EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0274

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/274 tad- 19 ta' Frar 2015 li jemenda għas-266-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

ĠU L 47, 20.2.2015, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/274/oj

20.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/274

tad-19 ta' Frar 2015

li jemenda għas-266-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fl-10 ta' Frar 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) approva ż-żieda ta' persuna mal-lista tal-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet fuq Al-Qaida ta' persuni, gruppi u entitajiet li l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi japplika għalihom.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat biex jirrifletti dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija Strumenti


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

“Denis Mamadou Gerhard Cuspert (magħruf ukoll bħala Abu Talha al-Almani). Data tat-twelid: 18.10.1975. Post tat-twelid: Berlin, il-Ġermanja. Nazzjonalità: Ġermaniża. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 2550439611 (Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali Ġermaniża, maħruġa fid-Distrett Friedrichshain-Kreuzberg ta' Berlin, il-Ġermanja, maħruġ fit- 22.4.2010, jiskadi fil-21.4.2020). Indirizz: Karl-Marx-Str. 210, 12055 Berlin, Germany. Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: iswed; Tul: 178 ċm. Tpinġijiet: BROKEN DREAMS f'ittri (fuq wara) u l-pajsaġġ tal-Afrika (fuq il-lemin tal-parti ta' fuq tad-driegħ); (b) Isem il-missier: Richard Luc-Giffard; (c) Isem l-omm: Sigrid Cuspert; (d) Jinsab fiż-żona tas-Sirja u t-Turkija (minn Jannar 2015). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.2.2015.”


Top