Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1953R(01)

    Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1953 tad-29 ta' Ottubru 2015 li jimponi dazju definittiv tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti bi grani orjentati irrumblati ċatti ta' azzar manjetiku tas-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 284, 30.10.2015)

    ĠU L 316, 2.12.2015, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1953/corrigendum/2015-12-02/oj

    2.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 316/17


    Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1953 tad-29 ta' Ottubru 2015 li jimponi dazju definittiv tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti bi grani orjentati irrumblati ċatti ta' azzar manjetiku tas-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerka

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 284 tat-30 ta' Ottubru 2015 )

    F'paġna 136, premessa 213:

    minflok:

    “Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.”,

    aqra:

    “Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku ma tax opinjoni.”.

    F'paġna 138, l-Artikolu 1(8):

    minflok:

    “Għall-kumpaniji l-oħra kollha u f'każijiet fejn l-oġġetti ġarrbu dannu qabel ma daħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz li tħallas attwalment jew li għandu jitħallas huwa allokat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, l-ammont tad-dazju anti-dumping, maħdum abbażi tal-paragrafu 2 hawn fuq, irid jitnaqqas b'perċentwali li jikkorrispondi mal-allokazzjoni tal-prezz imħallas attwalment jew li għandu jitħallas”,

    aqra:

    “Għall-kumpaniji l-oħra kollha u f'każijiet fejn l-oġġetti ġarrbu dannu qabel ma daħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz li tħallas attwalment jew li għandu jitħallas huwa allokat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, l-ammont tad-dazju anti-dumping, maħdum abbażi tal-paragrafu 5 hawn fuq, irid jitnaqqas b'perċentwali li jikkorrispondi mal-allokazzjoni tal-prezz imħallas attwalment jew li għandu jitħallas.”.

    F'paġna 139, l-Anness II:

    minflok:

    “Trid tidher dikjarazzjoni ffirmata mill-uffiċjal tal-entità li toħroġ iċ-ċertifikat tal-fabbrika, fil-format li ġej, fuq iċ-ċertifikat tal-fabbrika valida msemmija fl-Artikolu 1(6):

    L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali,

    Id-dikjarazzjoni li ġejja: ‘Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-azzar manjetiku bi grani orjentati mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert miċ-ċertifikat tal-fabbrika, li juri l-kejl tat-telf massimu fil-qalba f'Watts kull kilogramm bi frekwenza ta' 50 Hz u induzzjoni manjetika ta' 1,7 Tesla, u d-daqs f'mm, kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'dan iċ-ċertifikat tal-fabbrika hi kompluta u korretta.’

    Data u firma”,

    aqra:

    “Trid tidher dikjarazzjoni ffirmata mill-uffiċjal tal-entità li toħroġ iċ-ċertifikat tal-fabbrika, fil-format li ġej, fuq iċ-ċertifikat tal-fabbrika validu msemmi fl-Artikolu 1(6):

    L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ iċ-ċertifikat tal-fabbrika.

    Id-dikjarazzjoni li ġejja: ‘Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-azzar manjetiku bi grani orjentati mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert miċ-ċertifikat tal-fabbrika, li juri l-kejl tat-telf massimu fil-qalba f'Watts kull kilogramm bi frekwenza ta' 50 Hz u induzzjoni manjetika ta' 1,7 Tesla, u d-daqs f'mm, kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'dan iċ-ċertifikat tal-fabbrika hi kompluta u korretta.’

    Data u firma”.


    Top