This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2179
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/2179 of 25 November 2015 initiating a review of Council Implementing Regulation (EU) No 102/2012 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of steel ropes and cables originating, inter alia, in the People's Republic of China, as extended to imports of steel ropes and cables consigned from the Republic of Korea, whether declared as originating in the Republic of Korea or not, for the purposes of determining the possibility of granting an exemption from those measures to one Korean exporter, repealing the anti-dumping duty with regard to imports from that exporter and making imports from that exporter subject to registration
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2179 tal-25 ta' Novembru 2015 li jagħti bidu għal reviżjoni ta' Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost l-oħrajn, fir-Repubblika tal-Poplu Popolari taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawk il-miżuri lil esportatur Korean wieħed, li jirrevoka d-dazju anti-dumping dwar l-importazzjonijiet minn dak l-esportatur u li l-importazzjonijiet minn dak l-esportatur jagħmilhom soġġetti għar-reġistrazzjoni
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2179 tal-25 ta' Novembru 2015 li jagħti bidu għal reviżjoni ta' Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost l-oħrajn, fir-Repubblika tal-Poplu Popolari taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawk il-miżuri lil esportatur Korean wieħed, li jirrevoka d-dazju anti-dumping dwar l-importazzjonijiet minn dak l-esportatur u li l-importazzjonijiet minn dak l-esportatur jagħmilhom soġġetti għar-reġistrazzjoni
ĠU L 309, 26.11.2015, p. 3–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/11/2015
26.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 309/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2179
tal-25 ta' Novembru 2015
li jagħti bidu għal reviżjoni ta' Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost l-oħrajn, fir-Repubblika tal-Poplu Popolari taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawk il-miżuri lil esportatur Korean wieħed, li jirrevoka d-dazju anti-dumping dwar l-importazzjonijiet minn dak l-esportatur u li l-importazzjonijiet minn dak l-esportatur jagħmilhom soġġetti għar-reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikoli 11(4),13(4) u 14(5) tiegħu,
Wara li infurmat lill-Istati Membri,
Billi:
1. TALBA GĦAL RIEŻAMI
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba għal eżenzjoni mill-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiżi għall-importazzjonijiet ikkunsinnati mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk dikjarati bħala li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le, skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku. |
(2) |
It-talba tressqet fis-7 ta' Settembru 2015 minn Daechang Steel Co. Ltd. (l-applikant), produttur esportatur ta' ħbula u kejbils tal-azzar mir-Repubblika tal-Korea (il-pajjiż ikkonċernat) u kienet limitata għall-applikant. |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI
(3) |
Il-prodott soġġett għal din ir-rieżami huwa ħbula u kejbils tal-azzar inklużi ħbula bil-koljatura maqfula, minbarra ħbula u kejbils magħmula minn azzar inossidabbli, b'dimensjoni trasversali massima ta' aktar minn 3 mm, ikkunsenjat mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġina mir-Repubblika tal-Korea kif ukoll jekk le (“il-prodott li qed jiġi rieżaminat”), li bħalissa huma kklassifikati fil-kodiċi NM ex 7312 10 81, ex 7312 10 83, ex 7312 10 85, ex 7312 10 89 u ex 7312 10 98 (kodiċi TARIC 7312108113, 7312108313, 7312108513, 7312108913 u 7312109813). |
3. IL-MIŻURI EŻISTENTI
(4) |
Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1796/1999 (2) impona miżuri anti-dumping fuq ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost oħrajn, fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ('il-miżuri oriġinali'). Bir-Regolament (KE) Nru 1858/2005 (3), il-Kunsill żamm il-miżuri oriġinali wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 400/2010 (4), il-Kunsill estenda l-miżuri għall-ħbula u l-kejbils tal-azzar ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk dikjarati bħala li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le (il-miżuri estiżi) bl-eċċezzjoni ta' dawk il-prodotti mill-kumpaniji speċifikament imsemmija fl-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament. |
(5) |
Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ huma dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 (5), wara analiżi tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, kif emendat l-aħħar bir- Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 493/2014 (6), li taħtu, fost l-oħrajn, l-importazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea tal-prodott investigat ikkonsenjat mir-Repubblika tal-Korea huma soġġetti għal dazju definittiv anti-dumping ta' 60.4 %, bl-eċċezzjoni tal-prodott immanifatturat minn kumpanniji li kienu eżentati. |
4. RAĠUNIJIET GĦAR-REVIŻJONI
(6) |
L-applikant ipprovda evidenza prima facie li: |
(7) |
ma esportax il-prodott taħt reviżjoni lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni użat fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri estiżi, jiġifieri mill-1 ta' Lulju 2008 sat-30 ta' Ġunju 2009. |
(8) |
ma huwa relatat mal-ebda produttur esportatur tal-prodott li qed jiġi rivedut li huma soġġetti għad-dazji anti-dumping li huma fis-seħħ, u li ma evitax il-miżuri applikabbli għall-ħbula u l-kejbils tal-azzar ta' oriġini Ċiniża; kif ukoll |
(9) |
li daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni. |
5. PROĊEDURA
5.1. Bidu
(10) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli, u kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika t-tnedija ta' investigazzjoni skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku għall-għanijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li l-applikant jingħata eżenzjoni mill-miżuri estiżi. Il-produtturi tal-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati ġew mgħarrfa bit-talba għal reviżjoni u ngħataw l-opportunità biex jikkummentaw. |
5.2. Ir-revoka tal-miżuri eżistenti u r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet
(11) |
Skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, id-dazju antidumping fis-seħħ għandu jitħassar fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott rieżaminat li huma prodotti u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-applikant. Fl-istess waqt, tali importazzjonijiet għandhom isiru suġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, sabiex jiġi żgurat li, jekk ir-rieżami juri li teżisti ċirkomvenzjoni fir-rigward tal-applikant, id-dazji antidumping ikunu jistgħu jiġu imposti mid-data tar-reġistrazzjoni ta' dawn l-importazzjonijiet. L-ammont tar-responsabilitajiet futuri possibbli tal-applikant ma jistax jiġi stmat f'dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
5.3. L-investigazzjoni tal-applikant
(12) |
Sabiex tkun tista' tikseb it-tagħrif li hija tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant. L-applikant għandu jippreżenta l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament bażiku. |
5.4. Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub
(13) |
Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jesprimu l-opinjoni tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta' sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
5.5. Possibbiltà ta' smigħ mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni
(14) |
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet. |
5.6. Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza.
(15) |
L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ huma ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jissottomettu lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta li hija soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta' terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b'mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta' dan il-proċediment ta' difiża ta' kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f'forma li tippermettilhom li jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom. |
(16) |
Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f'dan ir-Regolament, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom ikun intalab trattament kunfidenzjali jiġu mmarkati “Ristrett” (7). |
(17) |
Partijiet interessati li jagħtu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tiegħu skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b'mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista' tiġi injorata. |
(18) |
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skennjati ta' prokuri u ta' ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' tweġibiet voluminużi li jiġu mressqa fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta' ittra reġistrata. Permezz ta' ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika validu tagħhom u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tan-negozju uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba d-dettalji ta' kuntatt ikunu stabbiliti, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b'mezz ieħor ta' komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu ta' posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta' komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq. L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
6. IN-NUQQAS TA' KOOPERAZZJONI
(19) |
F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fit-termini preskrittivi stipulati, jew tfixkel b'mod sinifikanti l-investigazzjoni, il-konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
(20) |
Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista' tiġi injorata, u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli. |
(21) |
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u r-riżultati jkunu għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli konformi mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat. |
(22) |
In-nuqqas li tingħata risposta kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta' kooperazzjoni, dejjem jekk il-parti interessata turi li biex tippreżenta r-risposta kif mitlub ikun ifisser piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni immedjatament. |
7. L-UFFIĊJAL TAS-SEDUTA
(23) |
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmel rieżami tat-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta' żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza seduta ta' smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati b'mod sħiħ. L-Uffiċjal tas-Seduta se jagħti wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi l-partijiet u li jippermetti li jitressqu fehmiet differenti u argumenti kuntrarji. |
(24) |
It-talba għal seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet. |
(25) |
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/. |
8. L-ISKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI
(26) |
L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa' xhur mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. |
9. IPPROĊESSAR TA' DEJTA PERSONALI
(27) |
Kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Qed jingħata bidu għal reviżjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012 kif emendat l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 493/2014 skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 sabiex jiġi stabbilit jekk l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar, inklużi ħbula bil-koljatura maqfula, esklużi ħbula u kejbils tal-azzar li ma jissaddadx, b'dimensjoni massima ta' wisa' trażversali li taqbeż it-3 mm, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7312 10 81, ex 7312 10 83, ex 7312 10 85, ex 7312 10 89 u ex 7312 10 98 (kodiċijiet TARIC 7312108113, 7312108313, 7312108513, 7312108913 u 7312109813) kkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea u prodotti u mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Unjoni minn aechang Steel Co. Ltd., għandhom ikunu suġġetti għad-dazju anti-dumping impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012.
Artikolu 2
Id-dazju antidumping impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012 kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 493/2014 huwa b'dan revokat fir-rigward tal-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 tar-Regolament preżenti.
Artikolu 3
L-awtoritajiet Doganali għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
Ir-reġistrazzjoni tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1796/1999 tat-12 ta' Awwissu 1999 li jimponi dazju definittiv antidumping, u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost, fuq importazzjoni ta' ħbula u cables tal-azzar ġejjin mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Ungerija, l-Indja, il-Messiku, il-Polonja, l-Afrika ta' Isfel u l-Ukrajna u li jtemm il-proċeduri legali kontra antidumping minn importazzjonijiet ġejjin mir-Repubblika tal-Korea (ĠU L 217, 17.8.1999, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1858/2005 tat-8 ta' Novembru 2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Indja, l-Afrika t'Isfel u l-Ukraina wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 299, 16.11.2005, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 400/2010 tas-26 ta' April 2010 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 1858/2005 fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils tal-azzar li ġejjin, fost l-oħrajn, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati li ġejjin mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Malasja (ĠU L 117, 11.5.2010, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 tas-27 ta' Jannar 2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Ukraina kif estiż għal importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar mibgħutin mill-Marokk, mill-Moldova u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u li jtemm il-proċediment tar-rieżami tal-iskadenza li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mill-Afrika t'Isfel skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 36, 9.2.2012, p. 1).
(6) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 493/2014 tat-13 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 12/2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Ukraina kif estiż għal importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar mibgħutin inter alia mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le (ĠU L 139, 14.5.2014, p. 7).
(7) Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(8) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).