Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0906

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/906 tal-10 ta' Ġunju 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Ciliegia di Vignola (IĠP))

    C/2015/3980

    ĠU L 148, 13.6.2015, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/906/oj

    13.6.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 148/9


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/906

    tal-10 ta' Ġunju 2015

    li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Ciliegia di Vignola (IĠP))

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Ciliegia di Vignola”, irreġistrata skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1032/2012 (2).

    (2)

    Billi l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għal dawn l-emendi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

    (3)

    Billi l-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emendi tal-ispeċifikazzjoni għandhom jiġu approvati,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Ciliegia di Vignola” (IĠP) huma b'dan approvati.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ġunju 2015.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Phil HOGAN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1032/2012 tas-26 ta' Ottubru 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Ciliegia di Vignola (IĠP)) (ĠU L 308, 8.11.2012, p. 5).

    (3)  ĠU C 33, 31.1.2015, p. 6.


    Top