53 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(98)  Ara l-punti 59 u 61 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(99)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 94.

(100)  […]

(101)  […]

(102)  […]

(103)  L-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali, il-Kawża C-284/12 Lufthansa vs Flughafen Frankfurt-Hahn [2013], li għadha ma ġietx irrapportata, il-paragrafu 50.

(104)  Ibid. (in-noti f'qiegħ il-paġni interni tħallew barra). Ara wkoll ibid., il-paragrafi 51-52.

(105)  Il-Kawża 730/79 Philip Morris Holland BV vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1980] Ġabra 267, il-paragrafu 11 u l-Kawżi konġunti T-298/97, T-312/97, T-313/97, T-315/97, T-600/97 sa 607/97, T-1/98, T-3/98 to T-6/98 u T-23/98 Alzetta Mauro u oħrajn vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [2000] Ġabra II-2325, il-paragrafu 80.

(106)  Il-Kawża 730/79 Philip Morris Holland BV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1980], Ġabra 2671, il-paragrafi 11 u 12 u l-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest (ir-Reġjun tal-Fjandra) vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1998] Ġabra II-717, il-paragrafi 48-50.

(107)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar liċenzjar ta' air carriers (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intraKomunitarji (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2409/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar nolijiet u rati għal servizzi tal-ajru (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 15).

(108)  Il-Kawża C-305/89 L-Italja vs Il-Kummissjoni [1991] Ġabra I-1603, il-paragrafu 26.

(109)  Ara, b'mod partikolari, il-Kawża C-364/90 L-Italja vs Il-Kummissjoni [1993] Ġabra I-2097, il-paragrafu 20.

(110)  Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 174.

(111)  Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, il-punt 79(e).

(112)  Il-Kawża C-70/72 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja [1973] Ġabra 813, il-paragrafu 13.

(113)  Il-kawżi konġunti C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja vs il-Kummissjoni [1994] Ġabra I-4103, il-paragrafu 75.

(114)  Il-Kawża C-75/97 Il-Belġju vs Il-Kummissjoni [1999] Ġabra I-3671, il-paragrafi 64-65.

(115)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

(116)  L-ammonti li jridu jiġu rkuprati mingħand FGAZ/FZG għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-formula stabbilita fl-Artikolu 3 u f'dan l-istadju ma jistgħux jiġu identifikati b'mod approssimattiv.

(117)  Meta wieħed iqis li l-għajnuna titpoġġa kontinwament għad-dispożizzjoni tal-linji tal-ajru matul iż-żmien ikkonċernat, il-Kummissjoni tqis li huwa aċċettabbli li tiffissa bħala d-data minn meta għandu jiġi kkalkolat l-imgħax fuq l-irkupru l-aħħar jum tal-perjodu li għalih ġie kkalkolat l-ammont ta' għajnuna (pereżempju, il-31 ta' Diċembru jekk dak il-perjodu huwa sena kalendarja, jew il-31 ta' Ottubru jekk dak il-perjodu jibda fl-1 ta' Jannar u jiġi fi tmiemu fil-31 ta' Ottubru). F'dak ir-rigward, billi tagħżel l-aħħar jum tal-perjodu inkwistjoni, il-Kummissjoni tadotta l-approċċ li huwa l-aktar favorevoli għall-benefiċjarji.

(118)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).


Top