EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0263

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/263 tas- 16 ta' Jannar 2015 li jemenda l-Annessi I sa IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali

ĠU L 45, 19.2.2015, p. 2–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/01/2015; Impliċitament imħassar minn 32012R1215

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/263/oj

19.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/263

tas-16 ta' Jannar 2015

li jemenda l-Annessi I sa IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 74(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 jelenka r-regoli ta' ġuriżdizzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikoli 3(2) u 4(2) tar-Regolament. L-Anness II fih il-listi ta' qrati jew awtoritajiet kompetenti li għandhom ġuriżdizzjoni fl-Istati Membri biex jittrattaw rikorsi għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà. L-Anness III jelenka l-qrati li fihom jistgħu jiġu ppreżentati appelli minn deċiżjonijiet dwar dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà, u l-Anness IV jelenka l-proċeduri finali tal-appell minn dawn id-deċiżjonijiet,

(2)

L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 ġew emendati f'bosta okkażjonijiet, l-iktar reċenti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 566/2013 (2),

(3)

L-Istati Membri nnotifikaw il-Kummissjoni b'emendi addizzjonali għal-listi li jinsabu fl-Annessi I sa IV. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu ppubblikati verżjonijiet konsolidati tal-listi li jinsabu f'dawn l-Annessi,

(4)

Skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (3), dan ir-Regolament għandu, skont id-dritt internazzjonali, japplika fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u d-Danimarka,

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandu jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I sa IV tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 qed jiġu ssostitwiti bit-test fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 167, 19.6.2013, p. 29.

(3)  ĠU L 299, 16.11.2005, p. 62.


ANNESS

ANNESS I

Regoli dwar il-ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 4(2)

fil-Bulgarija: l-Artikolu 4, paragrafu 1, punt 2, tal-Kodiċi dwar id-Dritt Internazzjonali Privat,

fir-Repubblika Ċeka: L-Att Nru 91/2012 dwar id-dritt internazzjonali privat, b'mod partikolari, l-Artikolu 6 tiegħu,

fid-Danimarka: l-Artikolu 246(2) u (3) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (lov om rettens pleje),

fil-Ġermanja: l-Artikolu 23 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozeßordnung),

fl-Estonja: l-Artikolu 86 (ġuriżdizzjoni fil-lokalità tal-proprjetà) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (Tsiviilkohtumenetluse seadustik), sakemm il-pretensjoni tkun relatata ma' dik il-proprjetà tal-persuna; l-Artikolu 100 (pretensjoni għat-terminazzjoni tal-applikazzjoni ta' klawżola standard) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, sakemm il-kawża tinfetaħ fil-qorti bil-ġuriżdizzjoni territorjali ta' fejn ġiet applikata il-klawżola standard,

fil-Greċja: l-Artikolu 40 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Κώδικας Πολιτικής Δικονομίας),

fi Franza: l-Artikoli 14 u 15 tal-Kodiċi Ċivili (Code civil),

fil-Kroazja: l-Artikolu 54 tal-Att dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Konflitti ta' Liġijiet mar-Regolamenti ta' Pajjiżi Oħra f'Relazzjonijiet Speċifiċi,

fl-Irlanda: ir-regoli li permezz tagħhom il-ġuriżdizzjoni tista' tkun imsejsa fuq l-att promotorju li jkun ġie notifikat lill-konvenut waqt li jkun temporanjament preżenti fl-Irlanda,

fl-Italja: l-Artikoli 3 u 4 tal-Liġi 218 tal-31 ta' Mejju 1995,

f'Ċipru: l-Artikolu 21(2) tal-Liġi tal-Qrati tal-Ġustizzja Nru 14 tal-1960, kif emendata,

fil-Latvja: l-Artikolu 27 u l-paragrafi 3, 5, 6, u 9 tal-Artikolu 28 tal-Liġi tal-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums),

fil-Litwanja: l-Artikolu 783(3), 787 u 789(3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Civilinio proceso kodeksas),

fil-Lussemburgu: l-Artikoli 14 u 15 tal-Kodiċi Ċivili (Code civil),

fl-Ungerija: l-Artikolu 57 tad-Digriet Liġi Nru 13 tal-1979 dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (a nemzetközi magánjogról szóló 1979. évi 13. törvényerejű rendelet),

f'Malta: l-Artikoli 742, 743 u 744 tal-Kodiċi ta′ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili — Kap. 12 u l-Artikolu 549 tal-Kodiċi tal-Kummerċ — Kap. 13,

fl-Awstrija: l-Artikolu 99 tal-Liġi dwar il-Ġuriżdizzjoni tal-Qrati (Jurisdiktionsnorm),

fil-Polonja: L-Artikolu 11037 il-punt 4 u l-Artikolu 1110 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (Kodeksu postępowania cywilnego) sa fejn dan jistabbilixxi ġuriżdizzjoni esklussivament fuq il-bażi ta' waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin: ir-rikorrent ikun ċittadin Pollakk jew ikollu r-residenza, domiċilju jew uffiċċju rreġistrat abitwali tiegħu fil-Polonja,

fil-Portugall: l-Artikolu 63(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Código de Processo Civil) safejn dan jista' jinkludi raġunijiet eżorbitanti għal ġuriżdizzjoni, bħall-qrati tal-post fejn il-fergħa, l-aġenzija jew stabbiliment ieħor (jekk ikunu jinsabu fil-Portugall) meta l-amministrazzjoni ċentrali (jekk tkun tinsab fi Stat barrani) tkun il-parti nnotifikata, u l-Artikolu 10 tal-Kodiċi dwar il-Proċedura tax-Xogħol (Código de Processo do Trabalho) sa fejn din tkun tista' tinkludi raġunijiet eżorbitanti għal ġuriżdizzjoni, bħall-qrati tal-post fejn l-attur ikun domiċiljat fi proċedimenti relatati ma' kuntratti individwali ta' impjieg li jitressqu mill-impjegat kontra min iħaddmu,

fir-Rumanija: l-Artikolu 1065-1081 taħt it-Titolu I ‘Il-ġuriżdizzjoni internazzjonali tal-Qrati Rumeni’ fil-Ktieb VII ‘Proċedura ċivili internazzjonali’ tal-Att Nru 134/2010 dwar il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili,

fis-Slovenja: l-Artikolu 48(2) tal-Att dwar id-Dritt u l-Proċedura Internazzjonali Privati (Zakon o medarodnem zasebnem pravu in postopku) b'rabta mal-Artikolu 47(2) tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku) u l-Artikolu 58 tal-Att dwar id-Dritt u l-Proċedura Internazzjonali Privati (Zakon o medarodnem zasebnem pravu in postopku) b'rabta mal-Artikolu 59 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku),

fis-Slovakkja: l-Artikolu 37 sa 37e tal-Att Nru 97/1963 dwar il-Dritt Internazzjonali Privat u r-Regoli ta' Proċedura relatati miegħu,

fil-Finlandja: il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 18(1) tal-Kapitolu 10 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja (oikeudenkäymiskaari/rättegångsbalken),

fl-Isvezja: l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Kapitolu 10 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja (rättegångsbalken),

fir-Renju Unit: ir-regoli li jippermettu li l-ġuriżdizzjoni jistgħu jkunu msejsa fuq:

(a)

l-att promotorju li jkun ġie notifikat lill-konvenut waqt li jkun temporanjament preżenti fir-Renju Unit; jew

(b)

il-preżenza fir-Renju Unit ta' propjetà li tappartjeni lill-konvenut; jew

(c)

is-sekwestru mill-attur ta' propjetà li tinsab fir-Renju Unit.

ANNESS II

Il-qrati jew awtoritajiet kompetenti li r-rikors imsemmi fl-Artikolu 39 jista' jiġi ppreżentat l-lilhom huma dawn li ġejjin:

fil-Belġju, it-‘tribunal de première instance’ jew ir-‘rechtbank van eerste aanleg’ jew l-‘erstinstanzliches Gericht’

fil-Bulgarija il-‘окръжния съд’,

fir-Repubblika Ċeka, l-‘okresní soudy’,

fid-Danimarka, il-‘byret’,

fil-Ġermanja,

(a)

l-imħallef li jippresjedi f'awla tal-‘Landgericht’,

(b)

nutar fi proċedura għal dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà ta' strument awtentiku,

fl-Estonja, il-‘maakohus’ (il-qorti tal-kontea),

fil-Greċja, il-‘Μονομελές Πρωτοδικείο’,

fi Spanja, il-‘Juzgado de Primera Instancia’,

fi Franza:

(a)

il-‘greffier en chef du tribunal de grande instance’,

(b)

il-‘président de la chambre départementale des notaires’ fil-każ ta' rikors għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà ta' att notarili awtentiku,

fil-Krozja, l-‘općinski sudovi’ f'materji ċivili, l-‘Općinski građanski sud u Zagrebu’ u t-‘trgovački sudovi’ f'materji kummerċjali,

fl-Irlanda, il-‘High Court’,

fl-Italja, il-‘corte d'appello’,

f'Ċipru, l-‘Επαρχιακό Δικαστήριο’ jew fil-każ ta' sentenza dwar manteniment l-‘Οικογενειακό Δικαστήριο’,

fil-Latvja, ir-‘rajona (pilsētas) tiesa’,

fil-Litwanja, il-‘Lietuvos apeliacinis teismas’,

fil-Lussemburgu, l-imħallef li jippresjedi t-‘tribunal d'arrondissement’,

fl-Ungerija, it-‘törvényszék székhelyén működő járásbíróság’, u f'Budapest il-‘Budai Központi Kerületi Bíróság’,

f'Malta, il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili jew il-Qorti tal-Maġistrati ta' Għawdex fil-ġuriżdizzjoni superjuri tagħha, jew, fil-każ ta' sentenza dwar manteniment, ir-Reġistratur tal-Qorti wara li tiġi mibgħuta lilu mill-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja,

fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-‘voorzieningenrechter van de rechtbank’,

fl-Awstrija, il-‘Bezirksgericht’,

fil-Polonja, is-‘sąd okręgowy’,

fil-Portugall, it-‘Tribunal de Comarca’,

fir-Rumanija, it-‘Tribunal’,

fis-Slovenja, l-‘okrožno sodišče’,

fis-Slovakkja, l-‘okresný súd’,

fil-Finlandja, il-‘käräjäoikeus/tingsrätt’,

fl-Isvezja, is-‘Svea hovrätt’,

fir-Renju Unit:

(a)

fl-Ingilterra u Wales, il-‘High Court of Justice’, jew fil-każ ta' sentenza dwar il-manteniment, il-‘Family Court’, wara li tkun mibgħuta lilha mis-‘Secretary of State’;

(b)

fl-Iskozja, il-‘Court of Session’, jew fil-każ ta' sentenza dwar manteniment, ix-‘Sheriff Court’ wara li tiġi mibgħuta lilha mill-i‘Scottish Ministers’;

(c)

fl-Irlanda ta' Fuq, il-‘High Court of Justice’, jew fil-każ ta' sentenza dwar manteniment, il-‘Magistrates Court’ wara li tiġi mibgħuta lilha mid-‘Department of Justice’;

(d)

F'Ġibiltà, is-‘Supreme Court of Gibraltar’, jew fil-każ ta' sentenza dwar manteniment, il-‘Magistrates' Court’ wara li tiġi mibgħuta lilha mill-‘Attorney General of Gibraltar’.

ANNESS III

Il-qrati fejn jistgħu jiġu ppreżentati l-appelli msemmija fl-Artikolu 43(2) huma dawn li ġejjin:

fil-Belġju,

(a)

f'dak li għandu x'jaqsam ma' appell mill-konvenut, it-‘tribunal de première instance’ jew ir-‘rechtbank van eerste aanleg’ jew l-‘erstinstanzliche Gericht’,

(b)

fil-każ ta' appell mir-rikorrent, il-‘Cour d'appel’ jew il-‘hof van beroep’,

fil-Bulgarija, l-‘Апелативен съдСофия’,

fir-Repubblika Ċeka, l-‘okresní soudy’,

fid-Danimarka, il-‘landsret’,

fil-Ġermanja, l-‘Oberlandesgericht’,

fl-Estonja, ir-‘ringkonnakohus’,

fil-Greċja, l-‘Εφετείο’,

fi Spanja, il-‘Juzgado de Primera Instancia’ li ta d-deċiżjoni kkontestata, bl-appell li jiġi deċiż mill-‘Audiencia Provincial’,

fi Franza:

(a)

il-‘cour d'appel’ dwar deċiżjonijiet li jilqgħu r-rikors,

(b)

l-imħallef li jippresjedi t-‘tribunal de grande instance’ dwar deċiżjonijiet li jiċħdu r-rikors,

fil-Kroazja, iż-‘županijski sud’ permezz tal-‘općinski sud’ f'materji ċivili u l-‘Visoki trgovački sud Republike Hrvatske’ permezz tat-‘trgovački sud’ f'materji kummerċjali,

fl-Irlanda, il-‘High Court’,

fl-Italja, il-‘corte d'appello’,

f'Ċipru, l-‘Επαρχιακό Δικαστήριο’ jew fil-każ ta' sentenza dwar manteniment l-‘Οικογενειακό Δικαστήριο’,

fil-Latvja, l-‘apgabaltiesa’ permezz tar-‘rajona (pilsētas) tiesa’,

fil-Litwanja, il-‘Lietuvos apeliacinis teismas’,

fil-Lussemburgu, il-‘Cour supérieure de justice’ bħala qorti tal-appell ċivili,

fl-Ungerija, it-‘törvényszék székhelyén működő járásbíróság’ (f'Budapest, il-‘Budai Központi Kerületi Bíróság’); l-appell jiġi deċiż mit-‘törvényszék’ (f′Budapest, il-‘Fővárosi Törvényszék’),

f'Malta, il-Qorti tal-Appell skont il-proċedura stabbilita għall-appelli mill-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili — Kap.12 jew fil-każ ta' sentenza dwar manteniment, permezz ta' ċitazzjoni quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili jew il-Qorti tal-Maġistrati ta' Għawdex fil-ġuriżdizzjoni superjuri tagħha,

fil-Pajjiżi l-Baxxi, ir-‘rechtbank’,

fl-Awstrija, il-‘Landesgericht’ permezz tal-‘Bezirksgericht’,

fil-Polonja, is-‘sąd apelacyjny’ permezz tas-‘sąd okręgowy’,

fil-Portugall, it-‘Tribunal da Relação’ huwa t-tribunal kompetenti. L-appelli jiġu ppreżentati skont il-liġi nazzjonali fis-seħħ, permezz ta' talba indirizzata lill-qorti li tkun tat id-deċiżjoni kkontestata,

fir-Rumanija il-‘Curte de Apel’,

fis-Slovenja, l-‘okrožno sodišče’,

fis-Slovakkja, il-qorti tal-appell permezz tal-qorti distrettwali li d-deċiżjoni tagħha tkun qed tiġi appellata,

fil-Finlandja, il-‘hovioikeus/hovrätt’,

fl-Isvezja, is-‘Svea hovrätt’,

fir-Renju Unit:

(a)

fl-Ingilterra u Wales, il-‘High Court of Justice’, jew fil-każ ta' sentenza dwar manteniment, il-‘Family Court’;

(b)

fl-Iskozja, il-‘Court of Session’, jew fil-każ ta' sentenza dwar il-manteniment, ix-‘Sheriff Court’;

(c)

fl-Irlanda ta' Fuq, il-‘High Court of Justice’, jew fil-każ ta' sentenza dwar manteniment, il-‘Maġistrates' Court’;

(d)

f'Ġibiltà, is-‘Supreme Court of Gibraltar’, jew fil-każ ta' sentenza dwar manteniment, il-‘Magistrates' Court’.

ANNESS IV

L-appelli li jistgħu jiġu ppreżentati bis-saħħa tal-Artikolu 44 huma dawn li ġejjin:

fil-Belġju, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi, b'appell fil-kassazzjoni,

fil-Bulgarija, ‘обжалване пред Върховния касационен съд’,

fir-Repubblika Ċeka, rikors għal appell (‘dovolání’), rikors għal ritrattazzjoni (‘žaloba na obnovu řízení’) u kawża għal annullament (‘žaloba pro zmatečnost’),

fid-Danimarka, appell lill-‘Højesteret’ bl-approvazzjoni tal-‘Procesbevillingsnævnet’,

fil-Ġermanja, ‘Rechtsbeschwerde’,

fl-Estonja, ‘kassatsioonikaebus’,

fil-Kroazja, appell għall-‘Vrhovni sud Republike Hrvatske’,

fl-Irlanda, appell fuq punt ta' dritt lis-‘Supreme Court’,

f'Ċipru, appell lill-Qorti Suprema,

fil-Latvja, appell fil-kassazzjoni lill-‘Augstākās tiesas Senātā’ permezz tal-‘apgabaltiesā’,

fil-Litwanja, appell fil-kassazzjoni lil-‘Lietuvos Aukščiausiasis Teismas’,

fl-Ungerija, ‘felülvizsgálati kérelem’,

f'Malta, m'hemm l-ebda appell ieħor lil qorti oħra; fil-każ ta' sentenza dwar manteniment il-Qorti tal-Appell skont il-proċedura stabbilita għall-appell fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili — Kap. 12,

fl-Awstrija, ‘Revisionsrekurs’,

fil-Polonja, ‘skarga kasacyjna’,

fil-Portugall, appell fuq punt ta' dritt,

fir-Rumanija, ‘recursul’,

fis-Slovenja, appell lill-‘Vrhovno sodišče Republike Slovenije’,

fis-Slovakkja, id-‘dovolanie’,

fil-Finlandja, appell lill-‘korkein oikeus/högsta domstolen’,

fl-Isvezja, appell lill-‘Högsta domstolen’,

fir-Renju Unit, appell wieħed ulterjuri fuq punt ta' dritt.


Top